Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ordni ta' Ħarsien

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema istituzzjonijiet intbagħtu t-tfal li matul din is-sena waqgħu taħt Ordni ta' Ħarsien jew Ordni Temporanja ta' Ħarsien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tfal li dwarhom inħarġet Ordni għall-Ħarsien jew Ordni Temporanja ta' Ħarsien matul il-perjodu Jannar-Ottubru, 1999 intbagħtu fl-istuzzjonijiet/residenzi ndikati hawn taħt: NUMRU TA' TFAL ISTITUZZJONI 5 Ursuline Creche - Sliema 3 Ursuline Creche - Valletta 4 Ursuline Creche - Angela House, G'Mangia 1 St Patrick's - Sliema 1 St Theresa Home - Żurrieq 1 Qalb ta' Ġesu' - Żurrieq 1 Foster Parents 4 Living with grandparents
Leg 9 PQ #8843 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Diretturi

Question

B'riferenza għat-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5503, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi li ma qablux ma' l-award mogħti lilhom oriġinarjament? Kemm kien hemm li appellaw u kemm-il każ kien hemm fejn l-award oriġinali nbidel fl-appell?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mir-ratings li qed tirreferi għalihom l-Onor Interpellant, kien hemm tlett diretturi li ma qablux mar-rating mogħti lilhom oriġinarjament. Tnejn minnhom appellaw u f'każ minnhom ir-rating inbidel.
Leg 9 PQ #10577 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Suldat fil-pussess tad-droga

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid fejn kien jaħdem is-suldat li fil-ġurnali ġie rrapportat li ġie arrestat fuq pussess u traffikar ta' drogi, qabel ma ġie arrestat? X'kien xogħlu fil-post fejn kien qed jaħdem qabel ma ġie arrestat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għandi nifhem li l-Onor Membru qiegħda tirreferi għall-każ tas-suldat li ġie rrapurtat fil-gażżetti dan l-aħħar li kien mixli b'pussess ta' droga. Ninsab infurmat li meta ġie arrestat dan is-suldat kien stazzjonat fil-Berġa ta' Kastilja, fejn kien responsabbli mill-Ktieb tal-Viżitaturi.
Leg 9 PQ #5835 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew finanzjarjament l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija numru 5696 aktar kmieni fis-seduta tal-lum.
Leg 9 PQ #10514 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-12 ta' Ottubru, 1999 l-operazzjonijiet tal-cartridge ma sarux lil żewġ pazjenti fl-isptar San Luqa wara li kienu ilhom 'il fuq minn 16-il siegħa sajmin u ntbagħtu d-dar? Jista' l-Ministru jgħid għaliex pazjenta minnhom wara li ħadet l-X rays fis-7 ta' Ottubru, 1999 ġimgħa qabel l-elezzjoni, kellha terġa' tieħu X-rays fit-12 ta' Ottubru għaliex ġiet infurmata li ntilfu? Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istess pazjenta li kienet in-numru tlieta għal din l-operazzjoni ġiet maqbuża minn pazjent ieħor li kien warajha fil-lista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Il-posponiment kellu jsir minħabba komplikazzjonijiet li kienu qed isiru fit-12 ta` Ottubru 1999. Iż-żewġ pazjenti li ma saritilhomx operazzjoni ser jiġu operati fid-19 ta` Ottubru 1999. 2. Dwar it-tieni domanda nitlob lill-Onor Interpellant biex tagħtini aktar dettalji. 3. L-ordni li biha jsiru l-operazzjonijiet tiddependi fuq prijorijiet kliniċi.

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija — Energy policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-Energy Policy li kellha titħejja mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol biex titfassal energy policy mill-Kunisll Malti tax-Xjenza u Teknoloġija flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta għadu għaddej u għalhekk huwa prematur biex wieħed jagħti dettalji.

Solar water heaters

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5382 dwar l-użu tas-solar heaters, peress li l-Ministru qal li l-kwestjoni ta' tassazzjoni fuq dan it-tip ta' apparat qed tiġi studjata, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal l-istudju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 10515.
Leg 9 PQ #10517 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

UE — Eco Management Audit Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern biex il-korporazzjonijiet u d-dipartimenti tiegħu jiġu compliant mad-direttivi dwar l-ambjent ta' l-UE? X'tip ta' compliant programme għandu l-gvern? Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex jipparteċipaw f'Eco Management Audit Scheme?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħala parti mit-tħejjija għall-proċess ta' l-iscreening relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea, l-Ministeru għall-Ambjent waqqaf working groups biex jiddiskutu l-partijiet kollha li jaqgħu taħt l-'acquis' għar-rigward ta' l-ambjent. Dawn il-working groups kienu jinkludu l-entitajiet pubbliċi relevanti. Programm relatat mal-compliance ma' l-obbligi tad-direttivi jiġi diskuss f'fażi suċċessiva. Il-materja ta' l-'Eco Management and Audit Scheme' ġiet trattata minn wieħed mill-working groups. F'dan l-istadju, l-ebda dipartiment ma qed jipparteċipa fl-Eco Management and Audit Scheme.

ETC — Kuntratt Grant Thornton

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9193 dwar il-kuntratt ta' Grant Thornton biex jiżviluppaw programm ta' re-training u assessment tal-membri ta' l-ispettorat fl-ETC, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' programm intern se jiġi organizzat għall-ispettorat fl-ETC? Min se jorganizzah? Fiex se jkun jikkonsisti, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġie ffirmat ebda kuntratt ma' Grant Thornton. Il-Programm ta' taħriġ għadu qed jiġi mfassal.

UE — Importazzjoni/esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-regolamenti li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni u li m'humiex konformi ma' l-acquis communautaire ta' l-EU u li ġew diskussi fl-iscreening session li nżammet fis-27 ta' Settembru 1999, fi Brussels?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-regolamenti li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni huma dak ta' l-1948 dwar il-Kontroll ta' l-Esportazzjoni u ta' l-1969 dwar il-Kontroll ta' l-Importazzjoni. Waqt is-sessjonijiet ta' screening li nżammu fi Brussels fid-data msemmija, saret riferenza għal dawn ir-Regolamenti li jridu jiġu riveduti biex ikunu jikkonformaw maż l-'acquis communautaire'.

UE — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss eżatt fl-iscreening session tas-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels rigward l-armi tan-nar, eċċ?

Response (BORG, JOE)

Waqt is-sessjoni ta` screening tas-27 ta` Settembru fil-kuntest tal-kapitlu tal-Free Movement of Goods, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni spjegaw il-kontenut tad-Direttiva 477 tal-1991 dwar il-kontroll fuq l-akkwist u l-pusses ta` armi tan-nar. Minn naħa tagħha, id-delegazzjoni Maltija tkellmet dwar ir-regolamenti applikati f`Malta f`dan ir-rigward, speċjalment f`dak li għandu x`jaqsam ma` reġistrazzjoni u trasferiment ta` armi.
Leg 9 PQ #10486 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Appartamenti - Trobbija ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip t'annimali bħal per eżempju klieb kbar jew għadd ta' annimali li joħolqu inkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar- residenti l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kull meta l-Pulizija jkollha lmenti dwar dak li rreferit għalihom l-Onor. Interpellanti, dawn jiġu nvestigati u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni skond il-liġi. 18.10.99
Leg 9 PQ #10487 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Eco Management Audit Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il industrija Maltija qed tipparteċipa fl-Eco Management Audit Scheme? Liema huma dawn l-industriji? X'għajnuna qed tagħti l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għadu mhux possibbli għall-industrija Maltija biex tipparteċipa fl-E.M.A.S., minħabba l-fatt li din hija miftuħa għall-pajjiżi li huma diġa' membri ta' l-Unjoni Ewropeja. Malta diġa' ibbenefikat minn assistenza li ngħatat mill-Unjoni Ewropeja biex tkun tista' tintroduċi din l-iskema f'pajjiżna fejn b'kollox ipparteċipaw ħamsin industrija. L-Awtorita' ta' Malta għall-Għemil ta' Standards fasslet regolamenti fuq l-istess prinċipji li hi mfassla fuqhom l-iskema ta' l-E.M.A.S. Huwa mistenni li jekk ikun hemm 'compliance' ma' dawn ir-regolamenti, dan ser imexxi lill-Malta lejn ċertifikazzjoni nazzjonali ta' 'compliance' ma' l-iskema nazzjonali ta' l-Eco Management. Dawn ir-regolamenti jgħidu wkoll illi ċ-ċertifikazzjoni nazzjonali tkun tista' tiġi rikonoxxuta bħala ċertifikazzjoni ekwivalenti ta' l-E.M.A.S. hekk kif Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #10488 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli - One Alpha

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli One Alpha mhux qed jingħataw mill-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli One Alpha qed jingħataw mill-Isptar.

Qormi — Triq Kardinal Sciberras

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni tad-Dipartiment tat-Toroq rigward deterrent fi Triq il-Kardinal Sciberras, Qormi kontra s-sewqan eċċessiv?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qiegħed f'kuntatt mall-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi biex flimkien jiddeċiedu x'inhi 'l aktar soluzzjoni addattata kontra s-sewqan eċċessiv fit-triq inkwestjoni.
Leg 9 PQ #10347 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Ħandaq - Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-gradilji fuq culverts ta' l-ilma li hemm f'Tal-Ħandaq Junior Lyceum li huma ta' periklu mikxufin kif inhuma?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9981.
Leg 9 PQ #10348 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli Enalapril

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pilloli Enalapril tal-5mg se jkunu għad-dispożizzjoni ta' min hu taħt il-kura mill-isptar, peress li għadd ta' pazjenti qed jiġu nformati li ilhom ħafna out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina Enalapril 5mg tablets qiegħda għad-dispożizzjoni ta' min hu taħt il-kura mill-isptar u stocks huma 'available' fl-ispiżeriji ta' l-isptarijiet tal-gvern.

VRT — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux is-sidien kollha li l-vettura tagħhom hija suġġetta għal VRT ġew informati li jrid isir it-test qabel titħallas il-liċenzja? Jista' l-Ministru jispjega kif u x'sistema ntużat biex jiġi deċiż lil min għandu jiġi nformat li jrid jagħmel it-test fuq il-vettura tiegħu u lil min ma jiġix informat? Il-Ministru jħoss li hu ġust li s-sidien tal-vettura li s-sena tal-manifattura tagħha hi wara vettura li ġiet manifatturata qabel jiġi informat li jrid jagħmel VRT qabel iħallas il-liċenzja filwaqt li s-sid l-ieħor ma jinformawhx u jħallas il-liċenzja qisu l-VRT għadu ma daħalx fis-seħħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dħul fis-seħħ tal-V.R.T. sar b'mod li dan it-test ikun jista' jitkompla b'mod sostenut matul is-snin li ġejjin. Jiġifieri li kull sena, bejn wieħed u ieħor ikun qed isir l-istess numru ta' testijiet. Biex dan ikun jista' jsir ġie deċiz li l-ewwel test għal vetturi kollha jinqasam fi tnejn billi l-ewwel qed jiġu ttestjati dawk il-vetturi li kellhom l-ewwel reġistrazzjoni taghħom fis-snin 'zewġ', fil-waqt li mbagħad isir it-test ta' dawk il-vetturi li huma bil-'fart'. Billi t-test tal-V.R.T. huwa ntenzjonat jiġġudika is-'safety' tal-vetturi w mhux l-eta' taghħom, inħoss li ma kienx hawn mod ieħor kif dan it-test jista' jibda, b'mod li jiġi sostnut matul is-snin.

Inġenji tax-xogħol kbar — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif vetturi kbar li ħafna drabi jkunu inġenji tax-xogħol, jiġu mitluba li jagħmlu t-test, wara li tkun għalqitilhom il-liċenzja, bil-konsegwenza li jew jitilfu x-xogħol jew jirriskjaw li jiksru l-liġi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li vetturi li jmisshom jitilgħu ghat-test qed jiġu avżati b'dan minn qabel ma' tiskadilhom il-liċenzja. Dawk is-sidien li ma jiġux avżati b'dan mid-Dipartiment, m'għandhomx għalfejn jitilgħu għat-test, f'dan l-istadju.