Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6153 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Education Welfare Unit — Rapport finali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport finali ta' survey li saru mill-Education Welfare Unit, madwar sena u nofs ilu, dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel hux lest? Jista' l-Ministru jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport finali tas-survey jinsab lest u l-Welfare Unit qiegħed fil-fażi li jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet mad-Direttur Ġenerali.

Aġenziji — Parental skills

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-aġenziji tal-gvern li jorganizzaw fuq bażi regolari korsijiet ta' parental skills? Kemm regolari? Fejn isiru dawn il-korsijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jidhirli li l-informazzjoni li qed titlob l-Onor. Membru diġa' ngħatat fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 5432 ta' l-istess Onor. Membru.

Ambaxxati barranin — Foreign Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba tressqet mid-Dipartiment tax-Xogħol mill-1994 'il hawn, biex il-Foreign Office jintervjeni għal ħaddiema li jaħdmu f'ambaxxati barranin u li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ma jkunux dawk xierqa?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lil-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 6027 fis-Seduta Numru 98. tf/

Ambaxxata Indjana — Impjegati

Question

Jaf il-Ministru li l-ħaddiema ta' l-Ambaxxata Indjana ilhom mill-1994 ma jieħdu ż-żidiet ta' l-għoli tal-ħajja?

Response (BORG, JOE)

F' każijiet bħalma semmiet l-Onorevoli Membru, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jaġixxi fuq l-informazzjoni li tingħatalu b'mod uffiċċjali. Fil-fatt, kien propju fid-29 ta' Marzu 1999 li d-Dipartiment tax-xogħol għarraf lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li ż-żieda ta' Lm 1.75 fil-ġimgħa li ġiet fis-seħħ għall-impjegati kollha mill-1 ta' Jannar 1999 kienet għadha ma tħallsitx lill-ħaddiema ta' l-ambaxxata Indjana f' Malta. Il-Ministeru qiegħed issa jressaq dan l-ilment quddiem l-awtoritajiet tal-Gvern Indjan sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex isiru l-ħlasijiet dovut.
Leg 9 PQ #6030 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kostituzzjoni ta' Malta — Emendi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'emendi beħsiebu jagħmel għall-Kostituzzjoni ta' Malta peress li Artiklu sitta (6) ta' l-istess Kostituzzjoni u Artiklu ħamsa (5) tat-Trattat ta' Ruma (jew il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea) huma konflinġenti peress li t-tnejn jagħtu lilhom infushom is-supremazija fuq liġijiet oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma hemmx u ma hu mistenni li jkun hemm xejn konfliġġenti bejn il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kostituzzjoni ta' Malta. Għalhekk, ma għandux ikun hemm bżonn tibdil fil-Kostituzzjoni ta' Malta minħabba fl-adeżjoni ta' Malta għat-Trattat ta' Ruma u fl-addozzjoni min-naħa ta' Malta tal-liġijiet (direttivi etc) ta' l-Unjoni Ewropea.

Pet Shops — Bejgħ ta' pets

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx biż-żieda fil-prezzijiet fil-bejgħ ta' pets minn pet shops? Jista' jgħid x'tip ta' monitoring qed isir mid-dipartiment rispettiv f'dan ir-rigward?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ma rċieva l-ebda ilment dwar xi ksur tal-liġi fis-settur tal-bejgħ ta' pets. L-Uffiċċju msemmi ma jimmonitorjax dan is-suq partikolari.

Impjiegi — CSAs

Question

Minn Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw mill-ġdid għal CSAs f'Malta u kemm f'Għawdex? Kemm minnhom ġew impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Settembru 1998 sal-lum kien hemm 137 persuna li applikaw mill-ġdid bħala C.S.A.s f'Malta u Għawdex. Minnhom ġew impjegati 38 persuna. 17.5.99
Leg 9 PQ #6148 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux testijiet fuq ilma li dejjem joskula mill-blat ta' taħt triq (taħt il-Club tal-Boċċi tal-Birgu) bejn il-Club tar-Regatta, il-Kalkara u l-Starky Building il-Birgu? Jekk saru testijiet, jista' jgħid x'irriżulta? Jekk ma sarux, meta se jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Qormi — Triq iċ-Ċawsli - Ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-dipartiment responsabbli biex tiġi megħluba l-problema ta' l-ilmijiet fi Triq iċ-Ċawsli, Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-toroq qed jaħdem biex jitwettaq ix-xogħol f`Imdina Road u fil-Bypass li ser jinkludi bini ta` `culverts` għall-ilma. Għalhekk b`dan il-proġett hu maħsub li jonqsu l-ilmijiet li jaqgħu aktar l-isfel fiż-żona ta` Triq iċ-Ċawsli. Meta x-xogħol isir wieħed ikun jista` jiddeċiedi aħjar fuq x`miżuri oħra ikun hemm bżonn jittieħdu biex il-problema ta` l-ilmijiet fi Triq iċ-Ċawsli tkun ikkontrollata.

Qormi — Triq il-Milied - Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-bżonn ta' telephone box fl-inħawi ta' Triq il-Milied, f'Ħal Qormi? Jekk iva, meta se tiġi nstallata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-uffiċjal responsabbli mill-cardphones fil-Maltacom ser jieħu l-opinjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi dwar il-ħtieġa ta' cardphone fl-inħawi tat-triq imsemmija.

Qormi — Triq il-Milied - Letter box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-bżonn ta' letter box fl-area relattivament ġdida fl-akwati ta' Triq il-Milied, f'Ħal Qormi? Jekk iva, meta huwa ppjanat li din tiġi nstallata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-residenti ta' l-akwati ta' Triq il-Milied f'Ħal-Qormi jistgħu jagħmlu użu minn żewġ kaxxi ta' l-ittri li hemm fil-qrib ta' l-inħawi. Waħda minn dawn il-kaxxi ta' l-ittri tinsab f'Misraħ San Franġisk u l-oħra fil-Qasam tad-Djar tal-Blat. Dawn iż-żewġ kaxxi ta' l-ittri jinsabu madwar 350 metru bogħod mill-lokalita' imsemmija. Fiċ-ċirkostanzi ma jinħassx il-bżonn ta' kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi ta' Triq il-Milied.

Qormi — Valletta Road

Question

Jista' l-Ministru jara kif jista' jiġi megħlub il-periklu li hemm f'Valletta Road, Qormi (fuq il-pont tal-wied) kemm għal karozzi kif ukoll għal nies mexjin, forsi permezz ta' zebra crossing jew pellican lights?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipatrtiment tat-Toroq biex jara x`jista` jsir.

Ambaxxati — Foreign Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il intervent għamel il-Foreign Office ma' Ambaxxati f'Malta biex jiġu regolarizzati l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema mill-1994? Ma' liema ambaxxati?

Response (BORG, JOE)

Mill-1994 'l hawn, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għamel rappreżentazzjonijiet mar-rappreżentanti diplomatiċi tal-Gvernijiet tal-Libja, ta' Franza u ta' l-Indja dwar ilmenti li tressqu, minn żmien għal żmien, quddiem id-Dipartiment tax-Xogħol minn ħaddiema Maltin impjegati fl-ambaxxati ta' dawk il-pajjiżi f' Malta.

Djar — Social housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' social housing tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ ndikat qed jiġi kkunsidrat, iżda l-persuna nvoluta jkun jaqblilha aktar tapplika mal-Awtorita' tad-Djar taħt il-kategorija speċjali tagħha. 12.5.99
Leg 9 PQ #6017 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hip replacement operation

Question

Jista' l-Ministru jara kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tista' tinħeles mit-tbatija u l-uġiegħ li ilha tbati għal dawn l-aħħar erba' snin u nofs minħabba l-bżonn ta' hip replacement operation?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dan il-pazjent qiegħed jistenna appuntament biex issirlu operazzjoni fl-Ingilterra għaliex it-tip t'operazzjoni li għandu bżonn hu għada ma ssirx hawn Malta. Id-Dipartiment m'għandu l-ebda kontroll fuq id-data ta' meta tista' ssir l-operazzjoni għaliex din tiddependi mill-'waiting list' tal-Kirurgu Ingliż involut.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ktieb li ġie ppubblikat li jindika l-miżuri li jridu jittieħdu mill-kuntratturi meta jkunu qed jagħmlu xogħlijiet fit-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-miżuri li jridu jittieħdu mill-Kuntratturi meta jkunu qed jagħmlu xogħlijiet fit-toroq huma bbażati fuq ` standards` u ` code of practice` kif applikati f`pajjiżi oħra.

Servizz Ċivili — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ntgħażlu l-uffiċjali għoljin fis-Servizz Ċivili li se jintbagħtu għal taħriġ fl-Ingilterra rigward in-negozjati ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Wara li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin rrnexxielu jottjeni għajnuna teknika minn għand il-Gvern Ingliż taħt forma ta' kors għall-uffiċċjali għolja fis-Servizz Pubbliku bi preparazzjoni għan-negozjati dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li jridu jsiru ma jdumux, dan il-Ministeru talab Ministeri oħra li se jkunu l'aktar involuti f'dawn in-negozjati biex jinnominaw partiċipanti għal dan il-kors. Dawn il-Ministeri nnominaw uffiċċjali għolja li, flimkien ma oħrajn, se jkunu responsabbli għal dawn in-negozjati.

Toroq — Patching

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' materjal jintuża biex jiġu patched it-toroq? Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna drabi wara ftit li jiġu patched it-toroq ix-xogħol li jkun sar jinqala'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-materjal li jintuża għat-tiswija tat-toroq jikkonsisti, f`taħlita ta` żrar u qatran li jkun imħallat lest mill-fabbrika. Biex il-kwalita` ta` dan il-materjal ikun konsistenti, l-esperti Ġermaniżi għamlu rakommandazzjonijiet ta` kif dan għandu jitħallat u wieħed jispera li `l quddiem il-`performance` ta` dan il-materjal ikun aħjar. Irid ukoll wieħed iżid illi t-tiswija tat-toroq mhux mill-materjal biss tiddependi iżda wkoll minn kif isir ix-xogħol, u jekk dan ma jsirx sew, anki jekk jintuża materjal tajjeb ir-riżultat ma jkunx dak li wieħed jixtieq.
Leg 9 PQ #6021 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Immigration officer

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-aġir irresponsabbli ta' l-Immigration Officer, li qed toffendi persuni Għarab li jmorru fl-uffiċċju tagħha għal skopijiet uffiċjali?

Response (BORG, TONIO)

Mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li qed isir l-abbuż li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti, għalhekk nitlobha tgħaddili d-dettalji tal-persuna nvoluta sabiex inkun f'pożizzjoni li nivverifika aħjar. 12.05.99 (p.m.)