Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq il-Ħelsien

Question

Peress li Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi, tinsab f'qagħda diżastruża għax għalkemm hija kollha mibnija għadha bit-terrapien u lanqas biss hija llivellata; peress li f'din it-triq żmien ilu nbdew il-bankini u waqfu ħesrem, peress li meta tagħmel ix-xita tant it-triq tegħreq bl-ilma li jgħerqu l-garaxxijiet li hemm fit-triq u li r-residenti lanqas biss ikunu jistgħu jaqsmu t-triq, u peress li bl-effett tat-trabijiet li hemm, numru ta ' tfal ibatu bis-synosis u bl-asthma, jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jagħti l-prijorita' meħtieġa lil din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq hija waħda minn dawk indikati mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati skond il-prijoritajiet li ser jiġu stabiliti.

Qormi — Triq il-Mitħna - Ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel id-dipartiment biex isolvi l-problema ta' l-ilmijiet kbar li jinġabru fi Triq il-Mitħna, f'Ħal Qormi, kif taqbeż il-pont?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ilma li jaqa` f`Mill Street ġej minn niżla ta` Triq il-Kanun u d-Dipartiment għandu l-ħsieb li jestendi il-`culverts` minn ġol-mina tax-xita li kienet tħaffret waqt il-proġett ta` Sta. Venera għal ġo din it-triq. Biex dan ix-xogħol isir entitajiet oħra jridu jċaqalqu xi wħud mis-servizzi tagħhom.

Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol? X'inhuma t-terms of reference f'dan il-bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kompożizzjoni tal-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol preżentament hija kif tidher hawn taħt: MEMBRI INDIPENDENTI: Is-Sinjorina Antonia Borg Grech - Chairperson Is-Sinjura Tessie Zerafa - Deputy Chairperson Is-Sur Michael Cohen MEMBRI LI JIRRAPREŻENTAW L-INTERESSI TAL-PRINĊIPALI: Is-Sur Lino D. Abela Is-Sur Alfred J. Bellizzi MEMBRI LI JIRRAPREŻENTAW L-INTERESSI TA' L-IMPJEGATI: Is-Sur Alfred J. Buhagiar Is-Sur Alphonse Meli Il-funzjonijiet ta' l-Awtorita' huma stabbiliti f'sezzjoni 4 ta' l-Att ta' l-1990 dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ. 7.7.99

Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol minn Settembru 1998 'il hawn? Meta saru dawn il-laqgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Settembru 1998 sas-6 ta' Lulju 1999 saru 17-il laqgħa ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li huma: 01 ta' Settembru 1998 04 ta' Settembru 1998 15 ta' Settembru 1998 06 ta' Ottubru 1998 20 ta' Ottubru 1998 03 ta' Novembru 1998 10 ta' Novembru 1998 24 ta' Novembru 1998 01 ta' Diċembru 1998 09 ta' Diċembru 1998 15 ta' Diċembru 1998 05 ta' Jannar 1999 12 ta' Jannar 1999 19 ta' Jannar 1999 22 ta' Ġunju 1999 30 ta' Ġunju 1999 06 ta' Lulju 1999 7.7.99

Bord ta' l-Appell ta' l-Awtorita' Nazzjonali — Każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appelli ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol, biex persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq part two jaqilbu għal part one tar-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' każijiet pendenti quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol biex persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq Part One tar-Reġistru hu 343. 7.7.99

ETC — Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji eżatt li fuqhom timxi l-ETC biex tirreġistra ħaddiema bla xogħol fuq part one jew two tar-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterji li fuqhom timxi l-ETC biex tirreġistra ħaddiema bla xogħol fuq Part 1 jew Part 2 tar-Reġistru huma kif ġej. Fuq l-ewwel parti tar-Reġistru jistgħu jirreġistraw persuni li jinsabu bla xogħol li għandhom raġuni valida. Dawn jistgħu jkunu nies li qegħdin ifittxu l-ewwel impieg wara li spiċċaw l-iskola, nies li sabu ruħhom disokkupati wara nuqqas ta' xogħol fl-ażjenda li kienu jaħdmu magħha jew wara l-egħluq tal-istess ażjenda, jistgħu jkunu wkoll persuni li jaħdmu għal-rashom u spiċċalhom ix-xogħol. Fuq it-tieni parti jirreġistraw persuni li ma jkunux eliġibbli għall-ewwel parti. Dawn jinkludu dawk li jitterminaw l-impieg tagħhom mingħajr raġuni tajba u suffiċjenti, dawk li jiġu mkeċċija fuq passi dixxiplinarji, nies li jinstabu jaħdmu waqt li jkunu qegħdin jirreġistraw kif ukoll dawk li jiċħdu opportunita' xierqa ta' xogħol jew taħriġ. 7.7.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kulur taż-żebgħa li ntużat għall-faċċata tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla hux se jinbidel wara li kienu ħafna dawk li tkellmu dwar l-eye soreness li nħoloq permezz tal-kulur li nżebgħet bih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant taf li l-kulur tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla minn dejjem kien intenzjonat fuq l-iskala ta' kuluri kif jidhru fuq il-mudell li ilu espost għall-pubbliku madwar 4 snin. 6.7.99

Persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern dwar living fil-komunita' għall-persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 257 dwar l-istess suġġett. B'żieda ma' dik it-tweġiba ngħid (a) li dan ir-rapport li hemm riferenza għalih fit-Tweġiba għall-PQ Nru. 257 ser jiġi ppreżentat lili mill-Kummissjoni u l-MEU nhar it-Tlieta, 6 ta' Lulju 1999; (b) li l-Kummissjoni ser torganiżża diversi laqgħat dwar dan ir-rapport; (c) li l-Ministeru tiegħi diġa beda diskussjonijiet interni u mal-Ministru tal-Finanzi biex għall-baġit li jmiss jiġu vvutati l-finanzi neċessarji biex ir-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport jibdew jiġu implimentati gradatament. 6.7.99
Leg 9 PQ #8426 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Rabat - Health Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-X-Ray machine fil-health centre tar-Rabat, Malta, ilha tmien xhur bil-ħsara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalma diġa għidt fir-risposta għal mistoqsija numru 6582, il-ħsara kienet fit-tubu tal-X-Ray. Dan kien ġie ordnat minn barra, w'issa wasal, imma mingħajr l-istruzzjonijiet mingħand il-manifattur, ta' kif għandu jsir t-tħarriġ (breaking-in) tiegħu. Għalhekk xogħol bih ma' jistax isir għalissa, biex ma jkunx hemm riskju ta' ħsara lill-pazjent jew lill-magna ta' l-X-Ray.
Leg 9 PQ #8427 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Podology room

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tiġi upgraded il-padology room fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u mgħammra b'air conditioner biex tkun tista' toffri ambjent adattat għall-pazjenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Klinika tal-Podoloġija ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hija waħda mill-kliniċi li hemm il-ħsieb li tiġi 'refurbished'. Fil-fatt diġa' tqabbad Perit biex jagħmel il-pjanti meħtieġa ħalli din tkun tista' titranġa. Tajjeb iżda li jingħad li bħalissa għaddejjin proġetti oħra ta' 'refurbishment' li huma ta' prijorita' akbar.
Leg 9 PQ #8428 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

"A" Level Matsec — Studenti Għawdxin

Question

X'kienu r-raġunijiet li wasslu biex studenti Għawdxin li għamlu l-"A" Level Matsec Science kellhom jitilgħu Malta biex jagħmlu dan l-eżami? Din se tkun il-prattika fil-ġejjieni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6883 magħmula lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni dwar l-istess suġġett.

Bormla — Triq Hanover

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq Hanover biswit il-blokki tal-flats li jagħtu għal fuq Santa Liena f'Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xi xhur ilu saret stima tax-xogħol meħtieġ u bħalissa wieħed qed jistenna li jitlestew xogħolijiet oħra biex dan ix-xogħol ikun jista` jsir.
Leg 9 PQ #8398 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Masġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-masġar ta' quddiem il-Kwartier San Nikola, f'Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ewwel fażi tal-proġett tal-Kottonera Lines, jiġifieri dik imsejħa l-Park Reġjonali ta' Ħaż-Żabbar qed tkun riveduta flimkien ma' uffiċjali mis-Sezzjoni ta' Restawr fit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dan għaliex nemmnu li l-proġett tal-masġar ma jistax ma jkunx marbut ma' l-aspett ta' restawr tas-swar. Fl-istess ħin diġa' beda l-proċess fuq espropriazzjoni ta' art privata u terminazzjoni ta' ċens ta' artijiet li jaqgħu fl-istess zona. Bdew ukoll il-preparamenti biex jinħarġu 'tenders' għall-kostruzzjoni ta' 'boundary wall' għall-masġar. Iżda x-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew ladarba l-espropriazzjoni u t-terminazzjoni taċ-ċnus ikunu saru.
Leg 9 PQ #8399 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Kumpless sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsir xi ħaġa fuq il-kumpless sportiv ta' quddiem De La Salle College, f'Bormla li ftit tas-snin ilu saħansitra l-gvern kien ibbaġittja somma flus għall-iżvilupp tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat lil-iżvilupp tal-kumpless sportiv ta' quddiem De La Salle College, Bormla irid jiġi kkunsidrat flimkien ma' żvilupp ta' siti oħra li dwarhom sar rapport mill-Kumitat li kien ġie appuntat biex jevalwa l-faċilitajiet sportivi eżistenti u jidentifika siti addattati għall-bini tat-tlett ċentri sportivi reġjonali. Nirreferi wkoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8313.

Bormla/Fgura — Ftuħ ta' mina

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux jippjana li jiftaħ il-mina ż-żgħira ta' ħdejn il-mina ta' San Nikola ta' bejn Bormla u l-Fgura, għal pedestrians minħabba l-periklu għal dawn meta jgħaddu mill-mina l-kbira?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jikkonsidra s-suġġeriment ta`
Leg 9 PQ #8401 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għad-daħliet fis-swar ta' ħdejn l-iskola ta' Verdala jew Skola Ġużeppi Despott, f'Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-preżent immedjat ma kienx hemm pjani li jsir xogħol ħdejn l-iskola ta' Verdala jew Skola Ġużeppi Despott f'Bormla. Madankollu ser jintbagħat uffiċjal tad-Dipartiment konċernat biex nistabilixxu jekk hemmx bżonn urġenti ta' xi xogħol.