Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10351 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Ta' Farsina - Bini llegali

Question

Jista' l-Ministru jiddentifika liema huma l-kmamar imtellgħin fuq art tal-gvern mingħajr permess fl-area f'Tal-Farsina, Qormi? Liema huma dawk il-kmamar li ttellgħu b'dan il-mod u li l-awtoritajiet ordnaw it-twaqqigħ tagħhom matul din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 14.10.99

Djar — Annimali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip ta' annimali, bħal per eżempju, klieb kbar jew għadd ta' annimali, li joħolqu inkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar-residenti l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li din ir-responsabilita' ma taqax fil-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #10026 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Triq il-Kappuċċini - Raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li forsi jakkwista u jikkonverti raba' fi Triq il-Kappuċċini, Kalkara 'l fuq mill-mużew biex, per eżempju, tiġi kkonvertita fi ġnien rustiku?

Response (BORG, TONIO)

Proġett bħal dak li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti fil-Mistoqsija tagħha ma jaqax taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru tiegħi. Madanakollu jiena nfurmat li sa issa d-Dipartiment ta' l-Artijiet ma kellux talba sabiex jakkwista l-art li saret referenza għaliha. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10027 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC — Nurse fil-librerija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9191, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qed taħdem fil-librerija ta' l-Institute of Health Care? Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma s-sigħat tax-xogħol tagħha? X'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil-perjodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa? X'inhuma l-allowances li għandha għall-Ħdud u l-festi pubbliċi? Mil-liema vot qed jitħallsu? Jista' l-Ministru jwieġeb?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Enrolled Nurse li għaliha presummibilment qed tirreferi din il-Mistoqsija ilha taħdem fl-iskola tan-Nurses għal numru tas-snin qabel din l-iskola saret tifforma parti mill-Universita` bħala "Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa" (IHC). Din l-enrolled nurse, impjegata antika tan-"Nursing School" u li għenet fit-twelid ta' l-IHC, b'esperjenza f'xogħlijiet varji bħal "House Management", allokazzjoni u superviżjoni ta' l-istudenti, u akkwisti ta' servizzi u materjali ta' manutenzjoni tal-bini ta' l-IHC, u materjali għall-prattiċi, kienet trasferita f'Ġunju 1998, (wara ħafna snin mingħajr esperjenza "hands on" fin-nursing) f'ward M6 l-isptar San Luqa li pero` dan it-transfer qatt ma ġie implimentat. Billi l-DSU kien talab u ngħata faċilitajiet ta' First Aid fuq il-Campus, l-istudenti ta' l-IHC kien jixirqilhom l-istess trattament; għalhekk din l-enrolled nurse ġiet mogħtija l-inkarigu li toħloq u tmantni dan is-servizz ta' First Aid u għajnuna lil madwar 700 student li jużaw dan il-bini. Sabiex jiġi utilizzat il-ħin kollu ta' servizz, din l-enrolled nurse intalbet tagħti servizz fil-Librerija dejjem tikber ta' IHC, fejn b'servizz utli ttaffa n-nuqqas ta' staff li kien hemm. Il-Librerija tibqa' miftuħa s-sena kollha nkluż is-Sibt, b'siegħat imtawla, jumejn fil-Ġimgħa. L-enrolled nurse baqgħet taħdem bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol li kienet taħdem qabel, li jappartjenu għall-grad tagħha fuq bażi ta' Day-In/Day-Out tnax-il siegħa kull darba. Din l-enrolled nurse titħallas mill-vot tal-Ministeru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #10028 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Ħal Farrug Housing Estate - Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir landscaping u jiżdiedu siġar eċċ fl-areas żdingati fil-Housing Estate ta'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9984 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Importazzjoni/Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-regolamenti li jikkontrollaw l-importazzjoni l-esportazzjoni u li m'humiex konformi ma' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea u li ġew diskussi fl-iscreening session li nżammet fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #9985 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

EU — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss eżatt fl-iscreening session fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels rigward l-armi tan-nar, eċċ.?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 12.10.99

EU — Price Control Regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Price Control Regulations li ddiskutiet id-delegazzjoni Maltija waqt l-iscreening session li saret fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels u li kif ġie mħabbar huma konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Waqt l-'iscreening session' li saret fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels saru referenzi miż-żewġ naħat dwar il-liġijiet rispettivi. Dwar il-kontroll tal-prezzijiet ġie mfisser li r-regolamenti eżistenti japplikaw kemm fuq affarijiet importati kif ukoll fuq dawk lokali. Ma jidhirx li hemm xi diffikultajiet partikulari sabiex il-liġijiet Maltin jkunu konformi ma' l-'acquis'.
Leg 9 PQ #9987 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Public Procurement

Question

Jista'l-Ministru jgħid liema huma dawk li ġew imsejħa bħala differenzi żgħar bejn il-liġijiet tagħna u dawk ta' l-acquis, waqt il-laqgħa ta' l-iscreening fi Brussels li nżammet it-Tnejn, 27 ta' Settembru 1999, dwar il-qasam tal-public procurement u l-amministrazzjoni ta' dawn ir-regoli?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b`mod ġenerali il-proċeduri tagħna rigward procurement huma `in-line` ma` dawk ta` l-Unjoni għar-raġuni li aħna nipprattikaw sistema ta` `opening tendering` u ma napplikaw l-ebda diskriminazzjoni. L-aktar żewġ punti li jeħtieġu attenzjoni huma l-proċeduri li qed jużaw dawk li jissejħu `public authorities` u `public undertakings` kif definiti fid-Direttivi fis-sens li għad irid jiġi stabbilit liema minnhom (minbarra dawk li diġa qed jagħmlu hekk) iridu japplikaw il-proċeduri stabbiliti fil-Public Service (Procurement) Regulations 1996 u liema le. Aspett ieħor ta` mportanza li jrid jiġi studjat huwa l-kwistjoni tar-rimedju li jrid jingħata lit-tenderers li jħossu li tkun qed issir xi inġustizzja magħhom. Aħna diġa għandna proċedura simili li ħadmet u għadha taħdem tajjeb pero` jidher li tinħtieġ xi tibdil biex tiġi kompletament konformi ma` dik li tesiġi l-Unjoni Ewropeja. Apparti dawn iż-żewġ fatturi prinċipali li jibqa` huma dettalji ta` natura amministrattiva li mad-daqqa t`għajn ma jidhirx li huma ta` xi diffikulta kbira.
Leg 9 PQ #9988 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Public Procurement

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-acquis communautaire taqsam ir-regolamenti tal-public procurement, kif ġew imfissra waqt is-sessjoni ta' l-iscreening li nżammet fi Brussels nhar it-Tnejn, 27 ta' Settembru, 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tispjega aħjar x`informazzjoni qed titlob u cioe` jekk hux qed tirreferi għall-oqsma partikolari li għalihom japplikaw Direttivi speċifiċi ta` l-Unjoni Ewropeja jew inkella hux għall-mod kif inhuma mqassma id-Direttivi nfushom. L-Onorevoli Interpellant tifhem li l-mistoqsija li qed tagħmel tista` tinvolvi ħafna xogħol biex tingħata tweġiba u għalhekk ikun tajjeb li tiċċaraha aktar.
Leg 9 PQ #9989 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Kuntratti Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-threshold limits li jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-kuntratti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-public procurement, kif spjegati waqt is-sessjoni ta' l-screening li saret fi Brussels, nhar it-Tnejn 27 ta' Settembru, 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Mingħajr ma nidħol f`dettalji żejda (li pero` nista` nagħti aktar `il quddiem) ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b`mod ġenerali l-valuri tat-thresholds li jiddeċiedu jekk kuntratti jaqgħux jew le taħt id-Direttivi ta` l-Unjoni Ewropeja huma kif ġej: Settur Pubbliku: Supplies Servizzi Xogħlijiet Lm72,000 Lm72,000 Lm2,760,000 Setturi ta` l-Enerġija, Ilma u Trasport: Supplies Servizzi Xogħlijiet Lm205,000 Lm205,000 Lm2,556,000 Setturi ta` telekomunikazzjoni Supplies Servizzi Xogħlijiet Lm307,000 Lm307,000 Lm2,556,000 Il-figuri qed nagħtihom f`Liri Maltin biex jinftehmu aħjar u huma maħduma skond ir-rati tal-kambju tat-30 ta` Settembru 1999. Irrid ngħid ukoll li d-Direttivi ta` l-Unjoni Ewropeja fihom `thresholds` oħra fejn għandhom x`jaqsmu notifikazzjoni bil-quddiem tal-valur tal-kuntratti ippjanati matul is-sena finanzjarja hekk li entitajiet pubbliċi jridu, fil-bidu tas-sena finanzjarja tagħhom, jinnotifikaw lil kulħadd jekk matul dik is-sena jkunx beħsiebhom joħorġu kuntratti għal prodotti, servizzi jew xogħolijiet partikolari li l-valur totali tagħhom ikun stmat li jaqbeż il-figuri li ser nagħti: Settur Pubbliku: Supplies Servizzi Xogħlijiet Lm383,000 Lm383,000 Lm2,760,000 Setturi ta` l-Enerġija, Ilma, Trasport u Telekomunikazzjoni Supplies Servizzi Xogħlijiet Lm383,000 Lm383,000 Lm2,556,000 F`dan l-istadju nħoss li tajt l-informazzjoni bażika li qed titlob l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #9838 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Qormi — Tindif ta' widien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-tindif tal-widien f'Ħal Qormi biex jiġu evitati l-ilmijiet żejda fit-toroq meta tagħmel ix-xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-wied li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tnaddaf matul ix-xahar ta' Settembru 1999.
Leg 9 PQ #9839 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Trade Schools — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati studenti tat-trade schools, wara li jispiċċaw il-korsijiet rispettivi tagħhom fl-industrija relatata mal-korsijiet li jkunu ħadu, sena b'sena mill-1992 'l hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma jkollhiex din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #9886 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Excelsior

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hija l-kumpannija li ħadet l-ex lukanda Excelsior u min huma x-shareholders tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Din l-informazzjoni hija publika u tista` tinkiseb mill-Onorevoli Membru.
Leg 9 PQ #9981 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Ħandaq Junior Lyceum

Question

Jista'l-Ministru jgħid meta se jsiru l-gradilji fuq il-culverts ta' l-ilma li hemm fl-iskola tal-Junior Lyceum, Tal-Ħandaq, speċjalment minħabba l-periklu li jippreżentaw għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta ntbagħtu mpjegati mis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma rriżultax li hemm culverts mingħajr gradilji. Napprezza jekk l-Onor. Membru tippreċiża d-dettalji jekk dan it-tagħrif mhux sodisfaċenti.

EU — Movement of goods

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-liġijiet li għadhom m'humiex kompatibbli ma' dawk ta'l-Unjoni Ewropea, li għandhom x'jaqsmu mal-movement of goods u li ġew identifikati fl-iscreening session li saret fi Brussels fis-27 ta' Settembru, 1999?

Response (BORG, JOE)

Dwar il-prinċipji ġenerali tal-`free movement of goods`, ċerti provvedimenti taħt dawn l-Atti m`humiex kompletament konformi mal-legislazzjoni Ewropea: L-Att dwar il-Protezzjoni ta` l-Antikitajiet (Kap 54) L-Ordinanza dwar l-Armi (Kap 66) L-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi (Kap117) L-Att dwar Dazji ta` l-Importazzoni (Kap 337) L-Att dwar il-Promozzjoni ta` Prodotti Lokali (Kap 376) Ir-Regolamenti tal-1948 dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni Ir-Regolamenti tal-1969 dwar il-Kontroll tal-Importazzjoni Ir-Regolamenti tal-1972 dwar il-Kontrol tal-Bejgħ ta`l-Oġġetti F`dak li għandu x`jaqsam ma `public procurement`, l-`acquis` ta` l-Unjoni jesiġi li l-proċess li permezz tiegħu jinagħataw il-kuntratti jkunu trasparenti u mhux diskriminatorju. Dawn huma l-prinċipji li jitħaddmu lokalment. Għalhekk, aktar milli tibdil fil-leġislazzjoni, li fadal huwa li xi proċeduri li japplikaw fl-Unjoni, fir-rigward tal-kuntratti li jaqbżu l-limiti stabbiliti u li m`humiex diġa applikati f`Malta jiġu adottati lokalment.

EU — Product safety

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-tibdiliet li jridu jsiru fir-regolamenti u/jew liġijiet tagħna fir-rigward tal-product safety biex Malta tiġi in line ma' l-acquis communautaire ta' l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sabiex Malta tiġi 'in line' ma' l-'Acquis Communautaire' ta' l-Unjoni Ewropea dwar 'product safety', tħejja abbozz ta' liġi li, fost affarijiet oħra, jaħseb sabiex fil-liġi Maltija jidħol il-prinċipju ta' 'General Product Safety'. Dan ifisser li kull prodott li jitpoġġa fis-suq irid ikun 'safe' skond kif hu definit fid-direttiva. Ir-responsabbilta' ta' dan huwa tal-produttur jew persuna li tpoġġi l-prodott fis-suq. Il-Gvern sejjer iwaqqaf l-istrutturi neċessaarji sabiex dan il-prinċipju jiġi osservat u nfurzat permess ta' taqsimiet apposta fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur u f'dak ta' l-Industrija.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'kemm ingħata r-restoration work li sar fil-parti antika tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment ġie jiswa issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-"restoration work" li sar fil-parti l-antika tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla ngħata b'tender għas-somma ta' Lm 8,447. Meta beda x-xogħol, irriżulta li ħafna mill-ġebel tal-bitħa l-antika kellhom jinbidlu u għalhekk l-ispiża kibret u b'kollox dan it-tender ġie jiswa s-somma ta' Lm21,637. Intalbet l-awtorita' tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta' l-Ambjent sabiex dan ix-xogħol jista' jitħallas u dan ta l-awtoriżżazzjoni tiegħu.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-budget oriġinali tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla u kemm jiġi jiswa llum? Jekk saru variation orders jew extras, x'ammonti huma u min huma l-kuntratturi nvoluti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istimi tad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla kienu madwar Lm 2 miljuni oriġinarjament u madwar Lm 2.5 miljun skond l-aħħar stimi. S'issa ġew awtoriżżati erba' "Variation Orders". Dawn kienu: (i) Construction ta' "sub-station" - C & F Construction Variation Lm 1,070 (ii) Restoration works - J & C Farrugia Ltd Variation Lm12,767 (iii) Installation of Lift - Lift Services Ltd Extra Works Variation Lm 250 (iv) Additional Swill Hoist - Lift Services Ltd Variation Lm 3,200