WSC — Service charge fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-service charge li dan l-aħħar deher fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' jgħid ta' xiex qed iħallsu l-konsumaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartimenti u sezzjonijiet tal-Gvern — Quality Serivce Charter
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-Dipartimenti u sezzjonijiet ta' Dipartimenti li huma koperti mill-Quality Service Charter? Kemm għad fadal li m'humiex koperti u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa issa ġew imnedija uffiċjalment 50 Quality Service Charters, bil-51 Charter għandu jiġi mniedi fil-ġranet li ġejjin. Il-lista kompluta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn kollha ġew żviluppati fuq bażi volontarja bit-talba ġejja mid-dipartiment jew sezzjoni nnifisha.
In segwitu tal-
White Paper
dwar is-Servizz Pubbliku għas-seklu 21 bħalissa għaddej proġett li fih kull ministeru qiegħed jindika liema huma dawk is-sezzjonijiet u dipartimenti li huma mistennija li jkollhom
Quality Service Charter
.
Dawn qegħdin jiġu separati f’sezzjonijiet li joffru servizz lill-pubbliku u dawk li joffru servizz intern fid-dipartiment stess. L-ewwel
Charters
għandhom jiġu żviluppati f’dawk id-dipartimenti li għandhom x’jaqsmu mal-pubbliku u wara jitfasslu dawk li joffru servizzi interni.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal persuni li ngħataw kumpens fi flus minn quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u għadhom ma tħallsux? Min huma? Kemm għandha tieħu kull persuna? Xi proċedura qed tintuża biex dawn jitħallsu? Jidhirlux li la l-Gvern kellu flus biżżejjed għall-festi, dawn il-persuni għandhom jingħataw il-kumpens li rebħu mingħajr aktar dewmien meta wieħed iqis li dawn ilhom jistennew li ssir ġustizzja magħhom għal numru kbir ta' snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 30/06/2004PM)
(Seduta Numru: 145)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ma ingħatax il-permess għat-tiġrija taż-żwiemel fit-triq (by pass ta' l-Imrieħel) organiżżata fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorġ, Ħal Qormi?
Response (BORG, TONIO)
Peress li dan il-permess partikolari joħroġ mid-Dipartiment ta' l-Attivita' Veterinarja, nitlob lill-Onor. Interpellanti tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Wied il-Kbir — Ħal Qormi - Xogħol ta' manutenzjoni / tindif
Question
Jista' il-Ministru jelenka x-xogħol ta' tindif u/jew manutenzjoni li sar mit-18/9/03 sa illum f'Wied il-Kbir Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li wara l-maltempata tal-15 ta' Settembru, saru diversi xogħlijiet ta' tindif mill-ħaddiema tas-Central Districts Office, bl-għajnuna ta' inġenji tad-Dipartiment fejn tneħħa l-materjal li ġie mkaxkar mill-ilmijiet.
Fill-fatt, erġajna fformajna l-livell tat-triq ta' mal-wied, li kienet hemm qabel, tnaddfu l-bokok tat-trollijiet tal-bridges u ġew irranġati xi ħitan tas-sejjieħ. Ħloqna wkoll diversi aċċessi għall-għelieqi u propjetajiet f'dan is-sit.
Wied is-Sewda — Ħal Qormi - Xogħol ta' manutenzjoni / tindif
Question
Jista' il-Ministru jelenka x-xogħol ta' tindif u/jew manutenzjoni li sar mit-18/9/03 sa illum f'Wied is-Sewda f'Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li xogħol preliminari fil-Wied imsemmi nbeda fis-16 ta' Frar 2004 u baqa' sejjer sat-12 ta' Mejju 2004. Inġarru l-fuq minn 460 tunnellata ta' materjal u ġiet ifformata t-triq li tieħu għal ġol-wied.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-mina l-antika li minnha jgħaddi l-ilma tax-xita li jiġi minn Wied Inċita u jgħaddi għal mina ta' taħt Triq Manwel Dimech f'Ħal Qormi hux se titkabbar biex jgħaddi l-volum ta' ilma tax-xita li matul is-snin kiber?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li din is-sena u l-parti l-kbira tas-sena d-dieħla, ix-xogħlijiet b'konnessjoni ma' l-għargħar f'dawn l-inħawi qed jiġu kkonċentrati biex ikunu eliminati l-akbar ostakoli li hemm bejn Triq Manwel Dimech f'Ħal Qormi u Xatt il-Mollijiet fil-Marsa. Dan ix-xogħol jinkludi wkoll it-twessiegħ tal-korsa ta' l-ilma. Il-mina li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hija struttura ta' valur storiku u m'hemm l-ebda ħsieb li din tintmiss. Ghall-futur qed jiġi kkunsidrat li tinfetaħ mina oħra fl-inħawi biex jitjieb il-passaġġ ta' l-ilma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm bejn Mejju 2003 u Mejju 2004 saru appelli lill-Arbitru tas-Sigurta' Soċjali? Kemm minnhom ġew mirbuħa mill-individwi u kemm minnhom ġie mogħti raġun id-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Kirkop sa nofs ta' Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm zgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena u bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta Mejju 2004 kien hemm 55 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Ħal Kirkop.
Ħal Kirkop Taħt l-20 sena Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 Total
-24 sena -29 sena -44 sena sena 'l fuq
Irġiel 4 3 5 11 15 38
Nisa 6 5 0 4 2 17
Total 10 8 5 15 17 55
Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Santa Venera
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Santa Venera sa nofs ta' Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 136 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Santa Venera.
Santa Venera Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn it-30 Minn 45 sena Total
sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena 'l fuq
Irġiel 20 11 12 34 38 115
Nisa 3 8 6 2 2 21
Total 23 19 18 36 40 136
Nisa
Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Ħal Qormi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Qormi sa nofs Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 447 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru f'Ħal Qormi.
Ħal Qormi Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 sena Total
sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena 'l fuq
Irġiel 39 46 47 112 133 377
Nisa 27 18 3 14 8 70
Total 66 64 50 126 141 447
Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Ħal Luqa
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Luqa sa nofs Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 111 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Ħal Luqa.
Ħal Luqa Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 Total
sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena sena 'l fuq
Irġiel 7 17 9 31 24 88
Nisa 5 4 1 9 4 23
Total 12 21 10 40 28 111
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jibgħat għal dawk li għaddew mill-interview ta' security li sar fil-21 ta' April 2004, biex jingħataw l-appointment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li r-riżultati tat-tieni parti tal-eżami għad-dħul fil-grad ta' Security Guard, li kienet tikkonsisti f'intervista, intbagħtu lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, minn fejn għandhom joħorġu r-riżultati finali. Hu mistenni li l-appointments jingħataw skond il-vakanzi f'dan il-grad.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi aċċertat li l-baħar u l-bajjiet ikunu nodfa għal dan is-sajf issa li qed javviċina dan l-istaġun?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-Taqsima tat-Tindif tax-Xtut introduċiet sistema sabiex it-tindif tal-bajjiet jibqa' għaddej anke fix-xitwa. Mis-sena l-oħra, kemm-il ħaddiema kif ukoll l-inġenji li jintużaw għal dan ix-xogħol baqgħu għaddejjin ineħħu l-alka fix-xitwa wkoll, minflok li din tibda titneħħa f'Mejju kif kienet il-proċedura qabel.
Ninforma lill-Onor interpellant illi minn Jannar 2004 sal-lum tneħħew 404 vjaġġ alka u materjal ieħor min-naħa t'isfel ta' Malta u 1,156 vjaġġ min-naħa ta' fuq. Barra dan, il-bajjiet baqgħu jitnaddfu kuljum minn karti, plastic u materjal ieħor li jinġabar minn fuq ir-ramliet.
F'Ġunju li ġej, din it-Taqsima tibda tagħmel użu minn sand sifters sabiex ir-ramliet l-aktar frekwentati jiġu mnaddfa aħjar b'dawn l-inġenji.
Apparti ix-xogħol ta' tindif, din is-Sezzjoni tieħu ħsieb li taħdem u twaħħal slielem madwar Malta sabiex tiffaċilita aċċess għall-baħar u tipprovdi wkoll madwar 800 bin li jintużaw fuq ix-xtut u l-bajjiet.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Aġent li llum jopera mill-groupage complex ta' Ħal Far, bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ikunx jista' jopera barra l-kumpless ta' Ħal Far meta l-merkanzija li jirċievi tkun oriġinat minn pajjiż/i membru/i ta' l-istess Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura iridu jużaw dawn l-aġenti meta jirċievu merkanzija minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minħabba mmaneġjar tat-traffiku fil-pajjiż, il-pulizija ħarġet ordni li l-groupage containers, bla ebda distinzjoni ta’ l-oriġini ta’ l-oġġetti, għandhom jinħattu fil-kumpless ta’ Ħal-Far kif qiegħed isir fil-preżent.
Għal dawk l-oġġetti ta’ oriġini ta’ l-Unjoni Ewropea ma tintalabx dikjarazzjoni tad-Dwana.
Għal dawk l-oġġetti ta’ oriġini minn pajjiżi li m’humiex membri ta’ l-Unjoni Ewropea l-proċedura eżistenti mhix se tinbidel, jiġifieri trid issir dikjarazzjoni tad-Dwana.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ċittadin minn xi pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea jiġi hawn Malta bi trakk mgħobbi b'merkanzija għal diversi riċevituri Maltin, isibx diffikulta' li jqassam ix-xogħol lill-klijenti Maltin? X'se tkun il-proċedura tad-dwana għal dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jġibu dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa fejn jikkonċerna d-Dwana, ċittadin minn pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea jista’ jgħaddi mill-entry points tad-Dwana sakemm il-merkanzija tkun tiegħu u t-trakk ikun tiegħu. Ladarba jkun ġej minn pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea, fid-dħul tat-trakk mill-entry points tad-Dwana, dan iċ-ċittadin ma jkollux bżonn jagħmel il-formalitajiet tad-Dwana, imma jrid jimla l-formola ta’ “informazzjoni supplimentari” (formola ta’ l-istatistika) u jħalliha lid-Dwana fl-entry point. Biex timtela’ din il-formola ċittadin tali jkollu bżonn jirreġistra mad-Dipartiment tal-VAT f’Malta bħala riċevitur tal-merkanzija. Dwar jekk jistax iqassam ix-xogħol lill-klijenti, tajjeb li jittieħed il-parir tad-Diviżjoni tal-Kummerċ minħabba l-ħtieġa ta’ traders licence.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk tnaqqsux il-fondi li kienu jingħataw lil Fondazjoni Eden mill-Ministeru għal Politika Soċjali? Fil-każ b'kemm? Kemm se jingħataw b'kollox issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-2002 il-Fondazzjoni Eden rċeviet Lm29,700 minn fondi amministrati mill-Ministeru tiegħi. Dawn kienu magħmula minn Lm20,000 rakkomandati mill-NGO Project Selection Committee u Lm9,700 għal servizzi skond ftehim dwar il-Community and Inclusion Programme. Matul l-2003, il-Ministeru tiegħi irriserva Lm29,500 lill-Fondazzjoni Eden, mqassma hekk: Lm10,000 fuq rakkomandazzjoni tal-NGO Project Selection Committee u Lm19,500 a bażi tal-ftehim dwar Community and Inclusion Programme. Ninsab infurmat li dawn il-flus kollha għaddew lill-Fondazzjoni Eden ħlief Lm9,800 għax għadha ma ġietx mibgħuta l-invoice; hekk kif tasal l-invoice, dawn il-flus jinħarġu.
L-ammont ta’ fondi li ser jingħataw lil NGOs li applikaw għas-sena 2004 għadhom qed jiġu diskussi.
Ninforma l-Onor Interpellant li minbarra dawn il-fondi, matul l-2003, l-Awtorita’ tad-Djar, li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħi, għaddiet lill-Fondazzjoni Eden dar ġewwa Ħal Luqa bi prezz sussidjat ħafna. L-istess Awtorita’ iffinanzjat ix-xogħol li kellu bżonn isir f’din id-dar.
Tnaqqis fil-fondi tal-Fondazzjoni Eden — Ministeru ta' l-Edukazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk tnaqqsux il-fondi li kienu jingħataw lil Fondazzjoni Eden mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? Fil-każ b'kemm? Kemm se jingħataw b'kollox issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.