Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kuriduri u l-landings tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla l-ewwel ġew miksija imbagħad reġgħu ġew miksija għat-tieni darba bil-gypsum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhux veru li l-kuriduri u l-'landings' tad-dar ta' l-Anzjani ta' Bormla ġew miksija darbtejn. Il-fili ta' dawn l-postijiet ġew imkaħħla normalment u wara sar il-kisi bil-gypsum. 30.06.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il-kitchenettes u t-toilets tal-viżitaturi tal-bini kollu flimkien mal-laundry room u l-kmamar tal-banju fuq is-sitt sular tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla ġew l-ewwel miksija u miżbugħa imbagħad wara dawn reġgħu ġew imbaqqna u twaħħlilhom il-madum taċ-ċeramika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa veru li parti mil-'laundry' u xi parti mill-'kitchenette' kienu ġew miksija mill-kuntrattur. Dan sar bi żball min-naħa tal-kuntrattur. Il-Gvern m'hu se jidħol fżebda spejjeż 'extra'. 30.06.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk it-taraġ u l-iskirting tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla hux veru se jsir tal-mużajk (insito) minflok slabs ta' l -irħam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa veru li l-intenzjoni oriġinali kienet li t-taraġ u l-'skirting' tad-dar ta' l-Anzjani f'Bormla isir tal-mużajk (in sito). 30.06.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'kemm ingħata r-restoration work li sar fil-parti antika tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment ġie jiswa issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra. 30.06.99

Bormla — Triq l-Iljun

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq l-Iljun f'Bormla u l-bankini ta' din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għadu kif ingħata kuntratt mid-Dipartiment tat-Toroq biex isir ix-xogħol f`din it-triq u dan ser jinbeda bit-tibdil tal-`main` ta` l-ilma.
Leg 9 PQ #8395 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex ippjanat li jsir xi embellishment lil faċċata tal-Health Centre f'Bormla peress li wara li ż-żewġ sulari ta' fuq ġew imnaddfa bil-pressa, ġew aktar eye sore meta mqabbla mat-tibjid li sar ma' l-ewwel sular?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment qed jikkonsidera x`għandu jkun l-aħjar metodu li jista jintuża fuq il-faċċata tal-Health Centre ta` Bormla biex id-dehra tagħha titjieb kemm jista jkun.

Qormi — Triq l-Isqof Scicluna - Road humps

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi tip ta' deterrent (bħal humps, eċċ.) fi Triq l-Isqof Scicluna, Ħal-Qormi, kontra sewqan eċċessiv?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Traffic Control Board approva it-tqegħid ta` żewġ `road humps` fil-lokalita`. Madankollu weħidhom dawn il-humps mhux ser jikkontrollaw lil min jabbuża mir-regoli tat-traffiku u jiksirhom.

Ħaddiema awżiljari

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk l-impjegati li għadhom awżiljarji u li għadhom b'paga minima? Jista' jgħid hux qed jikkonsidra titjieb fil-paga u fil-kondizzjonijiet ta' dawn l-impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nifhem li l-Onor. Membru qed tirreferi għal dak il-grupp ta' ex-impjegati ta' l-AWTS li għal numru ta' snin baqgħu mpjegati każwali tal-Gvern. Jien infurmat li l-pożizzjoni ta' dawn l-impjegati qed tiġi kkunsidrata bil-għan li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolariżżata. 17.6.99

Prezzijiet — Ġelat ta' Malta

Question

Jaf il-Ministru li l-ġelat ta' Malta għola 5c? Jista' l-Ministru jgħid x'ikkaġuna din iż-żieda fil-prezz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li għola l-prezz tal-ġelat ta' Malta li jinbiegħ minn supermarkets jew ħwienet simili. Il-prezz tal-ġelat fix-xitwa kien qed jinbiegħ bil-prezz rakkomandat. Dan hu l-istess prezz li kien qed jinbiegħ is-sena l-oħra.

Prezzijiet — Ġelat importat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġelat ta' barra għola fil-prezz?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jimmonitorja l-prezzijiet tal-ġelati li huma meqjusa bħala market leaders. Waqt li marka ta' ġelat għoliet f'Marzu li għadda, ġelati ta' marki oħra m'għolewx. F'dan is-suq jidher li hawn kompetizzjoni b'varjeta kbira ta' kwalita ta' ġelati bi prezzijiet differenti. Iż-żidiet fil-prezz jistgħu ikunu kemm minħabba żidiet mill-manifattur, żieda fl-ispejjeż tat-trasport, kambju u anke spejjeż oħra ta' storage.

Qormi — Triq il-Ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi tip ta' deterrent fi Triq il-Ħelsien, Qormi kontra sewqan eċċessiv u bl-iskop li tkun faċli għan-nies biex jaqsmu din it-triq min-naħa għall-oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Traffic Control Board approva it-twaħħil ta` tlett tabelli jindikaw li vetturi ma jistgħux jinsaqu b`aktar minn 30kmph biex ma jkunx hemm sewqan eċċessiv. Naturalment, weħidhom, dawn it-tabelli mhux ser jikkontrollaw is-sewqan ta` min ikun irid jikser ir-regolamenti.

Ħal Farruġ — Bini ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex inbena ħajt tul it-toroq, l-Egrett Isfar, il-Masġar u l-Militar Barrani f'Ħal Farruġ? Jaf il-Ministru li b'dan il-ħajt inħoloq hardship ġdid għar-residenti ta' Ħal Farruġ li issa qed ikollhom iduru dawra ma' l-area kollha biex imorru għat-triq ewlenija minn fejn jgħaddi t-trasport pubbliku? Jista' l-Ministru jieħu in konsiderazzjoni dan u jara li almenu jitħalla passaġġ minn fejn jistgħu jgħaddu r-residenti bil-miexi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li nbnew diversi ħitan fil-lokalita` biex bihom jiġu ffurmati t-toroq fil-lokal biex il-limiti tal-propjeta` jew privata jew tal-Gvern miftuħa għall-pubbliku ikunu definiti. Wieħed ikollu bilfors isemmi li la darba jsiru t-toroq, il-pubbliku ma jkollux għalfejn jgħaddi minn propjeta` mhix żviluppata kif ifettilu.
Leg 9 PQ #7692 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu l-Ministru mal-kunsilli tal-Kalkara, tal-Birg, ta' Bormla, ta' l-Isla u tal-Birgu dwar il-proġett tal-Kottonera minn meta bdew it-taħdidiet mal-consortia fuq dan il-proġett? F'liema dati nżammu dawn il-laqgħat, lokal lokal? Jista' l-Ministru jqiegħed il-minuti ta' dawn il-laqgħat fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6843, irrid ngħid li inkoraġġejt lill-konsorzja jagħmlu laqgħat mal-kunsilli lokali. Biss ma nistax inwieġeb fuq dawn il-laqgħat peress li ma jkunux ko-ordinati mal-Gvern.
Leg 9 PQ #7693 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern fir-rigward tas-sistema tad-drenaġġ fl-area fejn se jinbnew il-flats lussużi bħala parti mill-proġett tal-Kottonera, minħabba l-fatt li llum meta għad m'hemmx dan il-bini, hemm problema ta' drenaġġ li joskula mill-blat għall-baħar il-ħin kollu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-sistema tad-drenaġġ fl-area indikata trid tiġi upgraded biex tkun tista' tlaħħaq ma' l-esiġenzi ta' l-iżvilupp li jrid isir.
Leg 9 PQ #7694 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kottonera — Bini ta' flats lussużi

Question

Il-Ministru kif se jassigura li l-bini tal-flats lussużi bħala parti mill-proġett tal-Kottonera mhux se jaffettwaw ħażin lir-residenti ta' Triq il-Miratur, fil-Birgu li jiġu eżatt fuq l-area ppjanata għall-bini?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-pjanti kollha in kwestjoni jridu jkunu sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li min-naħa tagħha tikkonsidra l-fatturi kollha rilevanti.
Leg 9 PQ #7695 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Club tar-Regatta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi affettwat il-Club tar-Regatta tal-Birgu bil-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'hu se jiġi effettwat b'ebda mod.
Leg 9 PQ #7696 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Tat-Toqba - Sur

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jiġi rrestorat is-sur li jiġi fl-inħawi tat-Toqba l-Birgu u qrib il-bini tal-flats lussużi li hemm ippjanati bħala parti mill-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, min se jidħol għall-ispiża, il-consortia jew il-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-sur li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Membru ma jiffurmax parti mill-propjeta' li ġiet mgħoddija lil xi wieħed mill-Consortium.
Leg 9 PQ #7685 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tarġa Gap - Summer courses

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'humiex se jsiru summer courses dan is-sajf, f'Tarġa Gap School for Art and Crafts?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet f'Salvatore Dimech School for Craftsmen Tarġa Gap fis-sajf huma inizjattiva ta' l-iskola u mhux tad-Dipartiment. Għal raġunijiet personali, l-għalliema ħassew li ma kienx possibli jiftħu l-korsijiet din is-sena.
Leg 9 PQ #7686 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Institute of Health Care — Librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qegħda taħdem fil-librerija ta' l-Institute of Health Care? X'inhuma s-sigħat ta' xogħol tagħha? Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil-perjodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa? X'inhuma l-allowances li għandha għall-ħdud u l-festi pubbliċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond ir-records tad-Dipartiment, l-'Enrolled Nurse' li qed taħdem fil-librerija ta' l-'Institute of Health Care' ilha hemm minn mindu nfetaħ. F'Ġunju 1998 ingħatat 'transfer' għas-sala M6 ġewwa l-Isptar San Luqa, li pero qatt ma ġie mplimentat. Peress li l-'Institute of Health Care' mhux fid-Dikasteru tiegħi nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.