Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema li rtiraw
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 20072 u tgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li tmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Tista’ tgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20069 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20064 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tinsab fiit-tabella t’hawn taħt:
Statistika bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015
Numru ta’ Nies li Rtiraw
Numru ta’ Nies Impjegati
Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR)
65
57
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’
51
31
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilita’ (KNPD)
3
5
Departiment għas-Serivizzi għall-Ħarsien Soċjali - (DSWS)
1
9
Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali - (FSWS)
19
232
Awtorita tad-Djar
14
17
Total
153
351
Fl-FSWS l-impjegati huma fil-maġġoranza assoluta tagħhom Social Workers u Sapport Workers.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20063 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015 irtiraw 523 persuna mid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru tiegħi. Għall-istess perjodu ġew mpjegati 1135 persuna.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20065 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li fid-diskors tal-baġit intqal li ‘Se ninkoraġġixxu aktar persuni biex jagħżlu muturi żgħar minflok karozzi. Għal dan il-għan, għas-sena li ġejja, se nnaqqsu drastikament il-liċenzja għal muturi żgħar ta' 125cc għal flat rate nominali ta' €10 fis-sena’, jista’ l-Ministru jiċċara jekk it-tnaqqis li rrefera għalih il-Ministru hux se jkun għall-2016 biss jew jekk din hijiex miżura permanenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-miżura ser tkun kif għidt fid diskors tal-baġit "......għas-sena li ġejja, se nnaqqsu drastikament il-liċenzja tal-muturi żgħar ta' 125cc għal flat rate nominali ta' €10 fis-sena ".
Ħaddiema fis-settur pubbliku – edukazzjoni u saħħa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif wasal għall-kalkolu ta’ 72% fiż-żieda tal-ħaddiema tas-settur pubbliku li ddaħħlu jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa meta jekk wieħed iqabbel l-istatistika ta’ Frar 2013 u April 2015 kif tidher fil-Gainfully Occupied Population isib li kienu inqas minn 50% li marru jaħdmu f’dawn iż-żewġ oqsma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18,805, liema tabella hija bba¿ata fuq informazzjoni li għandu l-Public Administration HR Office (PAHRO).
Kif jirriżulta minn din it-tabella, waqt li ż-żieda fin-numru ta’ impjegati fis-servizz pubbliku kienet ta’ 1,124 bejn April 2013 u Settembru li għadda, 809 minnhom kienu żieda ta’ impjegati fi gradi mediċi, bħala infermiera u paramedici u fi gradi tal-edukazzjoni.
Huwa b’hekk li 72% tal-impjiegi li żdiedu fis-servizz pubbliku kienu fil-gradi mediċi, fil-gradi tal-infermiera u l-paramediċi u fil-gradi tal-edukazzjoni.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – ħaddiema li rtiraw
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20504, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-gradi tat-88 impjegat li ġew impjegati ma’ Transport Malta? Jista’ jgħid x’se jkun l-impatt nett fuq l-ispiża tal-pagi b’dan l-ingaġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-gradi mitluba minnu. L-impatt nett fuq l-ispiża tal-pagi b’dan l-ingaġġ hija ta’ € 43,852.
Fondazzjoni għall-prodott turistiku – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20300, peress li f’kull amministrazzjoni jsir ingaġġ b’metodu differenti, jista’ l-Ministru jispeċifika liema metodu intuża f’dan il-każ? Jista’ jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid xi kwalifiki akkademiċi u professjonali għandhom dawn il-persuni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
L-Onor. Interpellant jista’ jserraħ rasu li din l-amministrazzjoni mxiet fuq il-passi tal-amministrazzjoni preċedenti fejn jidħol ingaġġ tal-persuni.
Biex nirrispondi għat-tieni parti tal-mistoqsija, il-persuni msemmija għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex iservu fil-karigi li għandhom.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li ġiet ivverifikata mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti l-informazzjoni miġbura, li hija b’żieda mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12701, ninsab infurmat li mit-2 ta’ Ottubru 2014 sat-30 ta’ Settembru 2015, kien hemm 73 impjegati li spiċċaw l-impieġ, 34 li kienu direttament taħt ir-responsabbiltà tiegħi u 39 li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari. In-numru ta’ okkażżjonijiet fejn ġew impjegati ħaddiema direttament taħti fl-istess perjodu li spiċċaw dawn l-impjegati jammonta għal 28 li fosthom hemm numru b'kuntratt definit u mhux b’impieg permanenti. Filwaqt li n-numri korrispondenti fejn ħaddiema ġodda li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Parlamentari hu ta’ 74, li fosthom hemm numru b'kuntratt definit u mhux impieg permanenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew Transport Malta humiex qed iżommu statistika dwar il-puntwalità tat-Trasport Pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed iżżomm statistika dwar il-puntwalità tat-Trasport Pubbliku. Din l-istatistika tinġabar permezz ta’ surveys li jsiru f’ħinijiet diversi matul il-ġurnata minn postijiet diversi f’Malta u Għawdex. Il-Puntwalità medja bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kienet ta’ 94%.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – ħaddiema li rtiraw
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20061, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fir-rigward tad-Dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu imsemmi ġew impjegati 98 persuna mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi. Fl-istess perjodu kien hemm xejn inqas minn 237 li rtiraw mill-impjieg tagħhom. Mal-Grand Harbour Regeneration Corporation kien hemm 4 impjiegi ġodda, filwaqt li fl-istess perjodu irtiraw 2 persuni. Ma’ Transport Malta ġew impjegati 88 persuna u irtiraw 33.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-impjegati li fl-2013 kienu qed jaħdmu bit-telework fl-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta kellhomx il-kuntratt tat-telework imġedded fl-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim tat-telework ġie estiż verbalment bl-istess kundizzjonijiet u żdiedu oħrajn magħhom fis-sena 2014.
A kuntrarju ta’ stqarrijiet dwar it-teleworking fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, nikkonferma illi m’huwa minnu xejn li kien hemm tnaqqis jew tnaqqir f’dan l-istess arranġament ta’ xogħol.
F’konformità mal-linja li qed jieħu dan il-Gvern kontra kull abbuż, il-Ministeru kif ukoll l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, qed jiżgura ruħu li min hu eliġibbli għat-teleworking jieħdu b’mod komplet. Naċċertaw iżda, illi min jabbuża, ser jinqata’ mill-programm jew inkella jiġu riveduti l-kundizzjonijiet tiegħu.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħda tagħmel ħilitha biex issolvi dawn il-kwistjonijiet, fl-istess waqt iżda li hija kommessa li żżomm is-serjetà fit-tmexxija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-impjegati li kienu qegħdin jaħdmu bit-telework fl-2013 kellhom il-kuntratt tat-telework mibdul fix-xhur li għaddew? X’kienet ir-raġuni għall-bidliet li saru?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjeġati li kienu qegħdin jaħdmu bit-telework fit-2013 u kellhom il-kuntratt tat-telework mibdul fix-xhur li għaddew huwa ta’ ħamsa. Dan sar minħabba esiġenzi tax-xogħol jew fuq talba tal-impjegati stess jew sabiex is-sistema tat-telework ikollha fiha ċertu accountability.
Ħaddiema fis-settur pubbliku – edukazzjoni u saħħa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif wasal għall-kalkolu ta’ 72% fiż-żieda tal-ħaddiema tas-settur pubbliku li ddaħħlu jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa meta jekk wieħed iqabbel l-istatistika ta’ Frar 2013 u April 2015 kif tidher fil-Gainfully Occupied Population isib li kienu inqas minn 50% li marru jaħdmu f’dawn iż-żewġ oqsma?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif hemm indikat fid-domanda, għandha ssir lill-persuna kkonċernata.
Fondazzjoni għall-prodott turistiku – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20057, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika biex intgħażlu persuni li qed jokkupaw dawn iż-żewġ pożizzjonijiet? Jista’ jgħid xi kwalifiki akkademiċi u professjonali għandhom dawn il-persuni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjieġ tal-persuni li qed jimlew il-karigi li għalihom qed jirreferi għalihom sar fuq l-istess kriterju ibbażat fl-amministrazzjoni preċedenti fejn l-istess Onor. De Marco serva fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari u Ministru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix HR Management Plan għas-servizz pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta' dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li din hija l-ewwel darba li tfassal b’mod formali HR Managment Plan għas-servizz pubbliku.
Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali u Direttur
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali u Direttur li kienu fil-kariga fid-9 ta' Marzu 2013 għadhom iservu fl-istess kariga li kellhom sal-lum? Fil-każ ta dawk li ma kellhomx il-kuntratt imġedded, jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni?
Jista’ l-Ministru jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-pagi tas-servizz pubbliku fl-2013 spiċċat kważi €14 il-miljun aktar milli kien stmaha l-Gvern?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża attwali (‘attwali’ għall-2013 u l-2014, iżda ‘prevista’ fil-każ tal-2015) meta mqabbla mal-estimi approvati tirrifletti ir-reklutaġġ li kien meħtieġ li jsir matul is-sena, l-aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni u tas-saħħa, skont il-bżonnijiet sabiex jiġu pprovduti is-servizzi relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-pagi tas-servizz pubbliku fl-2014 spiċċat €41 miljun aktar milli stmaha l-Gvern?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża attwali (‘attwali’ għall-2013 u l-2014, iżda ‘prevista’ fil-każ tal-2015) meta mqabbla mal-estimi approvati tirrifletti ir-reklutaġġ li kien meħtieġ li jsir matul is-sena, l-aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni u tas-saħħa, skont il-bżonnijiet sabiex jiġu pprovduti is-servizzi relatati.