Legislature:
Category:
Reset
Active:

Luqa — Ħal Farruġ - Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jiġu rranġati t-toroq madwar il-blokki tal-flats f'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol huwa wieħed ta` `resurfacing` li normalment isir mill-Kunsill Lokali.

Luqa — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li tibda tipprovdi servizz tat-trasport f'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-inħawi ta` Ħal Farruġ diġa huma moqdijin bis-servizz tar-Rotta 35. Barra minn hekk il-karozzi tal-linja li jitilqu minn Ħal Luqa lejn il-Belt filgħodu (Rotta 37) qed jgħaddu mill-istess inħawi.
Leg 9 PQ #8842 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi minn mindu bdiet isseħħ l-iskema tad-Diretturi fuq performance agreement, li direttorat ġie upgraded għal skala ogħla waqt il-perijodu tal-performance? Kemm kien hemm li ġew upgraded meta għalaq il-perijodu tal-kuntratt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' direttorati illi ġew upgraded għal skala għola waqt it-terminu tal-kuntratt kien ta' tmienja. Ma kien hemm ebda direttorat li ġie upgraded meta għalaq it-terminu tal-kuntratt.
Leg 9 PQ #8843 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Diretturi

Question

B'riferenza għat-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5503, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi li ma qablux ma' l-award mogħti lilhom oriġinarjament? Kemm kien hemm li appellaw u kemm-il każ kien hemm fejn l-award oriġinali nbidel fl-appell?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Farruġ — Dipartiment tal-Kmmerċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kummerċ qattx ipprova jidħol fil-problema li jiffaċċjaw ir-residenti ta' Ħal Farruġ rigward li tal-gass u tal-luminata ma jidħlux san-naħat ta' ġewwa f'din l-area?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment dwar id-distribuzzjoni tal-gass ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta. Rigward it-tqassim tal-luminata, ta' min jgħid li din hija attivita' kummerċjali privata u għaldaqstant mhuwiex kompitu tal-Gvern li jidħol f'din il-materja.
Leg 9 PQ #8833 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi pubblikata edizzjoni riveduta ta' l-istaff list ta' l-impjegati tal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi m'hemmx ħsieb immedjat biex tiġi ppublikata edizzjoni riveduta ta' l-istaff list ta' l-impjegati tal-Gvern. Ta min jgħid li l-aħħar staff list ġiet ippubblikata fl-1997 u li din kienet turi l-pożizzjoni tas-Servizz Ċivili kif kienet fl-1 ta' Jannar, 1997.
Leg 9 PQ #8834 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Segretarji Permanenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'perċentwali ta' bonus ħadu s-segretarji permanenti skond l-aħħar awards li saru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-perċentwali ta' performance bonus li ħadu s-Segretarji Permanenti għas-sena 1998 kienu kif jidhru hawn taħt: 15 - 13% 12 - 8% 7 - 1% 0% 5 12 - -

Birgu — Ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7134, jista' l-Ministru jagħti tweġiba?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għalkemm ma rċevietx rapporti dwar ħruġ ta' ilma fl-inħawi msemmija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet twettaq eżerċizzju ta' tiftix għal xi leakages li jista' jkun hemm fis-sistema tad-distribuzzjoni u eventwalment issir it-tiswija meħtieġa.

Djar — Policy regolatorja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7115 dwar meta se titressaq il-policy regolatorja tal-gvern li permezz tagħha jalloka l-postijiet, jista' l-Ministru jagħti tweġiba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-Kumitat li qiegħed jirrevedi s-sistema ta' l-għoti tal-punti għall-allokazzjoni ta' postijiet wasal fil-fażi finali tar-rapport tiegħu. 14.7.99

Indiċi tal-prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7135 dwar il-lista tal-mediċini li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qed jieħu passi biex isir roħs fil-prezz, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kontinwament isegwi l-prezzijiet tal-mediċini fl-ispiżeriji. Mill-lista li kien qiegħed jinvestiga fil-bidu ta' Marzu 1999, tnaqqsu l-prezzijiet tal-mediċini li lista tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8826 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Fondi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hijiiex konxja tan-nuqqas ta' fondi li hemm fil-voti ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? X'qed tagħmel biex tirrimedja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-Direttur tal-Customer Services li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fondi allokati lill-Isptar Ġenerali t'Għawdex ingħata struzzjonijiet biex jara jistax jekonomizza u jirrazzjonalizza aktar l-infiq fuq xi 'expenditure items' tad-Dipartiment tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' fondi li jista' jkun hemm f'ċerti items oħra.
Leg 9 PQ #8827 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Billi l-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku ffirmat bejn l-unions u l-gvern fl-14 ta' Diċembru 1998, section 3.2, jgħid li għandu jsir eżerċizzju korrettiv bil-għan li jirrimedja anomaliji li kienu nħolqu f'ċerti gradi/kategoriji u billi dan l-eżerċizzju kellu jkun iffinalizzat sa l-aħħar ta' Marzu 1999, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet u meta dan l-eżerċizzju, fejn jikkonċerna l-ħaddiema tas-Servizz Ġenerali, se jiġi konkluż?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi sad-data tal-Ftehim Kollettiv kienu waslu fil-Management and Personnel Office 32 ilment minn Unions differenti għall-eżerċizzju korrettorju. Minn dawn 17 ġew konklużi, 8 qegħdin jiġu diskussi mal-Unions, filwaqt li s-7 l-oħra għad iridu jiġu diskussi. L-ordni ta' kif jiġu ttrattati l-ilmenti jsir bi qbil ma l-Unions. L-MPO rċieva 17-il ilment ġdid wara li ġie ffirmat il-Ftehim Kollettiv. Minn dawn 5 ġew konklużi, 3 qegħdin jiġu ttrattati u 9 għad iridu jiġu diskussi. Minħabba l-ilmenti ġodda, u wkoll minħabba li xi wħud minn dawn l-ilmenti jinvolvu fihom infushom gradi differenti u allura jirrikjedu numru ta' laqgħat, ma kienx possibli li dan l-eżerċizzju jispicca sa l-aħħar ta' Marzu. Jien infurmat li d-diskussjonijiet dwar is-Servizz Ġenerali ser jibdew fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #8828 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fl-ivjaġġar barra minn Malta minnha stess u minn uffiċjali li jaqgħu taħtha u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #8829 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid id-diretturi u s-segretarji permanenti li jaqgħu taħtha x'ammonti nefqu individwalment mill-1 ta' Jannar 1999 'l hawn f'petrol, ħasil u manutenzjoni għall-karozza personali assenjati lilhom mill-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mill-Onorevoli Interpellant rigward l-infiq f'petrol, ħasil u manutenzjoni għall-karozzi personali assenjati lis-Segretarju Permanenti u lid-Diretturi li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex: Nefqa f'petrol Nefqa f'ħasil Nefqa f'manutenzjoni Segretarju Permanenti Lm279.69 Lm50.25 Lm23.75 Dirett ur tal-Customer Services Lm15.60 xejn xejn Direttur għas- Servizzi Korporattivi Lm179.40 Lm2.50 Lm46.76 Diret tur tal-Proġetti u Żvilupp Lm150.15 xejn xejn
Leg 9 PQ #8830 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet biex direttorati fi Skala 5 jitilgħu għal Skala 4 u minn Skala 4 jitilgħu għal Skala 3?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi hemm tlett talbiet biex direttorati fi Skala 5 jitilgħu għal Skala 4. M'hemm ebda talba biex direttorati fi Skala 4 jitilgħu fi Skala 3.
Leg 9 PQ #8831 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent każi mill-grad ta' uffiċjal prinċipali 'l fuq fis-servizz ġenerali fejn qegħdin jittieħdu proċeduri legali quddiem xi qorti kriminali f'Malta u Għawdex kontra l-uffiċjali pubbliċi skond kull grad?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi hemm każ wieħed ta' uffiċjal pubbliku fil-gradi tas-Servizz Ġenerali fil-gradi minn Uffiċjal Prinċipali 'l fuq, li qegħdin jittieħdu passi kriminali kontrih fil-Qorti. Dan l-uffiċjal għandu l-grad ta' Principal.
Leg 9 PQ #8516 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti li jintbagħtu barra

Question

Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li jinbidlu l-kriterji li fuqhom huwa stabbilit l-akkumpanjament ta' pazjenti li jintbagħtu barra minn Malta għal kura bħal, per eżempju, l-gvern iħallas għal persuna biex takkumpanja pazjent li ma jkollux aktar minn sitt snin? Jidhirlu li l-ebda pazjent li jkun sejjer għal kura barra minn Malta mhux f'qagħda ideali li jkun waħdu, aħseb u ara meta dawn ikunu tfal ta' 'l fuq minn tmien snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn mindu l-iskema li jintbagħtu pazjenti għall-kura barra minn Malta bdiet kważi ħamsin sena ilu, qatt ma kien hemm flus ivvotati fl-ebda `Budget` biex id-Dipartiment tas-Saħħa jħallas l-ispejjes tal-qraba ta` pazjenti. Jitħallas biss il-passaġġ ta` l-ajru tal-pazjent li jkollu karta roża; u fil-każ ta` tfal taħt is-sitt snin il-passaġġ ta l-ajru ta` l-omm jew tal-missier jitħallas BISS jekk it-tfal ma jkollhomx ħtieġa ta` tabib fil-vjaġġ għal kura barra. Is-suġġeriment ta l-Onor Interpellant ser jiġi studjat.
Leg 9 PQ #8517 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Flus għal ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid humiex se jitħallsu tas-sigħat żejda li ħadmu s-suldati ta' l-AFM fil-ħin hieles tagħhom, biex taw servizz t'emerġenza fil-għoti ta' l-iskart?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt fis-17 ta' Ġunju 1999 għall-mistoqsija numru 7837.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji għal mara separata

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex mara Maltija li ħadmet Malta u ħallset il-bolla eċċ, għax iżżewġet barrani u llum issepparat la tista tapplika għal akkomodazzjoni soċjali u lanqas qed tieħu children's allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dritt għal mara Maltija li tieħu l-Allowance tat-Tfal huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-mara jkollha l-kura u l-kustodja effettiva tat-tfal taħt is-sittax-il sena, kif ukoll li l-mezzi tagħha ma jeċċedux dawk stipulati fit-test tal-mezzi relatat ma' din l-Allowance. L-istat ċivili ma jtellifx id-dritt tal-Allowance tat-Tfal. Rigward akkomodazzjoni soċjali, mara legalment separata għandha dritt tapplika mad-Dipartiment konċernat. Ovvjament, id-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jivverifika ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inkluż il-kondizzjonijiet mifthema fil-kuntratt tas-separazzjoni. 12.7.99

Qormi — De la Crux Avenue - Ġnien - Dawl

Question

Peress li l-ġnien f'De La Crux Avenue f'Ħal Qormi qed ikun bla dawl, jista' l-Ministru jara li dan il-ġnien ikun mixgħul adegwatament bil-għan li jkun sigur għall-familji li jieħdu lil uliedhom biex jiddevertu f'dan il-post?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.