Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11323 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tiswija tat-taraġ taċ-ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartment se jsewwi t-turġien taċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi (fuq in-naħa ta' wara) li tkissru minn trakkijiet li jgħaddu minn hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11324 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Public Procurement

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9988, jista' l-Ministru jgħid, bl-introduzzjoni tad-direttivi speċifiċi ta' l-Unjoni Ewropa dwar public procurement, x'tibdil se jkollu jsir f'dan ir-rigward fil-proċeduri wżati Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta tagħmel riferenza għall-mistoqsijiet numru 9987 u 9988. Issa jrid isir eżerċizju, u b`riżultat ta` dan jittieħdu l-miżuri u jsiru l-emendi meħtieġa fir-regolamenti jew fil-liġijiet eżistenti, biex dawk il-public authorities u public undertakings li s`issa għadhom mhux qed japplikaw imma li jinħtieġu japplikaw b`mod sħiħ l-imsemmija regolamenti, jibdew jagħmlu dan. Irrid ngħid li anke l-Kunsilli Lokali jridu jaddottaw dawn il-proċeduri fejn jidħlu sejħiet għall-offerti li jilħqu jew jaqbżu t-thresholds li kont indikajt f`risposti oħra. Il-proċedura tar-rimedju li jipprovdu il-Public Service (Procurement) Regulations 1996 trid jew tinbidel radikalment fis-sens li jinħoloq xi tribunal ad hoc biex jisma u jaqta` l-objezzjonijiet jew (u dan possibli wkoll) isiru xi emendi fil-proċedura eżistenti li bihom dawk li ma jaqblux mad-deċiżjoni (li s`issa hija finali) tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u tad-Direttur tal-Kuntratti ikollhom il-possibilita li jappellaw. Din il-materja bħalissa qed tiġi studjata ma` l-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għax fiha aspetti legali.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li se tidħol il-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet fil-vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, ikollha tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għall-vettura partikolari? Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li d-dipartiment li qed imexxi t-test li għalih qed issir riferenza ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi li l-Mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11327 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Birżebbug — Waterpolo pitch

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W67, jista'l-Ministru jgħd hux ġust li ċittadini jiġu mmultati fiz-zona speċifikata meta fil-fatt qed jiġi admitted fit-tweġiba li m'hemmx tabelli biżżejjed li jindikaw il-clamp zone?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm it-tabelli li rreferit għalihom l-Onor. Interpellanti damu xi ftit biex twaħħlu, l-ebda ċittadin ma ġie immultat dwar clamping fil-post indikat fil-Mistoqsija Parlamentari W67.

Qormi — Triq San Ġorġ - Lampa

Question

B'riferenza għad-dawl fi Triq San Ġorg, Qormi - mistoqsija parlamentari numru 7139 - jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt itteħditx konsiderazzjoni biex jiżdied id-dawl f'din it-triq antika? Jekk iva, ittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li din it-triq hija mdawwra b'mod li minn dawra għal oħra ma tistax tara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sabiex jizdied id-dawl fit-triq imsemmija, tinhtieg manutenzjoni tad-dawl ezistenti li ghandha ssir flimkien ma` xogholijiet ohra simili.

Qormi — De La Crux Avenue - Tiswijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W79 dwar il-bibien ta' dħul mill-blokki ta' appartament f'De La Crux Avenue, Ħal Qormi biex ma jibqgħux speċi ta' rixtelli, kif inhuma, minħabba l-ilma li jidħol minnhom meta tkun ix-xita, u b'riferenza għat-tweġiba li tani dwar il-fatt li dawn il-bibien ġew iddisnjati biex jagħtu l-arja u d-dawl lill-intrajjet, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li, filwaqt li jibqa' jiġi mħares dan l-aspett, jiġu kkunsidrati mezzi oħra li jeżistu biex jilqa' għall-inkonvenjent ta' l-ilmijiet f'dawn l-intrajjet, per eżempju, li jkollhom speċi ta' purtelli bil-ħġieġ jew perspex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-kunsiderazzjoni.

Sta. Venera — Triq il-Batterija - Culvert

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-culvert fi Triq il-Batterija, Sta.Venera li ilu ppjanat għal aktar minn ħames snin? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol se jinbeda u kemm jieħu żmien biex ix-xogħol kollu jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji l-pjani għal dan ix-xogħol.

Politika industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux lest l-abbozz ta' dokument komprensiv dwar il-politika industrijali ta' pajjiżna? Jekk lest, meta se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Ġie diskuss fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-abbozz ta` dokument dwar il-politika industrijali ta` Malta ghadu qed jigi kkompilat. Tajjeb jinghad li fil-preparazzjoni ta` dan l-abbozz, diga` ittiehdu in konsiderazzjoni diversi rapporti, stqarrijiet u osservazzjonijiet dwar aspetti varji tas-suggett maghmula mill-Korpi Kostitwiti. Hekk kif dan l-abbozz jigi finalizzat, jitressaq ghad-diskussjoni fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku. Hemm il-hsieb li f`dak l-istadju jitqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti.

Luqa — Ħal Farruġ - Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir landscaping u jiżdiedu siġar eċċ, fl-areas żdinagati fil-Housing Estate ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ix-xogħol ta' Landscaping f'siti li għalihom mhux responsabbli l-Gvern Ċentrali jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali taż-żona.

Gozo Channel Co. Ltd — Complimentary free tickets

Question

Barra l-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-Ministri u d-Deputati Parlamentari, min huma l-persuni li għandhom complimentary free tickers sabiex jivvjaġġaw b'xejn fuq il-vapuri u l-catamaran tal-Kumpannija Gozo Channel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-etajiet tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk, kemm ta' dawk li se jieħdu jew ħadu t-terminal benefits kif ukoll ta' dawk li se jmorru mal-kumpannija privata?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif gej Haddiema li se jiehdu jew hadu t-terminal benefits Numru ta` Haddiema Eta` 1 28 3 29 2 30 7 32 3 33 2 34 8 35 16 36 15 37 21 38 14 39 10 40 18 41 19 42 13 4 3 12 44 11 45 9 46 8 47 15 48 13 49 1 3 50 11 51 10 52 8 53 11 54 9 55 8 56 4 57 12 58 5 59 11 60 2 61 Haddiema li ghadhom fuq il-kotba tal-Kumpanija Numru ta` Haddiema Eta` 2 27 1 28 1 29 2 31 1 32 2 33 2 34 2 35 6 36 9 37 4 38 8 39 9 40 7 41 10 42 7 43 3 44 5 45 8 46 3 47 7 48 4 49 3 50 11 51 7 52 5 53 2 54 3 55 2 56 2 57 1 59

Qormi — De la Crux Avenue - Ġnien - Dawl

Question

Peress li l-ġnien f'De La Crux Avenue f'Ħal Qormi qed ikun bla dawl, jista' l-Ministru jara li dan il-ġnien ikun mixgħul adegwatament bil-għan li jkun sigur għall-familji li jieħdu lil uliedhom biex jiddevertu f'dan il-post?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li dan il-ġnien, li l-manutenzjoni tiegħu hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi, huwa mdawwal adegwatament. Tajjeb jingħad li xi ħsara li kien hemm fid-dawl li hemm f'dan il-ġnien kienet ġiet irranġata.

Tfal u żgħażagħ — Bord konsultattiv

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord konsultattiv dwar it-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Bord Konsultattiv Dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ huwa magħmul hekk: Chairperson: Dr Ruth Farrugia, LL.D. Viċi-Chairperson: Mr John Role', C.Q.S.W. Segretarju: Mr Eugenio Galea, Dip. Soc. Stud. (S.W.);P.G. Cert. in Soc. Wrk. Management; P.G. Dip. Ger. Membri: Mr Dione Mifsud, B.Ed. (Hons); Dip. Sch. Couns. Ms Margaret Psaila, Dip. Soc. Work Ms Mary Cachia, Dip. Soc. Wrk; B.A. (Hons.); P.G. Cert. in Soc. Wrk Management; C.Q.S.W. Ms Clarissa Sammut Scerri, B.A. (Hons.) M.A. Couns. (Psych.) Ms Carmen Zammit, Diploma in Assistenza Sociale; P.G. Cert. in Soc. Wrk. Management.

Task force — Liġijiet dwar il-ħarsien ta' tfal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min hija l-konsulenta legali fuq it-tfal li qed tmexxi t-task force li twaqqaf mill-Ministeru għall-Politika Soċjali sabiex tagħti ħarsa lejn il-liġijiet kollha li jolqtu t-tfal u tħejji abbozz ta' liġi li jħares l-aħjar ġid tat-tfal? Min huma l-membri tat-task force imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-konsulenta legali tal-Ministeru fuq it-tfal li qed tmexxi t-task force sabiex tagħti ħarsa lejn il-liġijiet kollha li jolqtu t-tfal u tħejji abbozz ta' liġi li jħares l-aħjar ġid tat-tfal hija Dr Ruth Farrugia LL.D. Il-membri tat-task force huma Jacqueline Borg BA(Socio-Legal studies), Dr Angele Rapa LL.D., Errol Cutajar BA(Socio-legal studies), John Role' CQSW u Claire Stafrace BA(Socio-legal studies).
Leg 9 PQ #10351 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Ta' Farsina - Bini llegali

Question

Jista' l-Ministru jiddentifika liema huma l-kmamar imtellgħin fuq art tal-gvern mingħajr permess fl-area f'Tal-Farsina, Qormi? Liema huma dawk il-kmamar li ttellgħu b'dan il-mod u li l-awtoritajiet ordnaw it-twaqqigħ tagħhom matul din l-aħħar sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sedqa — Programmi kontra d-droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi programmi ta' prevenzjoni mill-abbuż tad-droga qed twettaq is-Sedqa fil-Higher Secondary School, trade schools, Junior College u post secondary schools oħra u fl-Universita'? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji ta' programm progamm, istituzzjoni istituzzjon?

Response (GONZI, LAWRENCE)

SEDQA qiegħda tmexxi programm ta' Prevenzjoni Sekondarja ma' studenti ta' l-ewwel sena fl-iskejjel post-sekondarji ta' Malta u Għawdex. Prevenzjoni Sekondarja tassumi li l-popolazzjoni li qegħdin naħdmu magħha, għandha riskju akbar minn gruppi oħra. L-istudenti ta' l-eta' bejn 16 u 19 'il-sena għandhom riskju li ġej mill-eta' tagħhom minħabba li din hija fażi esperimentali f'ħajjithom u allura ċ-ċans li jesperimentaw bid-droga huwa preżenti. Il-programm "Storm" jaħdem permezz ta' sitt laqgħat ta' diskussjoni fejn l-istudenti jkollhom iċ-ċans li jesprimu lilhom infushom f'ambjent formattiv. Matul is-sena akkademika 1999/2000, "sedqa" qiegħda timmira li tilħaq madwar 2000 student/a f'dawn l-iskejjel: 1. Mikilang Sapiano, Kordin 2. Higher Secondary, Naxxar 3. Salvatore Dimech, Tarġa Gap 4. Stefano Zerafa, Naxxar 5. Umberto Calosso, St Venera 6. Nautical School, Valletta 7. School of Hairdressing and Beauty Therapy, Sliema 8. Felenberg, Kordin 9. Secretarial School, Msida 10. Prevocational School, Msida 11. ITS Malta, St Julians 12. ITS Gozo, Għarb, Għawdex 13. Paulino Vassallo, Kordin 14. St Edward's College, Birgu 15. De La Salle College, Birgu 16. Kumpless Post-Sekondarju, Rabat, Għawdex

Saħħa — Sptar San Luqa - Detox Centre

Question

Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li d-Detox out-patients m'għandux jibqa' fil-bini ta'l-Isptar San Luqa? Jekk jidhirlu li dan iċ-ċentru m' għandux ikun hemmhekk, meta se jiċċaqlaq dan iċ-ċentru u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Detox "Out patients" qiegħed f'post ċentrali ġewwa l-Isptar San Luqa, fejn jista' jintleħaq minn kulħadd.

SWDP — Family Therapy Service

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-family therapy service fi ħdan l-SWDP? X'xogħol jagħmlu? F'Liema grade jew professjoni huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-Family Therapy Service tal-SWDP hemm seba' (7) minn nies jaħdmu: - l Co-Ordinator - Senior Social Worker - 5 Family Work Officers (*) - l Administrative Support Worker (*) Tnejn mill-ħames Family Work Officers qegħdin fuq 'study leave' Xogħol il-koordinatur huwa dak li jmexxi s-servizz fuq il-policies ta' l-SWDP u dawk li joħorġu fi ħdan il-Unit innifsu fuq approvazzjoni taċ-Chief Executive Officer. Barra minn hekk huwa jieħu sehem f'xogħol mal-familja u koppji, osservazzjoni u superviżjoni klinika tal-kollegi; preparazzjoniu parteċipazzjoni fit-terapija mal-familji lill-professjonisti oħra. Xogħol il-Family Work Officers huwa dak mal-familji u koppji, li jinqasam f'numru ta' sessions u b'użu professjonali ta' mudelli differenti. Huma għandhomil-kompitu wkoll li jippreparaw u jgħallmu korsijiet b'approvazzjoni diretta mit-Tavistock Clinic ta' Londra. Jieħdu sehem ukoll f'osservazzjonijiet u superviżjoni klinika. Għandhom ukoll xogħol li jwassalhom f'kuntatt dirett ma' aġenziji oħra bħal: CHS, Sptarijiet, Fejda, Skejjel. Xogħol l-Administrative Support Worker huwa wieħed kemm amministrattiv u kemm segretarjali. TITLU TA-XOGĦOL GRAD Koordinatur - Senior Social Worker 9 Family Worker Officers 11 Administrative Support Worker 12

Emergency Shelter

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitlesta l-emergency shelter residenzjali ġdid għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa ppjanat li ċ-Ċentru t'Emerġenza ġdid għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika jibda' jilqa' l-klijenti f'Ottubru 2000. Biex inkunu f'posizzjoni li nilqgħu għal problemi eżistenti li jħabbtu wiċċhom magħhom nisa u tfal vittmi ta' vjolensa domestika, ttieħdu diġa żewġ miżuri importanti: - L-Awtorita' tad-Djar qed tidentifika numru ta' appartamenti biex dawn jiġu allokati mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjonijiet Soċjali lil nisa u tfal li jkunu ilhom għal żmien twil igħixu f'ċentri ta' emerġenza jew servizzi residenzjali oħra minħabba li ma jkollhomx fejn joqogħdu. - Qed isiru diskussjonijiet ma' uffiċjali tal-Knisja biex fi żmien qasir jiżdiedu sostanzjalment is-servizz residenzjali għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika li jkollhom bżonn fejn joqgħodu għal perjodu twil (mhux t'emerġenza). L-iżvilupp f'dan is-servizz ser isir bi sħab bejn il-Gvern u l-Knisja, u għandu jkun lest fl-ewwel fażi tiegħu sa l-aħħar ta'din is-sena. Din l-ewwel fażi tinkludi sitt appartamenti żgħar. Permezz ta' dawn iż-żewġ miżuri, l-unika ċentru t'emerġenza li hawn bħalissa, Dar Merħba Bik, ikun jista' jilqa' aktar nies fi kriżi minħabba li dawk li jkollhom bżonn servizz residenzjali fit-tul jew akkomodazzjoni alternattiva ser ikunu jistgħu jibbenifikaw miż-żewġ miżuri li semmejt hawn fuq. B'hekk, Dar Merħba Bik ma tibqax tkun okkupata għal perjodi twal ħafna, u jinħolqu aktar postijiet għal nisa u tfal fi kriżi.