Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7687 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tibda s-sistema tar-reduced hours għall-ħaddiema tal-gvern? Jista' l-Prim Ministru jgħid min se jkun intitolat biex japplika għal din is-sistema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi s-sistema ta' siegħat imnaqqsa kif imħabbra fil-Ftehim Kollettiv għall-impjegati tal-Gvern ġiet fis-seħħ f'dawn il-ġranet.

Djar — Manuntenzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-għarajjes jistgħux japplikaw għall-iskema ġdida li ġiet imħabbra f'dawn l-aħħar ġranet dwar għajnuna biex issir manutenzjoni f'postijiet privati eċċ? Jista' l-Ministru jgħid jekk din l-għajnuna tingħatax ukoll għal bini tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskema mħabbra dan l-aħħar ġranet tapplika għall-inkwilini rikonoxxuti residenti f'proprjeta' tal-gvern. Teżisti skema biex sidien (inklużi l-għarajjes) ta' postijiet privati okkupati jew ser jiġu okkupati minnhom jistgħu japplikaw għall-għajnuna biex isiru xogħolijiet ta' rranġar u titjieb. Teżisti skema għall-istess xogħolijiet ġo postijiet privati okkupati minn inkwilini. 16.6.99
Leg 9 PQ #7689 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Scapyard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb li jsir xi sit alternattiv għall-iscrapyard li hemm fil-Kalkara u li hija ta' ħsara għall-ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern determinat illi ma ssir ebda ħsara lill-ambjent.
Leg 9 PQ #7690 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Hard standing boatyard

Question

In vista li fuq parti tal-moll tal-Kalkara hemm hard standing boatyard li hija eyesore meta tħares mill-faċċata u ta' inkonvenjent għal min irid jippassiġġa fuq dik il-parti tal-moll, hux qed jiġi ppjanat li jinstab xi sit alternattiv?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant tapprezza illi din il-hard standing boatyard issa ilha hemm numru ta' snin konsiderevoli, u fil-preżent għad m'hemmx pjani għal siti alternattivi għal din il-boatyard.

Żurrieq — Uffiċċju tas-Social Services

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li għall-Uffiċċju tas-Social Services fiż-Żurrieq in-nies iridu jitilgħu t-taraġ? Se jsir xi ħaġa biex dan l-uffiċċju jkun aċċessibbli għal dawk li huwa diffiċli għalihom li jitilgħu bit-taraġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ġie mħabbar diġa, fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali bdejna proġett pilota dwar l-Uffiċċini Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. L-għan prinċipali ta' dan il-proġett huwa li jiġu 'upgraded' dawn l-Uffiċċini kif ukoll li jsir titjib konsiderevoli fis-servizz li jingħata liċ-ċittadini taħt il-kunċett ta' 'one stop shops'. Wieħed mill-ewwel ħames Uffiċċini li ġie mdaħħal fil-proġett pilota hu dak taż-Żurrieq. Ħa jsir studju kif dan l-Uffiċċju jista' jkun irranġat u rrinovat. Qed jiġi kkunsidrat wkoll kif dan l-Uffiċċju jista' jsir aċċessibli u waħda mis-soluzzjonijiet tista' tkun li jkun installat 'stair-lift' jew 'lift'. 15.6.99

Luqa — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-pelican lights fi Triq Ħal Qormi, Luqa li ġew approvati xhur ilu u anke skond it-tagħrif li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5853?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji l-pjanti biex din il-parti tat-triq tkun tista` tiġi rranġata qabel jitwaħħlu l-`lights` indikati biex jiġi evitat periklu akbar għal min ikun qed jaqsam. Wara li jitlesta dan ix-xogħol, jitwaħħlu wkoll il-`pelican lights`.
Leg 9 PQ #7681 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrendi — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għassa tal-Qrendi tkun dejjem magħluqa? Se jittieħdu passi biex din tinfetaħ regolarment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Għassa tal-Qrendi qed tkun miftuħa regolarment.

Qrendi/Żurrieq — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux maħsub li jiġi mtejjeb is-servizz tat-trasport bejn il-Qrendi u ż-Żurrieq billi jkun hemm trasport dirett, minħabba li n-nies tal-Qrendi jkollhom imorru ż-Żurrieq għal diversi affarijiet bħal social services eċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizz li qed titlob l-Onor. Membru diġa` jeżisti u jopera bir-Rotot 38 u 138. Ma jidhirx li hemm il-ħtieġa għal żieda f`dan is-servizz.
Leg 9 PQ #7683 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qrendi — Servizzi tal-berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-servizzi tal-berġa tal-Qrendi se jiġu mtejba, bħall-ħin tal-ftuħ, is-servizzi tal-pilloli, eċċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma huwiex possibli li jsir titjieb fil-ħin tal-ftuh tal-berġa tal-Qrendi sakemm in-numru ta' tobba fis-servizz taċ-Ċentru tas-Saħħa jibqa nieqes. Is-sistema tas-servizz tal-pilloli hija uniformi fil-Berġa kollha u dik tal-Qrendi hija konforma mal-parametri preżenti.
Leg 9 PQ #7684 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tinfetaħ Health Centre għall-area Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, eċċ biex ir-residenti t'hemmhekk ma jkollhomx għalfejn imorru fil-health centre tal-Furjana għal ċerti servizzi biex jinqdew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għal issa ma hux ippjanat li jinfetah Ċentru tas-saħħa għall-area Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, eċċ.
Leg 9 PQ #7673 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Triq il-Kappuċċini - Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li forsi jakkwista u jikkonverti raba' fi Triq il-Kappuċċini, l-Kalkara 'l fuq mill-mużew biex tiġi kkonvertita fi ġnien rustiku, per eżempju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-art li rreferit għaliha l-Onor. Interpellanti hija tal-privat u li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ma kellu l-ebda talba minn xi Dipartiment ieħor sabiex jakkwista din l-art għal xi proġett. L-ippjanar tal-proġett suġġerit mill-Onor. Interpellanti ma jsirx mill-Ministeru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Persuni b'Diżabilita' — National survey

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir national survey ieħor dwar Persuni Bi Bżonnijiet Speċjali bħalma kien sar fl-1994?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ħarġet ir-riżultati tas-survey nazzjonali fl-1994 u kellha l-ħsieb li toħroġ update regolari tiegħu kull ħames snin. Il-Kummissjoni hi f'posizzjoni li żżomm ma' dawn il-pjanijiet u hu ttamat li update ta' dan is-survey joħroġ f'Diċembru 1999 fl-okkazzjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabilita'. 15.6.99
Leg 9 PQ #7675 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Ħandaq Junior Lyceum

Question

Jaf il-Ministru li xi wħud mill-istudenti Qriema li jattendu l-Junior Lyceum tal-Ħandaq ikollhom jimxu fit-tul ħafna bil-basktijiet ta' l-iskola għaliex it-trasport ta' l-iskola jiġborhom minn post ċentrali u ma jdurx ma' ċerti areas imbiegħda fir-raħal? Jaf il-Ministru li dawn l-istudenti li jinġabru fis-6.45 a.m., ħin li huwa kmieni ħafna? Jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex din is-sitwazzjoni titjieb?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rotta ta' tfal ta' l-iskola li taħdem minn Ħal-Qormi għal tal-Ħandaq Junior Lyceum tgħaddi u tiġbor minn dawn il-postijiet Triq il-Vittorja, Knisja San Ġorġ, Skola Primarja, Terminus, Pjazza San Franġisk, Knisja San Bastjan, Flamingo u Wied Qormi.

Qormi — Crashbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir xi crashbar jew xi forma oħra ta' safeguard għal pedestrians fi Triq Ħal Qormi, jiġifieri bejn Ħal Qormi, Ħal Farruġ u Ħal Luqa minħabba l-volum tat-traffiku li jgħaddi mit-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprepara pjanti biex din iż-żona kollha tiġi rranġata. Għalhekk m`hemmx il-każ li jsir ix-xogħol spontanju issa meta waslu biex jitlestew dawn il-pjanti.
Leg 9 PQ #7677 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Farruġ — Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir landscaping u jiżdiedu siġar eċċ bl-areas żdingati fil-Housing Estate ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Farruġ — Street lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiżdied id-dawl (street lighting) fil-Housing Estate ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jiżdied id-dawl fil-qasam tad-djar imsemmi, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet u xogħolijiet oħra.

Qormi — Dawl fit-toroq

Question

Peress li hemm bżonn ta' dawl adegwat li jagħti għal fuq it-taraġ li jiġi taħt Block 2 fi Triq id-Deheb Fin u oħra għal fuq it-taraġ li jiġi taħt Block 1 fl-istess triq f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minħabba l-periklu fid-dlam għal kulħadd iżda partikolarment għal anzjani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm bozza quddiem it-taraġ fiż-żewġ blokki msemmija. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li jiżdied id-dawl fil-postijiet imsemmija.

Qormi — Triq id-Deheb Fin - Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-azzjoni meħtieġa biex isiru pelican lights ħdejn it-taraġ ta' Block 1 fi Triq id-Deheb Fin, Qormi minħabba l-periklu li hemm bħal kulmin jaqsam din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant għal konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.

Persuni b'Diżabilita' — Xiri ta' computers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif taħdem is-sistema tal-punti li jingħataw lill-applikanti mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni bi Bżonnijiet Speċjali biex jingħataw għajnuna għal xiri ta' computer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 2262 dwar Hydro Therapy Home Equipment, datata 4 ta' Diċembru, 1998 fejn ingħatat Tweġiba li kienet tinkludi appendiċi li jagħti spjega fid-dettal dwar l-operat tas-Servizz Għajnuniet Speċjali. Ir-risposta tinkludi dettalji dwar il-kriterji li fuqhom jingħataw il-punti. Għal konvenienza din l-appendiċi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. 14.6.99
Leg 9 PQ #7670 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex riċetta għal mediċini b'xejn li ssir għal tliet xhur qed tingħata supply ta' xahar biss u tinżamm il-kumplament tar-riċetta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-riċetta għall-mediċini b'xejn li ssir għal tlett xhur ġeneralment tiġi meqjusa għal dan il-perjodu sakemm dan ikun indikat mit-tabib fuq ir-riċetta. Din tapplika għall-mediċini li t-tabib jippreskrivi minħabba l-bżonn ta' kura fit-tul għal mard kroniku. Ir-riċetta tiġi meqjusa għal xhar biss jekk it-tabib ikun uża din it-tip ta' riċetta għal mard qasir minflok ma juża ir-riċetta għal xhar biss li ġeneralment isservi għal dawn il-każijiet. Fil-każ li r-riċetta ta' tlett xhur tintuża mit-tabib għal mard qasir, huwa jindika fuq ir-riċetta li l-mediċina ġiet preskritta għal xhar biss jew għal perjodu indikat.