Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament f’din il-mistoqsija ingħatat xi forma ta’ konsulenza fis-sena 2010 mis-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) u fis-sena 2014 mill-linja nazzjonali Air Malta.
Din il-persuna ma kellha l-ebda xogħol ieħor ta’ konsulenza f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, sad-data li fiha qed titwieġeb din l-interpellanza.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenza lil individwu
Question
Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Iva, l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat xogħol ta’ konsulenza.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — konsulenza lil individwu
Question
Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment, Direttorat u Entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma taw xi forma ta’ konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw fil-Mistoqsija Parlamentari.
Anzi li nista’ ngħid hu li dan l-individwu dejjem ressaq minn jeddu u bla ħlas lill-Ministeru proposti konkreti għal titjib fil-qasam tal-ġustizzja, speċjalment fejn jidħlu proċeduri ċivili u dejjem sibt li dawn il-proposti kienu bażi tajba ta’ diskussjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali pubbliċi jistgħux jipparteċipaw f’tenders pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan kienx dejjem il-każ jew jekk inbidlux xi regolamenti riċentement biex jippermettu dan?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda impediment fir-Regolamenti tal-2010 dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li Uffiċjal Pubbliku ma jistgħax jipparteċipa f’tenders pubbliċi. Fil-fatt Uffiċjal Pubbliku jista’ jipparteċipa f’tenders pubbliċi, basta jiġu rrispettati il-prinċipji bażiċi ta’ non diskriminazzjoni, trattament ugwali u trasparenza, u basta ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess.
Min naħa l-oħra, uffiċjali pubbliċi għandhom obbligu li jirrispettaw il-kodiċi tal-etika speċjalment Artiklu 5 ta’ l-ewwel Skeda tal-Att tal-2009 dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u l-provedimenti fuq xogħol privat u investimenti privati skond il-
Public Service Management Code
Kapitlu 7 partikolarment Artiklu 7.4. Dawn id-dokumenti fost affarijiet oħra jobbligaw Uffiċċjal Pubbliku li jikseb permess mingħand is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru kkonċernat jew taċ-
Chairman
/l-Uffiċċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-entità konċernata.
Fir-rigward tal-funzioni ta
Key Expert
, li qabel kienet speċifikament eskluża għall-Uffiċċjali Pubbliċi, issa ġiet mibdula permezz ta’
Policy Note
Numru 11 datata 13 ta’ Jannar 2015. Dan ġara wara numru ta’ sentenzi mogħtija mill-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jagħti t-total ta’ taxxa miġbura mit-Tax Compliance Unit għas-sena 2014 mhux biss f’terminu ta’ assessments imma wkoll it-total ta’ adjustments li saru minn taxpayers u allura d-dipartiment wasal biex ġabar dawk l-ammonti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-Tax Compliance Unit ma tiġborx taxxa, iżda hija nkarigata mili tagħmel investigazzjonijiet. Mill-investigazzjonijiet konkluzi matul is-sena 2014 jirriżulta li-l-istima ta' taxxi dovuti huma skont il-figuri indikati hawn taħt:
Assessments
€8,028,744
Adjustments €4,150,874
Taxxa addizzjonali fuq ommissjoni u nteressi €6,862,488 (dwar Taxxa fuq id-Dħul biss)
Informazzjoni ta’ kemm fil-fatt inġabret taxxa minn dawn il-każijiet ma tistax tingħata minħabba li:
· Numru kbir mill-
assessments
ikunu għadhom mhux finali u konklussivi peress li jkunu għadhom fi stadju ta’ oġġezzjoni;
· Numru ieħor ta’ każijiet ikunu ghadhom fil-proċess tat-Tribunal Amministrattiv;
· Oħrajn ikunu qed jinstemgħu fil-Qorti tal-Appell; u
· Numru ieħor ta’ każijiet fejn sar Aġġustament, wara li jkun intlaħaq ftehim, ikunu qed jistennew risposta wara li tkun saret talba biex ikun hemm riduzzjoni tat-taxxa addizzjonali u nteressi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu bħalissa fit-Tax Compliance Unit u x’inhu l-grad tagħhom? Kemm minnhom jagħmlu użu minn teleworking facilities / reduced hours? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li telqu f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba rigward nies li bħalissa qed jaħdmu mat-Tax Compliance Unit huma kif muri hawn taħt:
Grad
Numru ta' Persuni
Teleworking
Teleworking and Reduced Hours
Head Tax Compliance Unit
1
Senior Accountants
1
1
Accountants
14
7
1
Officer in Scale 11
1
Ħaddiema li telqu mit-Tax Compliance Unit matul dawn l-aħħar sentejn kienu tlieta, tnejn irrezenjaw u wieħed inħatar Direttur.
Dipartiment tat-Taxxi Interni – eżaminazzjoni tal-operat
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’kien l-eżitu tal-esperti li ġew mill-IMF sabiex jeżaminaw l-operat tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista’ jispjega x’wassal biex dawn l-esperti jiġu hawn u x’kienu d-defiċjenzi li rriżultaw?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt taħditiet li kellu l-Ministru għall-Finanzi ma' uffiċjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali ġiet diskussa l-possibilità li l-IMF jgħinu biex jiġi aċċelerat il-proċess ta l-integrazzjoni tad-dipartimenti tat-taxxa.
Wara ż-żjara tal-esperti mill-Fiscal Affairs Department tal-IMF qed titpoġġa għad-dispożizzjoni tad-dipartiment tat-taxxa kull għajnuna speċifika f’dak li hu
project management
,
risk assessment
u
know-how
ieħor li d-dipartiment jista jirrikjedi.
Merger tad-dipartimenti tal-Inland Revenue Department, Vat u Tax Compliance
Question
Jista’ l-Ministru jispjega fiex wasal il-proċess tal-merger tad-dipartimenti tal-Inland Revenue Department, Vat u Tax Compliance? Meta huwa maħsub li dan il-merger jiġi fis-seħħ? Huwa ppjanat li jiżdied xi spazju sabiex id-dipartimenti jkunu lokalizzati kollha fejn xulxin? Huwa maħsub li l-istaff jiżdied?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’PQ 16620 u nikkonferma li d-Dipartiment tat-Taxxa ser ikompli bil-proċess bil-ħsieb li l-intergrazzjoni titwettaq fl-aħjar interess ta servizz effiċjenti u effikaċi.
Prolemi ta loġistika se jiġu ttrattati separatament.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16379, peress li l-Ministru naqas milli jagħti l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat biex l-individwu jingħata din il-kariga?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ingaġġatha mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex l-individwu, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, intgħażlet biex tmexxi l-garaxx tal-ambulanzi fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu dan l-individwu biex imexxi dan id-dipartiment?
Tabella ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-Fond konsolidat u d-defiċit tal-General Government
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjega dettaljata tar-reconciliation table bejn il-Fond Konsolidat u d-defiċit tal-General Government u dan billi:
1. Jipprovdi dokumenti uffiċjali tal-Enemalta u l-Ministeru tal-Finanzi fuq l-arretrati li kellha l-Enemalta bejn l-2013 u l-2014, liema dokumenti ntużaw biex jinħadem l-EDP għall-2014 li jinkludi wkoll l-2013?
2. Jagħti spjega ta’ kif ġie kkomputat l-
adjustment
fuq l-
Accruals
li kellha tagħti l-Enemalta fuq l-istess snin, i.e. l-2013 u l-2014, li wasslet għal €38.094 u €67.129 għas-snin rispettivi f’din ir-rekonċiljazzjoni fl-EDP – maqsumin f’dawk li kienu
accounts payable
u
receivables
?
3. Jagħti d-dettalji ta’ kif ġew ikkomputati aġġustamenti fl-istess snin (l-2013 u l-2014) rigward it-
Treasury Clearance Fund
u jagħti spjega ta’ dawn il-fondi li impattaw b’mod pożittiv fit-tnaqqis fid-defiċit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għat-tnaqqis ta’ €12-il miljun fin-nefqa fuq il-mediċini f’Jannar u Frar 2015 meta mqabbel man-nefqa tas-sena preċedenti, u dan kif joħroġ mill-Istatisika pubblika mill-Uffiċċju tal-Istatistika fis-27 ta’ Frar u fis-27 ta’ Marzu 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ix-xiri naqas meta kkumparat mal-istess xhur tas- sena l-oħra (2014) minħabba l-fatt li d-domanda bdiet tkun mqassma aħjar tul x -xhur tas- sena, għaldaqstant CPSU ibbenefika b'ordnijiet ta' xiri kostanti għad-differenza ta' ordnijiet sporadiċi li fis-snin ta' qabel kienu jsiru kull sitt xhur.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex numru ta’ studenti li spiċċaw l-istudji fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi għad ma kellhomx iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni u dan meta saret ċerimonja għal studenti oħra x-xahar li għadda?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi saret fit-13 ta’ April 2015.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk f’dawn l-aħħar ġranet jew ġimgħat, Transport Malta ingaġġatx numru ta’ security guards? Jista’ jgħid kemm-il persuna ġiet ingaġġata?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma ngaġġat l-ebda persuni fil-grad ta’ security guard f’dawn l-aħħar ġranet jew ġimgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija abbażi tal-provvedimenti 5 (1), 5 (2), 5 (3), 6, 10(1), 10(9)a u 10(9)b tal-Kapitlu 188 tal-Liġijiet ta’ Malta, matul l-2013? Jista’ jipprovdi l-informazzjoni maqsuma skont kull provvediment?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija abbażi tal-provvedimenti 5 (1), 5 (2), 5 (3), 6, 10(1), 10(9)a u 10(9)b tal-Kapitlu 188 tal-Liġijiet ta’ Malta, matul l-2014? Jista’ jipprovdi l-informazzjoni maqsuma skont kull provvediment?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15637.
Government Finance Data – taxxa miġbura mis-sisa u d-dwana
Question
B’referenza għat-tabella numru 1 fl-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika fit-30 ta’ Marzu intitolata Government Finance Data January to December 2014, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-€302,607,000 miġbura mit-taxxa fuq is-sisa u dwana huma arretrati tal-Enemalta, liema arretrati kienu dovuti għas-snin ta’ qabel l-2014? Kemm qed jistma l-Ministru li jkun id-dħul mit-taxxi fuq dwana u sisa din is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-€302.607 miljun miġbura mit-taxxa fuq is-sisa u dwana fl-2014, l-arretrati tal-Enemalta jammontaw għall-€132.112 miljun, li minnhom €104.612 miljun huma dovuti għas-snin ta’ qabel l-2014.
Din is-sena, kif muri fl-Estimi Finanzjarji għall-2015, l-istima ta’ d-dħul mit-taxxi fuq dwana u sisa jammonta għall-€265 miljun.
Government Finance Data – żieda fil-fees of office
Question
B’referenza għat-tabella numru 4 fl-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika fit-30 ta’ Marzu intitolata Government Finance Data January to December 2014, jista’ l-Ministru jispjega x’wassal għal żieda ta’ €40 miljun fil-fees of office?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġunijiet prinċipali li wasslu għal żieda ta’ €40 miljun fil-Fees of Office fl-2014 meta ipparagunat mal-2013, huma d-dħul fl-Investment Registration Scheme (€31.8 miljun), Eco-Contribution (€1.3 miljun), Public Registry Fees (€1 miljun), Court Fees (€1 miljun), International Investor Programme - dik il-parti li tiġi ikkreditata fil-Fond Konsolidat - (€4.2 miljun).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13878 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13702, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna rtiraw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu li rrefera għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm ser tiżdied in-nefqa fuq is-salarji u benefiċċji b’riżultat ta’ dan l-ingaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi irtiraw 78 persuna minn mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li ħalsu żejjed ammont ta’ taxxa fuq il-qligħ matul l-2013 humiex qed jirċievu r-refund dovut lilhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza ta’ persuni li ħallsu taxxa zejda matul l-2013 diġà nħarġilhom ir-refund dovut. L-oħrajn qed jiġu pproċessati u ser jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.