Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq il-Kosta — railings protettivi

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu r-railings protettivi fit-triq tal-Kosta fejn hemm il-hamlet tas-Salini peress li qed jidħlu ilmenti mir-residenti li l-ftit railings li hemm huma msadda u ma joffrux protezzjoni adekwata speċjalment lit-tfal peress li skont l-istess ilmenti jidher li hemm periklu u li hemm riskju li xi ħadd jaqa' għoli ta' sular fin-nuqqas ta' dawn ir-railings?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ir-railings qed jiġu mmanifatturati u ser jitwaħħlu mill-aktar fis.
Leg 12 PQ #21561 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2682 u jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fir-rigward ta’ bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll informazzjoni fir-rigward tal-membri fuq kull bord sad-9 ta’ Marzu, 2013. Fir-rigward ta’ Diretturi li jservu preżentament fuq kull bord, ninforma l-Onorevoli biex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu minhabba li mhux normali li Diretturi ikunu mahtura fuq bordijiet tal-Gvern.

Transport Malta – Enforcement Section – kuntratt tal-Autobus de Leon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enforcement Section ta’ Transport Malta għandhiex kopja tal-kuntratt iffirmat mal-Autobus de Leon u dan sabiex tkun tista’ tinforza l-klawsoli li hemm fl-istess kuntratt? Jista’ jgħid min, f’Transport Malta, għandu aċċess għal dan il-kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unit fi ħdan Transport Malta li għandu ir-responsabbilta’ li jinforza l-klawsoli li hemm fl-kuntratt iffirmat mal-Autobuses de Leon huwa l-Public Transport Unit. Għaldaqstant, l-impjegati li jagħmlu parti minn dan il-Unit għandhom kopja tal-kuntratt sħiħ jew inkella partijiet minnu. Il-livell ta’ aċċessibilita’ għal dan il-kuntratt jiddependi fuq ix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu dawn l-impjegati.
Leg 12 PQ #21606 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – stqarrija – żieda fl-impjieg

Question

B’referenza għat-tabelli numri 7 u 8 tal-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika 172/2015 maħruġa fit-22 ta’ Settembru 2015, li juru li l-impjieg fis-settur pubbliku żdied minn 46,489 għall-50,646 f’temp ta’ sena, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dak li qiegħed juri dan is-survey hux korrett u ċjoè jekk l-impjieg fis-settur pubbliku żdiedx bi kważi 8% f’temp ta’ sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-imsemmijin tabelli jiġbru fihom kemm is-settur pubbliku kif wkoll dak privat. Il-konklużjoni li wasal għaliha l-Onorevoli Interpellant hija għalhekk kompletament bla bażi u tiżgwida.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm intefqu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea taħt l-ERDF sena b’sena f’termini assoluti u bħala persentaġġ mill-ammont kollu allokat lilMalta għal qabel l-2007, bejn l-2007 u l-2013 u l-2020?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Fondi tal-ERDF – proġetti ffinanzjati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema proġetti, iffinanzjati mill-fondi tal-ERDF tal-programming period 2007-2013, waqgħu lura fl-implimentazzjoni u allura qegħdin f’riskju li jitilfu mill-fondi allokati? Jista’ jgħid f’kull każ kemm hemm fondi f’riskju?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li writna diversi problemi marbuta mal-Fondi Ewropej mingħand il-Gvern preċedenti, li wasslu għal riskju li jintilfu miljuni kbar ta' fondi. Tajjeb nsemmi li numru ta' proġetti kienu mwaħħla minħabba burokrazija, problemi dwar il-proċess tal-kuntratti, nuqqas ta' riżorsi kif ukoll minn deċiżjonijiet politiċi li qatt ma ttieħdu. Fost in-numru ta' proġetti li waqgħu lura minħabba r-raġunijiet premessi, kien hemm l-proġett tal-Kottonera, l-proġett Modus, n-National Flood Relief Project kif wkoll l-proġett tal-estensjoni ta' Mater Dei. Peress li l-għan ta' dan il-Gvern huwa li ma jintilfux fondi, saħħaħna s-sistemi w l-istrutturi w ħadna deċiżjonijiet neċessarji sabiex dan ir-riskju jiġi ndirizzat kemm jista' jkun.
Leg 12 PQ #21555 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11542 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bejn it-30 ta’ Settembru 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014, ingħataw 18-il direct order mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi. F’kull kaz, dawn ngħataw għaliex kienu fil-parametri tar-regolamenti tal-procurement tal-Gvern.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — direct Orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11540 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ngħataw tliet direct orders mid-dipartimenti skont id-definizzjoni tal-Artiklu 20(4) tal-Public Procurement Regulations fil-perjodu konċernat. Tajjeb li wieħed isemmi li f’kull każ nġabru kwotazzjonijiet u ntagħżlet l-orħos offerta.
Leg 12 PQ #21557 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Top Management Positions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8620 u 7696 u jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21558 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — top management positions

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8466 u 7499 u jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management positions mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-twegiba ser tinghata f'seduta ohra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2690 u jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2689 u jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #21524 Sitting 340 2015-12-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14943 u ċjoè: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14110, jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed nipprovdi l-lista tal-persuni ngaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi: Office of the PPS Senior Administrative Coordinator Sc 6 General Administration and Co-ordination for Grievances Unit and Employees Relations Office of the PPS Employee Relations Coordinator Sc 7 Coordinating of Employee Relations issues Office of the PPS Administrative Coordinator Sc 10 Coordinating of operational and administrative matters Office of the PPS Receptionist Sc 13 Receptionist duties

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14944 u ċjoè: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14111, jista’ d-Deputat Prim Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellent għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15292.
Leg 12 PQ #21551 Sitting 340 2015-12-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11557 u jagħti lista ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u jgħid f’kull każ xi proċedura ntużat biex jinħatru dawn il-konsulenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi jiena ilni nokkupa l-kariġa ta’ Ministru għat-Turizmu minn April 2014, nitlob lill-Interpellant sabiex jagħti dati speċifiċi li fihom irid tali nformazzjoni mill-Ministeru li llum jaqa’ taħt ir-risponsabbilita’ politika tiegħi.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqisja parlamentari 11552 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11551 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16320, ninfurmah li aktar informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #21554 Sitting 340 2015-12-15 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11550 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal perjodu msemmi minnu ingħataw 371 direct orders li jaqgħu taħt dan il-Ministeru u ngħataw għaliex kienu fil-parametri tar-regolamenti tal-procurement tal-gvern. Is-Segretarjat, id-Dipartimenti u l-Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Finanzi huma esklużi.
Leg 12 PQ #21507 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21056 u 20058 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies, ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru, fl-istess perjodu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #21508 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi– ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21061 u 20067 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.