Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7671 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Suppożitorji tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal fatt li suppożitorji tat-tfal kienu out of stock fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm aktar minn tip wieħed ta' suppożitorji għat-tfal u għalhekk jinħtieġ li tiġi identifikata il-mediċina qabel ma jistgħu isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #7672 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Triq l-Imdina - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, wara l-Hockey Club ma jibqax isir parking ta' heavy vehicles mal-bankina ta' djar residenzjali li jlaħħqu sal-gallariji tagħhom, b'riskju għas-sigurta' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Control Board.

Social workers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux jikkonsidra li jingħata back up amministrattiv lis-social workers biex huma ma jinħlewx fuq dan ix-xogħol impennjattiv, u jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħolhom speċjalizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema 'social workers' u ta' liema servizz qed tirreferi. 8.6.99

Social workers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux jikkonsidra li jintroduċi xi tip ta' sigurta' għas-social workers bħal, per eżempju, it-tneħħija ta' l-isem minn fuq il-liċenzja tal-karozza? Jekk qed jikkonsidra xi miżuri, x'miżuri huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Riċentement kelli laqgħa mal-Ministru Tonio Borg u uffiċċjali għolja tal-'Victim Support Unit', fejn fiha ttieħdu deċiżjonijiet dwar miżuri prattiċi ta' protezzjoni għas-'social workers' u oħrajn involuti f'dan il-qasam. Uffiċjali fil-Ministeru tal-Politika Soċjali qegħdin f'kuntatt mal-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers u aġenziji oħra biex jistudjaw il-kwistjoni tas-sigurta' tas-social workers u biex jitnaqqsu r-riskji għalihom. 8.6.99

Ligi dwar s-Social Work

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-gvern iressaq il-liġi dwar is-social work quddiem il-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġie mwaqqaf 'task group' biex jipprepara abbozz ta' liġi dwar is-social work. L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers hija parti minn din it-'task group' permezz tal-president tagħha. 8.6.99
Leg 9 PQ #7319 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Servizzi tas-saħħa — Kliniċi/sptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring isir fuq il-fees ta' servizzi tas-saħħa li jingħataw fi kliniċi u sptarijiet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-monitoring tal-fees ta' Servizzi tas-Saħħa fi kliniċi u sptarijiet privati mhuwiex fir-responsabbilta' tal-Ministeru Tas-Saħħa.

Hal Farruġ — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-garages li qegħdin qrib il-kappella f'Ħal Farruġ u li huma mikrija lil residenti ta' l-ex-married quarters tas-Servizzi Ingliżi humiex se jitwaqqgħu? Jekk iva, dawn ir-residenti se jiġu offruti garages alternattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar għandha ppjanat l-iżvilupp tas-'site' indikata bl- isfar fuq il-pjanta li kopja tagħha qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jekk il-garaxxijiet li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma dawk indikati bl-aħmar fuq l-istess pjanta, s'issa ma jidhirx li dawn ser jiġu effetwati b'dan il-proġett. 31.5.99
Leg 9 PQ #7321 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Education Welfare Unit — Rapporti finali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6153, jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti ta' din il-mistoqsija, jiġifieri: "Jista' l-Ministru jqiegħed ir-rapport finali tas-survey li sar mill-Education Welfare Unit fuq il-Mejda tal-Kamra"?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju mogħti l-parir li r-rapport jiġi mirqum sabiex pjan ta' azzjoni jekk jiħaddem minn Settembru 1999.
Leg 9 PQ #7322 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trakkijiet tar-refuse

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6702, jista' l-Ministru jindikali min huma l-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw il-parkeġġ ta' trakkijiet tar-refuse fit-toroq li jistgħu joħolqu problemi ta' sigurta' u iġene?

Response (BORG, TONIO)

F`każ ta` ksur tal-liġi kriminali tieħu passi l-Pulizija. Dwar l-igene, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 31.05.99(a.m.)

Qorti — Illegal development

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża saret il-Qorti dwar illegal development matul dawn l-aħħar ħames snin u kontra min?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-persuni li jitressqu l-Qorti b`akkużi ta` `illegal development` jitressqu mill-Pulizija bi proċedura sommarja u ma tinżammx statistika. Barra minn hekk is-seduti fejn jinstemghu l-kawżi ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jinvolvux biss akkużi ta` `illegal development`. Ghaldaqstant l-informazzjoni mitluba tkun tista` tinghata mill-Ministeru li taħtu taqa` l-Planning Authority.

Qorti — Dħul illegali f'proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża saret il-qorti matul dawn l-aħħar ħames snin fejn żviluppaturi waqt żvilupp daħlu llegalment fi proprjeta' ta' ħaddieħor? Min huma dawn l-iżviluppaturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx l-istatistika mitluba minnhu.
Leg 9 PQ #7144 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħatra ta' Assistant Head

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex tħassar ir-riżultat ta' l-interviews li ħareġ lejn l-aħħar ta' Jannar 1999 u li kien sar għal ħatra ta' Assistant Heads of School fl-iskejjel primarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Din hija materja li taqa` taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #7145 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Twaħħil ta' siġar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5837, jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li se jitwaħħlu siġar fuq area blat li hemm fi Triq il-Palazz l-Aħmar Sta. Venera, fejn bħalissa jidher li qed jitħaffer ġibjun?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.

Indiċi tal-Prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5650, jista' l-Ministru jgħid x'irid ifisser bil-kliem "l-ispiżerija tiġi onorata tirranġah", li uża fi tweġiba li tani?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għall-mistoqsija numru 5650 kien hemm żball tat-typing fil-frażi li għaliha qed issir riferenza. Fil-fatt flok il-kelma `onorata` trid tidħol il-kelma `ordnata` biex b`hekk din l-istess parti tal-mistoqsija tinqara `l-ispiżerija tiġi ordnata tirranġaħ`.

Pet Shops — Bejgħ ta' pets

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6088, jista' l-Ministru jgħid liema uffiċċju tal-gvern jimmonitorja l-liġi fis-settur tal-bejgħ tal-pets?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jsirx monitoring speċifiku dwar prezzijiet tal-pets. Il-konsumatur jagħmel tajjeb li ma jixtrix jekk jidhirlu li l-prezz mitlub mhux ġust.

Toroq — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6018, jista' l-Ministru jindika b'mod ċar liema huma l-istandards u l-code of practice li huma applikati f'pajjiżi oħra li fuqhom il-kuntratturi huma mistennija li jieħdu l-miżuri xierqa meta jagħmlu xogħlijiet fit-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li s-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug bħal ma jsir fl-Ingilterra, il-`code` li jrid jintuża huwa dak magħruf bħala MOT `Traffic Signs Manual, Chapter 8, Traffic Safety Measures and Signs for Roadworks and Temporary Situations.` Il-Kuntratturi ġie pprovdut lilhom `manual` konċiż ta` dan il-`Code`.

Toroq — Patching

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6020, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-esperti Ġermaniżi dwar il-kwalita' ta' materjal għal patching tat-toroq humiex jiġu segwiti? Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel il-monitoring dwar il-kwalita' tax-xogħol ta' patching fit-toroq biex jiġi assigurat il-value for money?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta` `patching` jitwettaq minn ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet jew minn kuntratturi appuntati mill-Kunsill Lokali, madankollu qed isiru preparamenti biex isiru diskussjonijiet mall-Kunsilli Lokali dwar dan is-suġġett.

Qormi — Triq San Ġorġ - Lampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5850, jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż li triq tkun teħtieġ aktar dawl jew le? Jaf il-Ministru li xi żmien ilu fi Triq San Ġorġ kien hemm lampa li nqalgħet u li llum per konsegwenza anzjani u residenti oħra li jgħixu f'din it-triq spiċċaw qishom priġunieri f'darhom fil-għaxija minħabba d-dlam ċappa li jkun hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.

Qormi — Triq iċ-Ċawsli - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6022, jista' l-Mnistru jgħid minn fejn jirriżultalu li Triq iċ-Ċawsli kantuniera ma' Mdina Road, m'hemmx ħtieġa li jiżdied id-dawl? Jaf li din it-triq tinsab f'area mwarba fejn hemm imħażen u fejn xi ftit taż-żmien ilu kien hemm mewġa ta' serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7141 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement/stop notices

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-enforcement notices/stop notices li ħarġet il-Planning Authority mit-twaqqif tagħha s'issa u lil liema individwi jew kumpanniji ħarġithom?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif dettaljat hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi biex jinġabar li ma nħossx li hu ġustifikat. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4958 dwar l-istess suġġett. 25.05.99 (p.m.)