Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29753 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sezzjoni tal-Kuntratti u Xiri fi ħdan id-Direttorat tal-Finance & Administration tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fl-2016, ħarġet 175 direct order li jammontaw għall-valur ta’ €1,465,771.91 (VAT eskluża). Il-Grand Harbour Regeneration Corporation ħarġet 25 direct order li jammontaw għal €896,872.90 (VAT eskluża) Fir-rigward ta’ Transport Malta, tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar. L-Onor. Interpellant għandu jkun informat li d-direct orders ingħataw skont ir-regolamenti ta’ procurement tal-Gvern.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għoti ta’ Direct Orders sar skont kif jitolbu r-regolamenti finanzjari dawn jiġu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern kull sitt xhur skont Avviż Legali 296/2010 kif emendat skont artiklu 20(2) u skont Avviz Legali 352/2016, artiklu 111(2).

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif jidher hawn taħt: Sena li fiha saret il-kawża fil-konfront tal-Awtorita’ / Entita’ Isem tal-Entita’ / Awtorita’ 2013 2014 2015 2016 Sal-aħħar ta Frar 2017 Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali 1 1 Nil 2 2 Awtorita’ tad-Djar 38 36 36 47 38 SAPPORT Nil Nil Nil Nil 1

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS gie mwaqqaf fid- 29t’April, 2016. GAMING MALTA NIL MGA 1 MMA NIL FREEPORT NIL MCA 3 MITA NIL

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — entitajiet - kawżi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DALLI, HELENA)

2013 3 2014 2 2015 6 2016 3 2017 xejn
Leg 12 PQ #29750 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — direct orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations.
Leg 12 PQ #29752 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab kienet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma kellha l-ebda konfront indirizzat dirett lejha minn meta twaqfet f’April 2016 sa issa pero’ ġiet kjamata in kawża f’erba’ kawżi dwar ċirkustanzi u, jew materja li ppreċedew l-ERA filwaqt li l-WasteServ ġiet kjamata in kawża fuq 5 ċirkustanzi f’dawn l-aħħar ħames snin.
Leg 12 PQ #29743 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta' kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitatajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi f'dawn l-aħħar ħames snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Università ta' Malta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fil-Ministeru tiegħi ma kellhomx kawżi fil-konfront tagħhom. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 8585 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 492, nhar l-Erbgħa 8 ta' Marzu 2017)
Leg 12 PQ #29745 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

It-tagħrif li talab dwaru l-Onor. Interpellant jidher hawn taħt: Numru ta’ kawżi fil-konfront ta’ awtoritajiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi Awtorità/Entità Ġurisdizzjoni 2012 2013 2014 2015 2016 Malta Financial Services Authority Tribunal dwar Servizzi Finanzjarji 2 2 1 3 10 Qorti 1 1 - 1 - Malta Stock Exchange Qorti 3 2 1 1 1
Leg 12 PQ #29746 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Entitajiet - kawżi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm l-ebda kawża peress li m’hemmx awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Leg 12 PQ #29736 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Entitajiet - Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kellu kawża waħda fil-konfront tiegħu fl-aħħar ħames snin.