Ministeru għat-Turiżmu — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati tlett konsulenti fil-perjodu konċernat u li r-remunerazzjoni tagħhom hi marbuta ma skala 4 fis-Servizz Pubbliku.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Konsulenti - remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lista ta’ konsulenti ingaġġati fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrasturttura — Konsulenti - remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm konsulent wieħed li ġie ingaġġat mill-2014 ‘l hawn u li jagħmel parti mill-Unit magħruf bħala Strategic and Priorities Unit (SPU) tal-Ministeru tiegħi. Ir- Remunerazzjoni tiegħu hija dik ekwivalenti għal skala 4.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konsulenti - remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm persuna waħda ngaġġata bħala konsulent u r-remunerazzjoni tagħha hija ta’ €35,583 bħala salarju, flimkien ma’ karozza tas-servizz u servizz tat-telefon u internet li jammonta għal €815 fis-sena.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn April 2013 sa Diċembru 2016, l-ispiża fuq mobile phones u fuel tal-uffiċjali (Segretarjat) fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, kienet kif ġejja:
Mobile Phones:
€34,104.04
Fuel: € 7,183.34
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie kkostitwit fid- 29 ta’ April 2016, allura ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni relatata ma din id-domanda hija bejn id-data min meta gie kkostitwit Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima sa Dicembru 2016. L-ispejjeż li saru minn uffiċjali fis-segretarjat ta’ l-imsemmi Ministeru huma kif gej:-
Mobile phones - € 3,724.30
Fuel - €2,420.00
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tagħha matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Konsulenti - remunerazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li ġie ngaġġat konsulent wieħed fil-perjodu kkonċernat u li din il-persuna m'għadhiex tokkupa din il-pożizzjoni. Ir-remunerazzjoni tiegħu f'dan il-perjodu kienet dik ta' Skala 3 fis-Servizz Pubbliku.