Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4642 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministru għal Għawdex li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn inħatru l-membri ġodda tal-Kunsill tal-Kultura, tal-Kumitat Festi Nazzjonali u Popolari u tal-Gozo Sports Board kif normalment isir fil-bidu ta' kull sena. L-informazzjoni dwar il-membri tagħhom fl-1998 u issa hija mogħtija fil-lista anessa.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma kien hemm ebda tibdil s'issa f'xi bord jew kumitat tat-tmexxija tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd. L-uniku tibdil kien fir-rappreżentanza ta' żewġ Diretturi li normalment jiġu nominati mill-Ministeru fuq il-Bord tad-diretturi tal-Malta Dairy Products Co. Ltd. L-aħħar żewġ diretturi kienu s-sur Charles Mizzi u s-sur George Carbone. Flokhom ġew innominati s-sur Edgar Ellul u s-sur Mario Sammut. Dan mhux bord, kumitat jew entita' pubblika.
Leg 9 PQ #4644 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Intern li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.03.99 Seduta 69

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4634 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Karnival — Karrijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ippjanat li jipprovdi post addattat fejn jaħdmu lil dawk li jaħdmu l-karrijiet tal-Karnival, bil-għan li xogħolhom ma jintilifx minħabba l-maltemp? Jekk iva, meta huwa ppjanat li dan il-post jiġi pprovdut u fejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposti fuq l-istess suġġett li tajt numri 4030 u 4287. Nixtieq inżid li diġa' ħadt passi biex il-proċeduri neċessarji ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jiġu segwiti.

UE — Għajnuna lil Malta

Question

Issa li l-Gvern Nazzjonalista r-riattiva l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkalkula li l-Unjoni se tagħti flus lil Malta f'għotjiet u mhux f'self fis-sentejn li ġejjin?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għandu jeżamina r-rapport ta' aġġornament tal-Kummissjoni dwar it-talba ta' Malta għar-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni għal sħubija. Il-forma u l-ammont ta' għajnuna li Malta tista' tieħu mill-Unjoni jiġu diskussi fil-kontest tal-miżuri li jridu jittieħdu biex Malta tattiva l-provedimenti ta' l-acquis communitaire.
Leg 9 PQ #4636 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji tal-Gvern — Mediċini b'xejn

Question

Il-Ministru jaf li hemm min jieħu l-mediċini b'xejn mill-ispiżeriji tal-gvern u li dan l-aħħar qed iżommulhom riċetta ta' tlett xhur għal supply ta' xahrejn? Jekk jaf, x'inhi r-raġuni? Jekk ma jafx, x'se jagħmel biex dan ma jsirx aktar għaliex hemm lok ta' abbużi serji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tibdil li sar fis-sistema ta' tqassim ta' mediċini mill-ispiżeriji tal-Gvern huwa mmirat biex jaġevola lill-pazjenti. Dawn issa m'għandhomx bżonn li jmorru fl-ispiżeriji kull xahar, iżda qed jingħataw ammont li jservi xahrejn. B'din is-sistema ġie deċiż li r-riċetti s-sofor, li kienu jinqasmu fi tlieta b'kull parti valida għal xahar mediċini, issa jibdew jitqiesu bħala riċetta waħda valida għall-perjodu ta' xahrejn. F'din is-sistema ma hemm lok għall-ebda abbuż għaliex wieħed jista jivverifika li r-riċetti kollha għandhom il-partijiet kollha ntatti. Barra minn hekk fuq ir-riċetta jkun hemm imniżżel l-ammont ta' mediċini li ġew mogħtija lill-pazjent. Is-sistema bdiet titħaddem f'Novembru 1998, għall-ewwel fil-'Postal'u f'xi distretti. Mill-ewwel bdew jidhru riżultati nkoraġġanti fin-nuqqas ta' ħela ta' ħin, l-ewwel għall-pazjenti fi kjus twal, u t-tieni għall-ispiżjara fil-mili ta' formoli. Għalhekk, is-sistema baqgħet tiġi mifruxa sakemm, issa, mill-1ta' Marzu 1999 se tibda titħaddem fl-aħħar żewg 'Health Centres' - dawk tal-Mosta u tal-Furjana.
Leg 9 PQ #4637 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li se terġa' tidħol is-sistema li ssir ir-riċetta għal mediċini b'xejn kull xahar u mhux għal tlett xhur kif inhi bħalissa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Le mhux veru.

Liġi tas-Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inbediex ix-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-liġi tas-sigurta' soċjali? Jekk iva, f'liema stadju qiegħed ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-suġġeriment biex il-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali tiġi riveduta biex tinftiehem aħjar minn kullħadd qegħda tiġi kkunsidrata. 24.2.99
Leg 9 PQ #4639 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni — Abbużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li hemm min qiegħed jabbuża mill-pensjoni, billi fl-aħħar snin tax-xogħol ikun tella' jew tellgħulu s-salarju aktar milli fil-fatt kien? Kemm huwa n-numru ta' pensjonanti u kemm dawn l-abbużi jinvolvu finanzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Liġi tal-Koperattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni qed issir fir-rigward tat-tibdil fil-liġi tal-Koperattiva? Ma' min qed issir din il-konsultazzjoni? Meta hi ppjanata li din ir-reviżjoni tiġi ffinalizzata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, issa li reġa nħatar il-Bord tal-Koperattivi, ser jitkompla x-xogħol fir-rigward tat-tibdil fil-Liġi tal-Koperattivi. Il-Bord preċedenti kien diġa' beda dan ix-xogħol fejn: (a) stieden lill-koperattivi reġistrati jibagħtu s-suġġerimenti tagħhom, (b) ha pariri mingħand Prof. Hans Munkner, li kien għen fl-abbozz tal-liġi preżenti u (c) ipprepara abbozz preliminarju ġdid tal-liġi. Il-Bord il-ġdid issa qiegħed jidentifika esperti internazzjonali oħra fil-qasam koperattiv li flimkien ma' istituzzjonijiet u persuni interessati jistgħu jikkontribwixxu għal dan it-tibdil fil-Liġi. Huwa wkoll mistenni li l-Organiżżazzjoni Apex u l-Allejanza Internazzjonali tal-Koperattivi jikkontribwixxu f'dan il-proċess. Huma ppjanati li jsiru aktar laqgħat u diskussjonijiet sabiex jitkompla dan il-proċess tar-reviżjoni. 23.2.99
Leg 9 PQ #4629 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Sistema tar-refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-konsumatur se jkun jaf min huma dawk in-negozjanti li daħlu jew ma daħlux għas-sistema tar-refunds kif stipulat permezz tal-liġi tal-VAT, jiġifieri dawk li suppost jiġbru l-VAT jew le?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bil-liġi l-ġdida tal-VAT, ħwienet u operaturi oħra ekonomiċi li jagħżlu li jibqgħu barra mis-sistema tar-refunds xorta waħda għandhom l-obbligu li jagħtu rċevuta fiskali jew fattura skond il-liġi. Dawn l-operturi għandhom l-obbligu li jaraw li l-irċevuti jew fatturi li jagħtu jkunu mmarkati bil-kliem EXEMPT fil-każ ta` fatturi u rċevuti fiskali maħruġa bl-idejn, jew bl-ittra EXP fil-każ ta` rċevuti fiskali maħruġa bil-cash register. B`hekk il-konsumatur ikun jista` jgħid jekk dak l-operatur lijixtri mingħandu jkunx qedjiġbor il-VAT jew le. Mill-banda l-oħra, dawk l-operaturi li jagħżlu li jibqgħu barra mis-sistema tar-refunds għandhom ukoll l-obbligu li jirreġistraw mad-Dipartiment tal-VAT bħala persuni eżenti fuq reġistru separat. Għaldaqstant id-Dipartiment ikun jista` jivverifika jekk dawn l-operaturi humiex jimxu mal-liġi f`dan ir-rigward.

Servizzi — Prezzijiet esaġerati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa d-dipartiment li qed jinvestiga ilmenti dwar żieda fi prezzijiet esaġerati ta' servizzi? B'liema mod jew proċedura ssir l-investigazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-Dipartiment li jinvestiga l-ilmenti li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta. L-investigazzjoni ssir skond il-proċeduri kontemplati fis-Sezzjoni Tnax ta' l-Att tal-1994 dwar il-kompetizzjoni.

Servizz ta' freephone — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati ilmenti minn konsumaturi permezz tal-freephone 120 bejn Ottubru '98 u Frar '99? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni ġurnata ġurnata u jindika wkoll dwar x'tip ta' ilment, liema dipartiment ittrattah u x'riżultat inkiseb?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Prodotti — Żidiet fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Kummerċ u mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta biex jiġu nvestigati żidiet fi prezzijiet ta' prodotti li mhux suppost għolew permezz tal-VAT?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kull żieda fil-prezzijiet li tkun rappurtata lid-Dipartiment tal-Kummerċ, tiġi verifikata biex jiġi stabbilit jekk kienitx ġusta. Il-proċedura użata hija l-istess waħda użata f'dawn l-aħħar snin; jiġifieri jinġabru d-dokumenti mingħand tal-ħanut u importatur jew fabbrikant biex jinħadmu l-costings rispettivi. L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jinvestiga l-ilmenti li jaslulu bil-mod kif spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamemntari numru 4630.

UE — Tarznari Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern jekk l-EU tinsisti li jipprivatizza jew jagħlaq it-tarznari f'Malta? Jista' jgħid jekk huwiex se jaċċetta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li wieħed jista' jagħti tweġiba għal mistoqsijiet ipotetiċi bħal din. Sa fejn naf jiena, l-Unjoni Ewropea ma tinsistix ma' pajjiżi aspiranti li jsiru membri biex jgħalqu t-tarznari tagħhom, iżda biex jagħmlu ristrutturizazzjoni; ħaġa li pajjiżna diġa' beda jwettaq u li trid issir independentament minn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Tajjeb ukoll li ngħid li l-Gvern huwa impenjat biex it-tarznari isiru vijabbli u mhux jibqgħu piż daqshekk kbir fuq il-poplu Malti.

Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jneħħi t-300 levy fuq prodotti li kien wiegħed lill-EU li se jneħħi fl-1995?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tneħħija tal-levies hija materja li għad trid tiġi diskussa mal-partijiet konċernati u għalhekk huwa prematur wieħed jgħid meta xi levies ser jitnaqqsu jew jitneħħew.

Oqsma industrijali — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jagħti listi dettaljati tal-fabbriki f'kull industrial estate f'Malta u Għawdex, in-natura ta' l-attivita' tagħhom, kemm iħaddmu nies fuq bażi full time u part-time maqsuma fuq bażi ta' nisa u rġiel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li fiha d-dettalji dwar in-natura ta' l-attivitajiet industrijali fl-Oqsma Industrijali amministrati mill-MDC. Id-dettalji l-oħra mitluba ma jistgħux jingħataw minħabba d-dispożizzjonijiet dwar kunfidenzjalita kontemplati fl-ATT dwar l-Iżvilupp Industrijali.
Leg 9 PQ #4625 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Każi fuq diskriminazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-Qorti matul dawn l-aħħar għaxar snin fuq abbużi ta' diskriminazzjoni a bażi ta' sess, sena b'sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.