Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta' abbużi ta' sess

Question

In vista tal-fatt li Kostituzzjoni ta' Malta tipprovdi ħarsien kontra diskriminazzjoni kontra s-sessi, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa fi ħdan il-Ministeru tiegħu ngħatax jew għandux poteri li jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet dwar każijiet ta' abbużi a bażi ta' sess fil-media, fir-reklami, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mit-twaqqif tiegħu, kienet il-prattika li d-Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet dwar każijiet ta' abbużi a bażi ta' sess fil-media, fir-reklami, eċċ. 22.2.99
Leg 9 PQ #4627 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Onor. Sant Alfred — Dibattitu dwar l-ekonomija u l-finanzi

Question

In vista ta' l-istqarrijiet min-naħa tal-gvern dwar consensus nazzjonali fuq diversi oqsma ta' politika, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern m'aċċettax mill-ewwel l-istedina tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għal dibattitu nazzjonali dwar il-qagħda serja ta' l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż, qagħda li llum anke l-Partit Nazzjonalista qed jammetti li teżisti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Tajjeb li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li d- deċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu fis-sentejn li għaddew kienu wasslu għall-inċertezza u għal staġnar ekonomiku f'pajjiżna. Dan kien spjegat fid-dettal fid-Diskors tal- Budget kif ukoll waqt id-diskussjonijiet li saru f'dan il-Parlament dwar il-Budget ftit tal-ġimgħat ilu. Ressaqna u ddiskutejna wkoll il-pjani u proposti tagħna ta' kif ser insewwu l-ħsara li saret fis-sentejn li għaddew u b'hekk nerġgħu inpoġġu l-ekonomija fuq sisien sodi u sostenibbli. Issa għaddejna għall-fatti u bdejna nieħdu l-miżuri neċessarji, fosthom dawn li ġejjin: Ġiet introdotta mill-ġdid il-VAT taxxa li mhux biss ser tiggarantixxi dħul ġust u neċessarju għall- Gvern imma neħħiet spejjeż żejda minn fuq in- negozju. Erġajna poġġejna lil Malta fil-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, proċess li għandu jagħti spinta lill-Ekonomija Maltija. Raħħasna r-rati tad-dawl u l-ilma b'mod li mhux ser ikunu ta' piż żejjed fuq il-konsumatur filwaqt li jrendu d-dħul neċessarju għall-Korporazzjonijiet. Ittieħdu passi bis-serjeta li wassluna f'pożizzjoni li sa nofs din is-sena jibda x-xogħol fuq diversi proġetti. Jiddispjaċini ninnota li l-Oppożizzjoni għadha sa llum ma tagħrafx li kien prinċipalment tort tal-politika żbaljata tagħha, speċjalment f'dawn l-oqsma, li kkawżaw l-istaġnar ekonomiku.

Qormi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx u għaliex ftit ilu n-nies li jirreġistraw għax-xogħol fil-Labour Office ta' Ħal Qormi tħallew fi queue jistennew barra fix-xita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-informazzjoni li ngħatatli jirriżulta li l-Area Offices għandhom l-ħin stabbilit għall-ftuħ u l-għeluq għar-reġistrazzjoni. Il-bibien jinfetħu għall-pubbliku bejn nofs siegħa u kwarta qabel il-ħin stabbilit. Qiegħed jiġri, pero, li n-nies qiegħda tiġi qabel il-ħin stabbilit. 16.2.99

Assistenza Soċjali — Persuni separati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni separati li jgħixu b'manteniment u jirreġistraw għax-xogħol ma ħadux żieda ta' l-għoli tal-ħajja, fil-pagament ta' l-assistenza soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant għandha tifhem li l-Għajnuna għal Disimpjieg għadha sa issa tiġi mħallsa b'mod manwali u kull każ irid jiġi revedut individwalment. Minn dawk kollha li qegħdin jikkwalifikaw għal din l-Għajnuna baqa' biss numru żgħir ħafna li r-rata ta' benefiċċju għadha ma ġietx reveduta. Huwa maħsub li dawn il-ftit każijiet li baqa' jiġu reveduti sal-aħħar ta' Frar. 16.2.99

Prezzijiet — Żieda fuq mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaż-żieda fil-prezz ta' dawn il-mediċini essenzjali: Minn Saru Irfen x 20 78c 91c Nurofen x 48 Lm1.67c Lm1.96c Nurofen x 96 Lm3.28c Lm3.52c Strepsils Lozenges 74c 85c Benylin Original Syrup 49c Lm1.39c Solpadeine x 24 94c 98c Novagesic flu pills Lm1.42c Lm1.59c Calpol Syrup sugar free under 6 98c Lm1.06c Optrex Dawn għaliex għollewhom l-importaturi? Peress li dawn il-mediċini huma VAT free, allura jista' jkun li żdiedulhom minħabba l-overheads (u mhux għal pagi qiegħda nirreferi)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn l-informazzjoni li għandu l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, jirriżulta li Irfen x 20 żdied għal Lm0.910 minħabba tibdil fil-kambju kif wkoll żieda fil-prezz minn barra. In-Nurofen x 48 u Nurofen x 96 żdiedu fil-prezz għal Lm1.960 u Lm3.520 rispettivament minħabba żieda minn barra. il-prezz taż dawn iż-żewġ prodotti jinbiegħu l-ekwivalenti ta' Lm3.260 u Lm5.570 fir-Renju Unit. Lis-Strepsils Lozenges żdied għal Lm0.850 minħabba żidiet minn barra. Il-prezz ta' dan il-prodott jinbiegħ Lm1.230 fir-Renju Unit. Is-Solpadeine x 24 żdied għal Lm1.050 wkoll minħabba żieda minn barra. Il-prezz ta' dan il-prodott fir-Renju Unit hu ta' Lm2.380. Novagesic Flu Pills wkoll żdied għal Lm1.590 minħabba żieda minn barra. Il-Calpol Sugar Free Under 6 żdied għal Lm1.060 minħabba żieda fit-trasport. Dan il-prodott jinbiegħ Lm2.070 fir-Renju Unit. Rigward il-Benylin, irid jingħad li fil-pajjiż kien jiġi impurtat Benylin Original. Dan il-prodott m'għadux jinbiegħ fir-Renju Unit u ġie mibdul ma prodott ieħor b'formola differenti taħt l-isem ta' Benylin Chesty Cough Syrup. Dan il-prodott li hawn Malta jinbiegħ Lm1.390 qed jinbiegħ fir-Renju Unit għall-prezz ta' Lm1.880.

Social Workers — Family Therapy Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jimpjega aktar social workers, b'mod partikolari biex jissaħħaħ is-servizz tal-Family Therapy Services?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għandu joħroġ applikazzjonijiet għal numru ta' social workers. Uħud min dawk li jidħlu jagħmlu xogħol fis-"Support Services Unit" li tkopri wkoll xogħol fil-family therapy. 15.2.99

SWDP — Fostering

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern fir-rigward tal-fostering? Se ssir leġislazzjoni dwar dan? Se jsaħħaħ it-taqsima tal-fostering fi ħdan il-Family Therapy Services ta' l-SWDP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hemmx taqsima li tagħmel il-Fostering fl-SWDP. Jeżisti Tim li jissejjah Inter Agency Fostering Team li jaħdmu fih flimkien (1.) id-Dipartiment għal Ħarsien tal-Familja, (2.) L-Uffiċċji tat-Tfal tal-Knisja, u (3.) l-SWDP. Dan l-Inter-Agency Fostering Team għamel proposti dettaljati dwar policies u proċeduri meħtieġa għal-Fostering, fosthom dwar il-ħolqien ta' Kummissjoni Nazzjonali Dwar Fostering u wkoll dwar il-ħolqien ta' Aġenzija tal-Gvern (li tkun assoċjata mad-Dipartiment għal-Ħarsien tal-Familja) li tagħmel il-Fostering. Il-Ministeru bħalissa qiegħed jikkonsidra b'mod attiv din il-proposta, għaliex iqis dan il-qasam fost il-prioritajiet tiegħu. 15.2.99

Pensjonijiet — Collective Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-gvern li ħarġu bil-pensjoni lejn l-aħħar tas-sena 1998 humiex se jibbenefikaw mil-lump sums li ġew mogħtija bil-Collective Agreement ta' dan l-aħħar? Jekk se jibbenefikaw, b'liema mod? Dawn il-lump sums se jiġu riflessi fil-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li jekk qed tirreferi għal pensjoni tas-sigurta' soċjali, billi ma tħallsitx kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali fuq il-'lump sums' mogħtija, allura din iż-żieda ma tkunx riflessa fil-kalkolu tar-rata ta' pensjoni tas-sigurta' soċjali dovuta. Jekk, minn naħa l-oħra l-Onor. Interpellant qed tirreferi għal pensjoni tat-Teżor, nitolbha tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Onor. Ministru tal-Finanzi. 15.2.99
Leg 9 PQ #4489 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Ċnus

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li għandhom ċens li kien tal-Knisja u li llum qed iħallsuh lill-Joint Office u li jixtiequ jifduh qed jgħidulhom li ma jistgħux għaliex il-proċeduri staġnati? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qed jagħmel dak kollu possibli bir-riżorsi li għandu biex it-talbiet li saru għall-fidi ta' ċens taħt l-Iskema 'Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens' jiġu finalizzati fl-iqsar żmien possibli. Id-diffikultajiet li jeżistu jolqtu interpretazzjoni tal-Ftehim tal-1992 bejn il-Gvern u s-Santa Sede, nuqqas ta' informazzjoni dwar l-istess applikazzjonijiet li l-Uffiċċju ma rċeviex mill-entijiet reliġjużi u n-nuqqas ta' nies imħarrġa biżżejjed li jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet. Dawn id-diffikultajiet, li ma tweldux issa, se nippruvaw negħlbuhom billi jiġu kkunsidrati diversi alternattivi, inkluża l-possibilita' li parti sostanzjali mix-xogħol meħtieġ jiġi 'farmed out'. 15.02.99

Assistenza soċjali — Romol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm romol li ħadu 75c żieda biss ta' l-għoli tal-ħajja u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skond ir-rekords tad-Dipartiment, l-ebda Armla li qed tirċievi pensjoni kontributorja tar-Romol ma rċeviet żieda għal għoli tal-ħajja ta' Lm0.75 ċenteżmu biss. 15.2.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Qormi, Ħal Luqa u Santa Venera li jirċievu xi forma ta'pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 8.2.99

Anzjani — Dħul fl-Isptar Zammit Clapp

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 904, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' l-individwu in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Każ ta' din il-persuna ġie mistħarreġ u tqegħdet fil-lista ta' priorita', iżda sfortunatament ġejt infurmat li l-persuna ġiet nieqsa f'dawn l-aħħar ġranet. 3.2.99
Leg 9 PQ #4184 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impressed drivers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impressed drivers li jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet? F'liema dipartimenti jew korporazzjonijiet? X'vetturi għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Skond l-aħħar informazzjoni li għandu dan l-uffiċċju jidher li fis-26 ta' Ottubru 1998 kien hemm 724 drivers ta' vetturi impressed b'kuntratt mal-Gvern jew korporazzjonijiet parastatali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' drivers ta' vetturi impressed kif huma mqassma fid-dipartimenti u korporazzjonijiet parastatali. Dwar l-aħħar parti tad-domanda l-informazzjoni tista tiġi mitluba mill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #4185 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni liċ-ċittadini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3953, jista' l-Ministru jagħti spjega ta' x'inhuma d-diversi raġunijiet u għaliex ma jistgħux isiru arraġamenti sempliċi ma'l-indivdwi konċernati biex il-pulizija on duty fuq fixed points għal sigħat twal ikun jista' jagħmel użu minn faċilitajiet sanitarji?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 3780, Numru 3952, u Numru 3953, dwar dan is-suġġett. 03.02.99

Maltacom — Customer Service Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Customer Service Officers fi ħdan il-Maltacom qegħdin iwettqu ħidma fir-roster tal-Customer Service Assistants fil-fergħa tagħha fil-Belt? Jekk ir-raġuni hija li għax hemm iżjed Customer Service Officers milli hemm ħtieġa għalihom, jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Maltacom wettqet ħatriet fil-grad ta'Customer Service Officers riċentement?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Customer Service Officers, li għalihom qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant, ma setgħux jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fil-post ta' qabel għal raġunijiet indipendenti mill-Maltacom. Dawn il-Customer Service Officers iddaħħlu fir-roster biex jaħdmu 'kif ikun meħtieġ' wara ftehim ma' l-Unions li tirrapreżentahom.

Maltacom — Customer Service Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet li l-Ombudsman kien għamel lit-Telemalta, illum Maltacom, fuq l-ilment li għadd ta' mpjegati kienu ressqu quddiemu rigward il-ħatra ta' Customer Service Officer skond is-sejħa 4/94? Jikkonferma l-istess Ministru li l-Ombudsman kien ħejja rapport lit-Telemalta u jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-Ombudsman li għalih qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #4095 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Probation Officers — Warrants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li għandhom warrant ta' probation officer qed jaħdmu ma' criminal offenders fil-komunita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni appuntati bħala Probation Officers u li qed jagħmlu dan ix-xogħol hu ta' 5. Ninsab infurmat ukoll li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet li għalqet fil-15 ta' Jannar, 1999, għall-Probation Officers u Trainee Probation Officers u li issa qed tiġi pproċessata. 02.02.99
Leg 9 PQ #4171 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-individwu li qed irabbi ż-żwiemel fuq art tal-gvern li xi snin ilu kien ħa u bena l-istalel għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kawża tal-pulizija kontra individwu li qed iżomm żwiemel fuq art tal-Gvern għadha quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.
Leg 9 PQ #4178 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xgħajra - Għassa

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-għassa tax-Xgħajra qed tkun magħluqa regolarment, tant li dan il-fatt qed ikompli jikkrea insigurta' b'mod partikolari lil anzjani residenti fix-Xgħajra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Għassa tax-Xgħajra qed tkun miftuħa regolarment. 02.02.99