Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — Free tickets

Question

Barra l-President tar-Repubblika, Prim Ministru, Kap ta' l-Oppożizzjoni, Ministri w Deputati parlamentari, min huma l-persuni li għandhom complimentary free tickets sabiex jivvjaġġaw b'xejn fuq il-vapuri u l-Catamaran tal-Kumpannija Gozo Channel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni mhux responsabbli għall-operazzjoni kummerċjali tal-Kumpanija Gozo Channel u għalhekk mhux f`pożizzjoni jagħti l-informazzjoni mitluba.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li se tidħol l-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet fil-vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, jkollha tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għal vettura partikolari? Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċerat, billi dan il-Ministeru ma jikkontrolax l-importazzjoni ta` `spare parts`.

Ambaxxati — Foreign office

Question

B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għall-mistoqsija parlamentari numru 6027; jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-ambaxxata ta' l-Ingilterra mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; u f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat-tkeċċija?

Response (BORG, JOE)

It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax-Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista` jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dan isir għax huwa il-kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l-Ambaxxati barranin f`Malta. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.

Ambaxxati — Foreign Office

Question

B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għall-mistoqsija parlamentari numru 6027; jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Ambaxxata ta' l-Istati Uniti mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; fkull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat-tkeċċija?

Response (BORG, JOE)

It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax-Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista`jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dan isir għax huwa il-kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l-Ambaxxati barranin f`Malta. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9340 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Comparative Return of Expenditure

Question

B'riferenza għal comparative return of expenditure għal perijodu l-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Mejju, 1999 kif imħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta' Ġunju, 1999, jista' l-Ministru jagħti l-breakdown ta' item 14 Social Security, 15 Social Security Benefits u 18 Ministry for Housing tar-Recurrent Expenditure?

Response (DALLI, JOHN)

Comparative Return Il-breakdown tal-Voti hu mqassam hekk: (Lm `000) Vote 14 - Social Vote 15 - Social Vote 18 - Security Security Benefits Housing Jan - May 1998 1999 1998 1999 1998 1999 Personal Emoluments 767 659 -- -- 281 199 Operational & Maintenance 160 82 -- -- 46 17 Programmes & Initiatives 14,285 14,647 67,742 67,173 982 -- Contributions to Govt. Entities -- -- -- -- -- -- Special Expenditure 6 -- -- -- -- 1 Total Vote 15,218 15,388 67,742 67,173 1,309 217
Leg 9 PQ #9205 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Operational support workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-operational support workers li ġew mogħtija l-appointment f'April 1999 u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu bl-istess mod ta' qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Teżor ħa l-azzjoni neċessarja biex jaġġusta s-salarju tagħhom skond l-appointment li rċevew.

Djar — Trobbija ta' annimali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip ta' annimali bħal, per eżempju, klieb kbar jew għadd ta' annimali, li joħolqu inkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar-residenti l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din ir-risposta lill-Ministru kkonċernat. 27.7.99

Djar — Xiri ta' appartamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti ma' dawk li għamlu l-konvenju madwar sena ilu biex jixtru l-appartament tal-gvern li jgħixu fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta l-Awtorita' tad-Djar tiffirma konvenju mal-inkwilin biex jixtri r-residenza Governattiva tiegħu hi titlob lill-Kummissarju ta' l-Art biex jagħtiha l-provenjenza ta' l-art li fuqha hemm mibnija l-proprejta' li fuqha sar il-konvenju. Kif l-Awtorita' tad-Djar tirċievi din l-informazzjoni, tibgħat id-dettalji lill-Uffiċċju ta' l-Attorney General biex jippubblika Legal Notice fil-Gazetta tal-Gvern għat-trasferiment lil-Awtorita' tad-Djar ta' din il-proprjeta'. 27.7.99

Santa Venera — Palazz l-Aħmar - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati t-toroq f'Tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, li jinsabu fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Palazz l-Aħmar, Sta. Venera qiegħda ndikata bħala rikostruzzjoni u ssir skond il-prijorita tad-Dipartiment.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' housing soċjali tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata qed tkun ikkunsidrata flimkien ma oħrajn simili. Ta' min isemmi li f'dawn l-aħħar għaxar xhur, l-applikanta kkonċernata ġiet offruta żewġ postijiet terrani, wieħed ġo Bormla u ieħor fl-Isla stess iżda rrifjutathom. 27.7.99

Djar — Santa Venera - Palazz l-aħmar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qed isir min-naħa tad-dipartiment tal-housing soċjali jew l-Awtorita' tad-Djar biex jiġi assigurat li x-xogħol li jsir għall-gvern bħal maanutenzjoni ta' proprjeta' residenzjali jsir sewwa? Jaf il-Viċi Prim Ministru li wara li saru t-twieqi mill-gvern fi Blk D f'Tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, lanqas biss sar it-tikħil kif suppost bil-konsegwenza li jidħol l-ilma tax-xita u ssir il-ħsara lill-proprjeta'? Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex ix-xogħol li sar fuq it-twieqi fi Blk D fl-area msemmija jsir kif suppost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu nies apposta sabiex jissorveljaw il-manutenzjoni li ssir fil-bini tal-Gvern. L-ilment imsemmi mill-Onor. Interpellant ser jiġi mgħoddi lid-Dipartiment ikkonċernat. 27.7.99

Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk stima dwar appartamenti tal-gvern li saret fl-1998 tibqax valida? Bħala regola, kemm idumu validi l-istimi li jagħmel il-gvern tal-proprjeta' tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar tagħmel stima ta' appartament wara li l-inkwilin tiegħu jagħmel talba biex jixtrih taħt xi Skema biex tħajjar inkwilini jsiru sidien ta' darhom. Normalment l-istima tibqa sakemm tkun "in vigore" l-iskema li taħtha tkun saret l-applikazzjoni. 27.7.99
Leg 9 PQ #9203 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Tal-Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Ambjent għat-tindif u l-upgrading ta' l-ambjent fl-area ta' Tal-Palazz l-Aħmar, f'Santa Venera? Meta se ssir xi ħaġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7285 (Seduta 110).

Santa Venera — Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tal-common parts, barra u ġewwa, tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Tal-Palzz l-Aħmar, Santa Venera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ix-xogħol huwa approvat, dan isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment. 27.7.99

Qormi — Triq San Ġorġ - Lampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5850, jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż li triq tkun teħtieġ aktar dawl jew le? Jaf il-Ministru li xi żmien ilu fi Triq San Ġorġ kien hemm lampa li nqalgħet u li llum per konsegwenza anzjani u residenti oħra li jgħixu f'din it-triq spiċċaw qishom priġunieri f'darhom fil-għaxija minħabba d-dlam ċappa li jkun hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sabiex jiġi deċiż jekk hemmx ħtieġa li jiżdied id-dawl fi triq, jittieħed in konsiderazzjoni il-vultaġġ tal-lampi ġia` eżistenti, l-għoli ta' dawn l-istess lampi u l-wisa' tat-triq. Jiena nfurmat li fil-każ li għalih qed issir riferenza, ma jidhirx li xi darba inqalgħet xi lampa mit-triq imsemmija.

Qormi — Triq iċ-Ċawsli - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6022, jista' l-Mnistru jgħid minn fejn jirriżultalu li Triq iċ-Ċawsli kantuniera ma' Mdina Road, m'hemmx ħtieġa li jiżdied id-dawl? Jaf li din it-triq tinsab f'area mwarba fejn hemm imħażen u fejn xi ftit taż-żmien ilu kien hemm mewġa ta' serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn verifika li saret mill-Korporazzjoni Enemalta, instab li l-lampi li hemm fi triq l-Imdina, kantuniera ma' Triq iċ-Ċawsli, Ħal-Qormi huma mqassma tajjeb u barra minn dan il-wattage ta' dawn il-lampi huwa għoli kif meħtieġ.

ETC — Kuntratt Grant Thornton

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-kuntratt ta' Grant Thornton biex jiżviluppaw programm ta' re-training u assessment tal-membri ta' l-ispettorat fl-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 26.7.99
Leg 9 PQ #9194 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ward 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tlieta, 6 ta' Lulju, 1999 f'ward 6 fl-iSptar San Luqa ma tqassamx it-te' lill-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fis-sala M6 ta` l-Isptar San Luqa, nhar it-Tlieta 6 ta` Lulju 1999 tqassam kafe u te` bejn 7.00am u 8.00am kafe u te` bejn 2.00pm u 3.30pm kafe u te` bejn 7.15pm u 8.00pm