Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5429 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Progammi edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programmi edukattivi fl-iskejjel immirati għal tfal minn eta' żgħira qegħdin jitwettqu biex tikber il-kuxjenza favur il-gender equality?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġ għalliema tal-Personal and Social Education kitbu Manwal għall-Għalliema dwar "Lejn l-Ugwaljanza Bejn in-Nisa u l-Irġiel - Programm ta' għarfien". Dan il-Manwal kien ġie ppublikat mill-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, is-sena l-oħra. Sejrin isiru iżjed laqgħat bejn l-għalliema tal-P.S.E. u din il-Kummissjoni biex dan is-suġġett jiġi żviluppat aħjar. Fil-Primarja, it-tfal jitgħallmu dwar "Gender Equality" fl-Istudju Soċjali waqt li fis-Sekondarja qed tikber il-kuxjenza favur dan is-suġġett kemm fil-P.S.E. kif ukoll fl-Istudju Soċjali. Barra b'dan il-mod formali, l-għarfien dwar temi importanti bħal "Gender Equality" qed jiġi infilsat ukoll fil-kurrikulu informali u b'hekk mhux it-tagħlim formali biss imma l-esperjenza kollha li jkollhom it-tfal fl-iskola jwasslu l-istess messaġġ.

Pensjoni — Pensjoni tal-wens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li l-pensjoni tal-wens tiġi estiża għal nisa miżżewġa, ġuvintur u rġiel miżżewġa li jieħdu ħsieb anzjani fi djarhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Pensjoni tal-Wens titħallas lil persuna li ma tkunx miżżewġa jew persuna armla li tipprova għas-sodisfazzjoni tad-Direttur tas-Sigurta' Soċjali li hi tkun qed tieħu ħsieb waħedha fuq bażi "full-time" u regolarment, tal-ġenitur tagħha jew ħuha, oħtha, nannitha, zijha, missier jew omm tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett li jkun qed jgħix fl-istess dar t'abitazzjoni ta' dik il-persuna u minħabba infermita' jkun kostrett li jgħaddi ħajtu f'sodda jew f'"wheelchair". Il-ġuvintur diġa jikwalifikaw għal din il-pensjoni. Il-ħsieb ewlieni li għalieh nħolqot il-Pensjoni tal-Wens, kien dak li jagħti kumpens lil dawk il-persuni li jew ikunu kostretti li ma jfittxux mpieg, jew jekk diġa għandhom jitilqu mill-impieg biex jieħdu ħsieb persuna oħra. Dan juri biċ-ċar li persuna li tingħata l-Pensjoni tal-Wens trid tkun tista' tieħu ħsieb lill-persuna l-oħra l-ħin kollu u ma jkollhiex doveri oħra x'taqdi. Għaldaqstant m'hemmx ħsieb f'dan l-istadju li jsir tibdil fil-liġi kif qed tindika l-Onor. Interpellant. 3.5.99

Programmi edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' programmi edukattivi maħsuba għall-ġenituri fl-oqsma tal-parental skills u f'dak li huwa sharing of domestic responsibilities qed isiru mill-gvern u/jew aġenziji tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dak li għandu x'jaqsam mall-Ministeru tal-Politika Soċjali: (i) l-Aġenzija Sedqa torganiżża madwar 60 kors fis-sena għal madwar 1,000 ruħ f'dan il-qasam. Il-programm jikkonsisti f'7 laqgħat ta' madwar 90 minuta l-waħda. Matulha, jiġu diskussi suġġetti bħal kif tiżviluppa sens ta' responsabbilta' u dixxiplina, kif ukoll jingħata tagħrif dwar l-alkoħol u drogi oħra; (ii) is-"Social Welfare Development Programme (SWDP)" tmexxi tliet gruppi ta' sapport msejjħa 'Aħna w Uliedna' miftuħin għall-ġenituri li jixtiequ jsaħħu l-ħiliet tagħhom ta' trobbija tat-tfal u komunikazzjoni mall-membri tal-familja. Kull grupp huwa miftuħ u jibqa' għaddej bi programm marbut mall-ħtiġijiet individwali tal-membri tal-grupp. Wieħed mill-gruppi ta' sapport huwa miftuħ għall-klijenti ta' "social workers" kemm tal-SWDP kif ukoll ta' aġenziji u dipartimenti oħra. Iż-żewġ gruppi l-oħra jitmexxew ġewwa Bormla. Il-kontenut tal-laqgħat jinkludi kif u għaliex il-koppja għandha u tista' taqsam ir-responsabbiltajiet domestiċi; (iii) fil-każ tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja, dan ma joffrix korsijiet fil-"parental skills", imma fis-servizzi personaliżżati li joffri, jagħti pariri diretti lill-ġenituri fuq l-aħjar metodi ta' trobbija ta' l-ulied skond iċ-ċirkostanzi ta' kull familja li s-"social workers" tad-dipartiment ikollhom x'jaqsam magħhom. Permezz tas-"psychological" u l-"counselling services", id-dipartiment joffri wkoll servizzi personaliżżati ta' "counselling", minn "counsellor" progessjonali, fuq medda ta' tmien ġimgħat konsekuttivi, lil dawk il-ġenituri li jkunu jeħtieġu dawn is-servizzi. Fil-każ partikolari tal-Programm Fejda għall-tfajliet bi problemi ta' mġieba, li qed jitmexxa mid-dipartiment flimkien mat-"Trustees" tal-Istitut Vincenzo Bugeja, tingħata għajnuna lill-ġenituri ta' dawn it-tfajliet waqt il-"case conferences" li jsiru b'mod regolari fuq kull tfajla u li fihom, ħafna drabi, jkunu mistednin jieħdu sehem l-istess ġenituri tagħhom. It-taqsimiet ta' l-"Adoption" u tal-"Fostering" tal-istess dipartiment jorganiżżaw "support groups" darba fix-xahar lill-ġenituri prospettivi u anke wara li tkun saret l-adozzjoni jew il-"fostering". Żewġ suġġetti li jiġu diskussi f'dawn il-gruppi huma il-"parental skills" u "sharing of domestic responsibilities". Dan isir ukoll fit-taħdidiet li jsiru darba kull tliet xhur mill-istess żewġ taqsimiet. It-taqsima socio-legali tad-dipartiment toffri għajnuna lill-ġenituri fuq l-aħjar metodu tat-trobbija ta' l-ulied f'kull każ ta' delinkwenza taż-żagħżagħ li tirċievi kemm mill-qorti tal-minorenni jew mill-Kummissarju tal-Pulizija. 3.5.99

Impjiegi — Nisa li jaħdmu part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel biex iwaqqaf l-isfruttament ta' nisa li jaħdmu part-time b'kondizzjonijiet ta' xogħol mill-agħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tax-Xogħol għandu sezzjoni ta' l-Ispettorat/Infurzar tal-liġijiet tax-Xogħol fejn fiha jilqa' ilmenti dwar kundizzjonijiet tax-xogħol. Kull fejn jinstab jew tiġi rrappurtata xi rregolarita', din tiġi nvestigata mill-Ispetturi tad-Dipartiment bil-għan li dik l-irregolarita' tiġi retifikata. Id-Dipartiment jinvestiga kull ilment, sew jekk jikkonċerna każ ta' 'full-timer' u sew ta' 'part-timer', nisa jew irġiel. Nagħmel referenza wkoll għall-A.L. 61 ta' 1996 dwar benefiċċji li jingħataw lil ħaddiema 'part-time' jekk dawn jaħdmu għal mhux inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa. 3.5.99

Child Day Care Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern dwar it-twaqqif ta' Child Day Care Centres u/jew sistemi oħra ta' appoġġ fil-kura tat-tfal waqt il-ħin tax-xogħol għan-nisa li jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li tlabt lill-"Management Efficiency Unit" ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex tħejji "post-implementation audit" taċ-"Child Day Care Centre" li kien infetaħ fil-Kalkara. Dan l-istadju għandu jieħu in konsiderazzjoni l-esperjenzi ta' Ċentri oħra simili fis-settur pubbliku. Fl-isfond tar-riżultat ta' dan l-istadju kif ukoll a bażi ta' konsiderazzjonijiet oħra, il-Gvern imbagħad irid jiddetermina x'għandha tkun l-aħjar "policy" f'dan il-qasam. 3.5.99

Liġi tac-CERA

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jressaq reviżjoni għal-liġi tac-CERA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku (MCED) ħatar sotto-kumitat sabiex jagħmel proposti lill-Gvern dwar tibdiliet li għandhom isiru fil-ligi taċ-ĊERA. Jidhirli li jkun xieraq jekk nistenna għal żmien raġonevoli sakemm dawn il-proposti jintbagħtu lill-Gvern. 3.5.99
Leg 9 PQ #5423 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jiġi ppjanat li l-all inclusive classes fejn huma bi 30 jiġu mnaqqsa għal 25 student?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hija l-prattika li l-All Inclusive classes ma jkunx fihom aktar minn 26 student.
Leg 9 PQ #5424 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Agius de Soldanis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jiġi kkonsidrat li tiġi appuntata social worker għall-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis f'Għawdex minħabba każijiet soċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Assistent Pirnċipal Social Worker, mill-Education Welfare Section, hija s-Social Worker li tieħu ħsieb l-iskejjel Primarji, Sekondarji, Junior Lyceums u Trade Schools li hemm f'Għawdex. Minħabba li m'hemmx Social Worker, speċifikament għal Għawdex, u hemm ukoll nuqqas ta' Social Workers fis-sezzjoni, f'dawn iċ-ċirkostanzi, n-nuqqas jinħass f'kull distrett. Madanakollu hemm ippjanat li jidħlu aktar Social Workers u dan għandu jgħin biex tittaffa l-problema.
Leg 9 PQ #5425 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Agius de Soldanis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis f'Għawdex biex jitnaqqas l-iffullar u jinkiseb aktar spazju u sala?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jidhirx illi fil-preżent hemm xi problemi ta' iffullar fl-iskola Agius de Soldanis. Fil-fatt l-ispazju fl-istess skola żdied b'sitt klassijiet fil-bidu tas-sena skolastika 1997/98, spazju li qabel kien okkupat mill-Iskola Primarja tal-Victoria. L-anqas jinħass il-bżonn ta' sala għall-istess skola, peress illi ftit metri bogħod tinsab sala spazjuża fl-iskola Ninu Cremona illi qiegħda tintuża għall-bżonnijiet ta' l-istess Liċeo Ninu Cremona, l-iskola Post Sekondarja Sir M'Anġ Refalo kif ukoll l-iskola Agius de Soldanis.
Leg 9 PQ #5426 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Facilitators

Question

Jaf il-Ministru li t-talbiet minn Għawdex lill-iStatementing Board għal facilitators qed idumu x-xhur kbar biex jiġu milqugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'huwiex minnu li t-talbiet minn Għawdex lill-iStatementing Board qed idumu x-xhur kbar biex jiġu milqugħa. Jien infurmat ukoll li kien hemm xi talbiet minn Għawdex li damu biex jiġu mressqa lill-iStatementing Board għaliex inżammu mill-kapijiet ta' l-iskejjel ikkonċernati. Hekk kif sar jaf bihom l-iStatementing Board ittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex dawk jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #5427 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mimlija l-vakanzi ta' assistenti kapijiet ta' l-iskola, kapijiet ta' l-iskola, education welfare officer, music, art u drama teachers u facilitators f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet indikati f'Għawdex qegħdin jiġu proċessati skond il-proċedura stabbilita.
Leg 9 PQ #5428 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — In-service courses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin isiru in-service courses f'gender equality għall-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 1998 ħarġu applikazzjonijiet għall-għalliema biex jieħdu sehem f'żewġ in-service courses f'Lulju u f'Settembru 1998. Kien hemm biss applikazzjoni waħda u, allura, l-kors ma kienx vijabbli li jsir.

Djar — Allokazzjoni ta' dar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ ta' housing soċjali tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jaf il-Ministru bir-rapporti li saru mill-pulizija u mill-perit tal-Works Department dwar il-periklu imminenti li hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 27.4.99

Sigurta' Soċjali — Għajnuna għall-mard

Question

Jaf il-Ministru b'każ ta' familja li applikat għall-għajnuna tal-mard, minħabba li r-raġel (il-breadwinner) marad serjament tant li miet, u din l-għajnuna tant meħtieġa waslet għand l-armla seba' xhur wara li ġie midfun żewġha? Jaf il-Ministru li l-armla kompliet fetħet il-ferita meta ċ-ċekk mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali wasal għandha ndirizzat fuq żewġha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hija ġentilment mitluba tgħaddi b'mod konfidenzjali d-dettalji tal-każ imsemmi sabiex jiġu vverifikati ċ-ċirkostanzi kollha li wasslu għad-dewmien allegat. 27.4.99

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm maħsub min-naħa tal-gvern rigward akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex għal familji b'ġenitur wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'kull ħarġa għall-allokazzjoni ta' postijiet ġodda, l-Awtorita' tad-Djar tirriserva ammont minnhom għall-familji b'ġenitur wieħed. Barra minn hekk tirriserva wkoll postijiet oħra għall-familji b'ġenitur wieħed li hu jew xi membru mill-familja tiegħu jkun ibati minn xi diżabilita'. 27.4.99
Leg 9 PQ #5420 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Triq Vjaringa - Librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-gvern biex l-aċċess għal-librerija pubblika fi Triq Vajringa, fir-Rabat Għawdex ikun addattat għal persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Ministeru għal Għawdex, li taħtu taqa' r-responsabbilta' ta' l-aċċess għall-librerija pubblika fi Triq Vajringa r-Rabat Għawdex, għandu ppjanat li jsir lift biex jakkomoda persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani. Informat ukoll li minħabba raġunijiet tekniċi u finanzjarji, il-proġett għadu ma jistax jiġi attwat.
Leg 9 PQ #5422 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ qed jingħataw l-għalliema bil-għan li jlaħħqu ma' l-esiġenzi ta' sistema edukattiva inklussiva?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li matul is-Sajf li ġej ser isir kors ta' aġġornament għall-għalliema fl-iskejjel primarji li ser jinkludi sessjonijiet speċifiċi fuq edukazzjoni inklussiva. Għal din is-sena, dan it-taħriġ ser jingħata għall-għalliema fir-reġjun Nru 1 (i.e. Għawdex) u dawk fir-reġjun Nru 2 (i.e. dawk tan-naħa t'isfel ta' Malta). Is-sena d-dieħla, dan it-taħriġ jingħata lill-għalliema fiż-żewġ reġjuni l-oħra.

Solar water heaters

Question

Il-Ministru ma jidhirlux li għandu jkun hemm pjan biex almenu jiġi ntrodott fuq skala nazzjonali l-użu tas-solar water heaters? Il-Ministru ma jidhirlux li l-gvern għandu jimpenja ruħu aktar f'dan is-sens u mhux iħalli din l-inizjattiva kompletament f'idejn il-privat? Ma jidhirlux il-Ministru li l-użu ta' din l-enerġija ħielsa mit-tniġġiż għandha tkun inkoraġġita u ntaxxata inqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-policy biex jiżdied l-użu ta' solar water heaters għandha tkun parti mill-energy Policy li qed tiġi mfassla mill-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta. Ma hemm xejn ħażin li s-settur privat jieħu inizjattiva f'dan il-qasam. Il-Gvern lest li jinkoraġixxi kull inizjattiva pożittiva. Il-kwistjoni ta' tassazzjoni fuq dan it-tip ta' apparat qed tiġi studjata.

Qormi — Triq il-Ġdida

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2620, jaf il-Ministru li t-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-periklu li jinsabu fih ir-residenti li joqogħdu fi Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi ma tirriflettix ir-realta'? Jaf il-Ministru li hemm żewġ toroq ġodda fi Triq il-Ħelsien, waħda li trid tinfed ma' Triq id-Dragun u l-oħra fejn kien hemm is-serer, jiġifieri 'il fuq mill-Bank of Valletta? Jaf il-Ministru li ż-żewġ toroq imsemmija l-ebda parti minnhom ma hija asfaltata? Għalhekk, jista' l-Ministru jerġa' jindaga fuq ix-xogħol li jinħtieġ isir biex jingħeleb dan il-periklu? Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaħdem biex jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol f`dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.