Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Venera — Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qiegħed isir ta' tqattigħ ta' blat, bini ta' ġibjun, eċċ. fl-area tal-Palazz l-Aħmar Santa Venera, ilu issa wieqaf ix-xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.

Santa Venera — Palazz l-Aħmar

Question

Jaf il-Ministru li fejn beda x-xogħol xhur ilu fl-area tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, tkisser it-taraġ li r-residenti kienu jużaw bħala aċċess u sal-lum għadu ma sarx? Meta se jsir dan it-taraġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.

Sigurta' Soċjali — Ħlasijiet żejda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jieħu s-snin biex jinduna bi ħlasijiet żejda li jsiru minħabba żbalji ta' l-istess dipartiment, bil-konsegwenza li t-tbatija tintefa' fuq l-individwi li jkollhom iħallsu lura arretrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex kemm jista' jkun, r-rata ta' benefiċċju li titħallas tkun korretta. Meta wieħed iqis in-numru kbir ta' assessments dwar id-diversi benefiċċji soċjali li jitħallsu mid-Dipartiment, u li jlaħħqu mijiet ta' eluf kull sena, n-numru ta' żbalji minn naħa ta' l-uffiċċjali tad-Dipartiment, għalkemm dejjem mhux mixtieq, huwa wieħed relattivament żgħir. Irrid ngħid li ma jkunx dejjem tort tad-Dipartiment li jsiru dawn l-iżbalji. Barra dan, meta jirriżulta li l-iżball li jittieħed ikun minn-naħa tad-Dipartiment, id-Direttur jara li l-ħlas lura ma jkunx ta' piż finanzjarju qawwi fuq dawn il-persuni. 23.7.99

Qormi — Triq il-Wied - Sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru sleeping policemen jew xi tip ta' deterrent ieħor kontra s-sewqan eċċessiv fi Triq il-Wied, Ħal Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser ngħaddi din it-talba lit-Traffic Control Board biex jikkunsidra din it-talba.
Leg 9 PQ #9189 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Health Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Health Centre ta' Ħal Qormi meta d-dentist ikun bil-leave, in-nies ma jinqdewx? Jaf il-Ministru li dawk li marru fil-Health Centre ta' Ħal Qormi, l-Ħamis 15/7/99 għand id-dentist qalulhom li ma jistgħux jinqdew qabel it-Tnejn ta' wara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-Dipartiment tad-Dentistrija l-pazjenti jridu jagħmlu appuntament biex jattendu l-klinika ħlief f'każi akuti b'uġiegħ fejn is-soltu jarawhom mingħajr appuntament. Meta ma jkunx hemm dentist, l-emerġenzi jintbagħtu l-isptar San Luqa biex jinqdew fl-istess ġurnata. Id-dentist ta` Ħal Qormi kien bil-leave bejn il-Ħamis 8 ta` Lulju u s-Sibt 17 ta` Lulju. Bejn it-8 ta` Lulju u 14 ta` Lulju diġa` kien hemm listi ta` appuntamenti u għalhekk intbagħat dentist ieħor f'din il-klinika. Bejn il-15 u 17 ta` Lulju ma kienx hemm listi ta` appuntamenti u l-emerġenzi ntbagħtu fil-klinika tad-dentistrija San Luqa bħal ma jsir is-soltu f'dawn iċ-ċirkostanzi.

Qormi — Triq il-Wied - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tal-lampi li hemm fi Triq il-Wied, Ħal Qormi? Jaf li hemm żewġ lampi li ilhom bil-ħsara x-xhur, jiġifieri dik ta' quddiem Sqaq Nru.3 u dik li hemm qrib Triq l-Għargħar 1979?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tal-lampi fit-toroq imsemmija saret fit-22 ta' Lulju.
Leg 9 PQ #9191 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC — Nurse fil-librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qed taħdem fil-librerija ta' l-Institute of Health Care? Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma s-sigħat ta' xogħol tagħha? X'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil-perijodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa? X'inhuma l-allowances li għandha għall-Ħdud u l-festi pubbliċi? Mil-liema vot qed jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il spezzjoni għamlu l-membri ta' l-ispettorat ta' l-ETC minn Settembru 1999 sal-lum, ġimgħa, ġimgħa? Fejn saru dawn l-ispezzjonijiet? F'liema spezzjonijiet marru żewġ persuni u f'liema marret persuna waħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Numru ta' spezzjonijiet li saru bejn Settembru 1998 (u mhux kif indikat fil-Mistoqsija Parlamentari jiġifieri minn Settembru 1999) u Ġunju 1999 kien hekk: Settembru 1998 242 Ottubru 1998 978 Novembru 1998 852 Diċembru 1998 519 Jannar 1999 395 Frar 1999 362 Marzu 1999 592 April 1999 721 Mejju 1999 714 Ġunju 1999 558 ______________________________ TOTAL 5,933 Mhix il-prattika tal-Korporazzjoni li tagħti l-ismijiet tal-postijiet fejn saru l-ispezzjonijiet. Min naħa l-oħra hija fil-prattika tal-Korporazzjoni li kull spezzjoni ssir mill-anqas minn żewġ spetturi. 23.7.99

Persuni bi bżonnijiet speċjali — Parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi eżatt il-policy fir-rigward ta' l-għoti ta' reserved parking spaces quddiem residenzi ta' persuni bi bżonnijiet speċjali? Jista' jgħid jekk ġar ta' persuna bi bżonn speċjali jistax iwaqqaf l-għoti ta' parking space bħal din? Għaliex hemm dewmien biex jingħataw ir-reserved parking lil persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Servizz Parkeġġ Riservat quddiem residenti ta' persuni b'diżabilita' jingħata mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra formola li fuqha hemm indikati il-kriterji li fuqhom jiġi mgħoti dan il-benefiċċju. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, din hi kompitu tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u għalhekk il-Mistoqsija trid issir lil Ministru responsabbli. Rigward it-tielet parti, il-Kummissjoni qed tirċievi numru kbir ta' applikazzjonijiet li ħafna minnhom mhumiex ta' persuni li għandhom diżabilita' severa ħafna ta' mobilita'. Dan il-fatt qed ifisser li, barra li qed ikollna nirrifjutaw ħafna talbiet għal dan is-servizz, qed ifisser ukoll li r-riżorsi tal-Kummissjoni mhux qed jintużaw bl-aħjar mod u min verament għandu bżonn qed idum jistenna. Barra minn hekk, kulħadd jifhem li l-problema ta' parkeġġ in ġenerali hi waħda kbira u mhux possibbli li jingħata parkeġġ risrvat lil min ma għandux problemi kbar ta' mobilita'. 21.7.99

Persuni bi bżonnijiet speċjali — Facilitators Għawdxin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: 1) kemm hemm facilitators Għawdxin li jaħdmu ma' persuni bi bżonnijiet speċjali f'Malta; 2) kemm hemm facilitators li jaħdmu f'Għawdex; 3) kemm hemm talbiet pendenti għal facilitators minn ġenituri Għawdxin; 4) kemm hemm vakanzi għal facilitators f'Għawdex; 5) meta se jimtlew dawn il-vakanzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru responsabbli, jiġifieri lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. 21.7.99

Għawdex — Xagħra - Linja ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq tibdil tal-linja ta' l-elettriku fi Triq John Otto Bayer, Xagħra, Għawdex? Peress li wara snin twal ta' qtugħ fid-dawl u ilmenti ġew waħħlu l-arbli ġodda biex jerfgħu l-linji l-ġodda iżda minkejja li għaddew bosta xhur dan ix-xogħol baqa' wieqaf u ma tkompliex, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni minħabba li dan id-dewmien qed jikkaġuna ħsarat u telf ta' ħin u paċenzja lil dawk ir-residenti milquta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol ta' tibdil ta' linji ta' l-elettriku fit-triq imsemmija beda u mistenni jitkompla fi żmien qasir flimkien ma' xogħolijiet oħra.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8392, wara li l-Viċi Prim Ministru kkonferma li l-intenzjoni oriġinali tat-turġien u l-iskirting fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla kellha tkun tal-mużajk (in sito), jista' jgħid issa x'se jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-turġien u l-iskirting tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla se jsir "in sito" tal-mużajk skond ir-rakkomandazzjoni tal-perita nkarigata. 20.7.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Peress li fl-ispecifications u fil-bill of quantities tal-proġett tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm li s-sollijiet tal-bibien, iz-zuklatura u t-turġien iridu jkunu slabs manufatturati u hydraulically pressed qabel ma jiġu mpoġġija, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hux se jinħadmu skond l-offerta jew inkella (in sito)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iva, is-sollijiet tal-bibien, iz-zuklatura u t-turġien tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla se jinħadmu "in sito". 20.7.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8390, peress li l-Viċi Prim Ministru qal li l-fili ta' dawn il-postijiet ġew imkaħħla normalment u wara sar il-kisi bil-gypsum, jista' jgħid jekk dan il-kisi bil-gypsum sarx għax kien previst fl-offerta u/jew għax huwa aħjar mill-kisi li jsir normalment jew biex jgħatti l-ħniżrijiet fil-bini jew għal xi raġuni oħra? Jekk għal xi raġuni oħra, x'inhi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kisi bil-gypsum ma kienx previst fl-offerta iżda deherilna li kisja tal-gypsum tagħti dehera aħjar u jkun hemm 'finishing' aktar pulit. Fit-tikħil ta' bejn il-fili ma kienx hemm kisi u jekk titħalla fuq il-ġebla ma kienx se jkun hemm il-finishing ta' kwalita' mixtieqa. 20.7.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-budget oriġinali tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla u kemm jiġi jiswa llum? Jekk saru variation orders jew extras, x'ammonti huma u min huma l-kuntratturi nvoluti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar il-quddiem. 20.7.99
Leg 9 PQ #9067 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal b'dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tfal li jbatu mid-dyslexia ma ġewx mogħtija l-facilitator waqt l-eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Unit tal-SPLD għadda l-ismijiet ta' l-istudenti li kellhom bżonn l-għajnuna fl-eżamijiet annwali lid-dipartiment. Dawn ġew mgħoddija lill-kapijiet ta' l-iskejjel konċernati, li ġew mitluba biex jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għas-suġġetti bażiċi. Jekk tagħtini dettalji partikolari inkun nista' nistħarreġ aktar.

Persuni b'Diżabilita' — Aċċess f'postijiet pubbliċi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħmel il-monitoring tal-politika ta' l-aċċessibbilta' ta' postijiet pubbliċi għal persuni bi bżonnijiet speċjali? Jaf il-Viċi Prim Ministru li f'Ħal Qormi, fejn qed isiru bankini ġodda mhux isiru r-rampi fi truf tal-bankini? X'se jagħmel l-Ministru biex dan ma jseħħx u tiġi rrimedjata l-qagħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' qed tieħu diversi miżuri biex tassigura li postijiet miftuħin għall-pubbliku ikunu aċċessibbli għal kulħadd. Biss ir-responsabilita' aħħarija għandha taqa' fuq min qed jagħmel ix-xogħol. Il-Kummissjoni kellha u għad għandha diskussjonijiet għaddejjin ma': a) l-Awtorita' tal-Ippjanar b) Ministeru għall-Ambjent c) Kunsilli Lokali dwar dan il-qasam. Nittama li fil-futur qarib ħafna jkun hemm mekkaniżmu legali (permezz ta' Regolamenti tal-Bini) biex dan kollu jkun jista' jiġi esegwiet b'mod aktar effiċjenti. 20.7.99
Leg 9 PQ #8838 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Universita' ta' Għawdex — Diploma fil-Kummerċ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5499, tista' l-Ministru tgħid jekk ir-rakkomandazzjoni li l-fakulta' ta' l-economics, management u l-accountancy ta' l-Universita' għamlet lis-Senat sabiex fiċ-Ċentru ta' Għawdex jibda l-kors li jwassal għall-Baċellerat fil-Kummerċ ġietx aċċettata? Jekk iva, meta se jibda l-kors? Meta se joħorġu l-applikazzjonijiet għal dawk li huma kwalifikati u li jixtiequ jattendu? Min huma dawk li se jkunu jistgħu jattendu? Jekk ir-rakkomandazzjoni ma ġietx milqugħa, għal liema raġuni ġara hekk?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5835 dwar l-ispejjeż li ntnefqu biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru s-Sibt 13 ta' Marzu, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8012.