Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11406 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli LESCOL

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli LESCOL ta' l-20mg ilhom out of stock minn Settembru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma kienx hemm rapporti ta` nuqqas tal-mediċini Fluvastatin (Lescol) 20mg capsules mill-ispiżerija ta` l-Isptar San Luqa minn Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #11407 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armati — Eżami tad-dħul

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-order of merit tal-kandidati li qagħdu għall-eżami għad-dħul bħala suldati fl-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #11396 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Higher Secondary School — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti tal-Higher Secondary School li m'humiex jieħdu stipendji, almenu ikollhom it-trasport issussidjat?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa m'hemmx skema ta' trasport sussidjat.
Leg 9 PQ #11397 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-konkret min-naħa tal-Gvern biex it-tniġġis, b'forma ta' trab iswed, li qed jolqot saħħet u l-ambjent in ġenerali tar-residenti tal-Fgura u tal-lokalitajiet ta' madwar, jieqaf minnufih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11096 (Seduta 175).
Leg 9 PQ #11398 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Bidnija — Vilel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jafx bil-bini ta' erba' vilel f'nofs il-wied tal-Bidnija li nbnew illegalment? X'se jsir biex dan l-abbuż jitwaqqaf? X'passi ttieħdu s'issa kontra min kiser u qed jikser il-liġi? X'għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dan meta saħansitra anke fil-gazzetti kien hemm min kiteb biex jiġbed l-attenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar aġixxiet kontra l-iżvilupp illegali li rreferiet għalih l-Onor. Interpellanti u għal żvilupp illegali ieħor fiż-żona indikata fil-Mistoqsija. Dan sar skond l-Att I ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp. F`dan ir-rigward inħarġu diversi Enforcement Notices ref. ECF 729/98, ECF 703/98, ECF 731/98, ECF 764/98 u ECF 787/98. Oltre dan, f`żewġ okkażżjonijiet u ċioe` fl-4 u fis-16 ta` Novembru, l-Awtorita` f`eżerċizzju li qed tagħmel bil-għan li tneħħi kull bini llegali fiż-żona, aġixxiet biex tibda tneħħi parti mill-bini llegali, iżda ġiet imwaqqfa milli tagħmel dan b`mandat tal-Qorti. L-ewwel mandat tat-2 ta` Novembru kien ġie miċħud mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-5 ta` Novembru. Dak tas-16 ta` Novembru ġie milħuq proviżorjament u għadu pendenti quddiem il-Qorti. Ninsab infurmat ukoll li s-sidien ta` l-iżvilupp illegali in kwestjoni ppreżentaw applikazzjonijiet u anke sfidaw b`appelli l-avviżi maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, liema applikazzjonijiet u appelli għadhom pendenti. L-Awtorita` hija determinata li tkompli taqdi d-dmirijiet tagħha u nonostante d-diffikultajiet legali li tiffaċċja minn żmien għall-ieħor, tibqa` tuża l-mezzi legali disponibbli biex tesegwixxi l-obbligi tagħha skond il-liġi.
Leg 9 PQ #11399 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm facilitators ma' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat, fil-livell primarju u sekondarju, separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li Kindergarten Assistants/Facilitators ma' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Gvern hemm: 56 fil-Kindergarten 245 fil-Primarja 45 fis-Sekondarji Informat ukoll li n-numru ta' Facilitators kwalifikati bid-Diploma ma' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja huma 12. Hemm oħrajn li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol bħala "Kindergarten Assistant" għax l-iskola ma tkunx tista' ssib persuni kwalifikati. Dawn it-tnax-il Facilitators qegħdin kollha fil-livell Primarju. Dan kollu japplika biss għall-iskejjel tal-Knisja. L-Iskejjel Privati Indipendenti jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa skond il-bżonn li jkollhom.

Sta Venera — Manutenzjoni ta' tromba

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tat-tromba tal-bejt fi Blk D Tal-Palazz l-Aħmar F'Santa Venera u t-tibjid tal-common parts ta' l-istess blokk ta' appartamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #11336 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Wied iċ-Ċawsli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mnaddaf Wied iċ-Ċawsli f'Ħal Qormi mill-karozzi mkissrin li hemm ġo fih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed isir studju biex naraw kif jistgħu jitnaddfu l-widien.

Qormi — Triq Manuel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax isir xi tip ta' centre strip fi Triq Manuel Dimech f'Ħal Qormi, minflok il-linji miżbugħa ma' l-art minħabba li dawn m'humiex effettivi, biex tinżamm l-ordni tat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet oħra lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x'jista' jsir, madanakollu tajjeb wieħed jgħid li s-sinjali fl-art huma mezz effettiv ta` kontroll tat-traffiku.

Qormi — Triq iċ-Ċawsli

Question

Peress li Triq iċ-Ċawsli f'Ħal Qormi qed timtela' bl-ilma li jinżel minn Ħal-Luqa u li jgħaddi minn side street għal ġo din it-triq u allura jidher li hemm bżonn ta'sistema biex l-ilma ma jogħliex, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li issa nbniet 'culvert' ta' l-ilma li tgħaqqad Triq Mdina għal ġol-Wied iċ-Ċawsli li tgħaddi minn Triq Ħal Luqa, il-problema fi Triq iċ-Ċawsli hi mistennija li tonqos sew.
Leg 9 PQ #11393 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti li huma dyslexic hux se jingħataw facilitator waqt l-eżamijiet tal-Matsec?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kandidati li jersqu għall-eżamijiet tal-MATSEC u jkunu ċċertifikati li huma dyslexic, jingħataw il-faċilita` li jkollhom il-ħin ta' l-eżami miżjud b'25%. Informat li uffiċċjali konċernati ikkonkludew li dawn l-istudenti m'għandhomx bżonn facilitator waqt l-eżami.
Leg 9 PQ #11394 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-proċedura meta facilitator ta' tifel jew tifla bi bżonnijiet speċjali fi skola ma tattendiex għax-xogħol, xi jsir mit-tifel jew tifla? Dawn suppost jintbagħtu d-dar per eżempju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta facilitator ma tattendix għax-xogħol, l-iskola tagħmel dak li hu possibbli biex dawn it-tfal jattendu l-iskola. F'każijiet fejn mhux possibbli li dawn it-tfal joqgħodu mingħajr għajnuna diretta ta' facilitators minħabba l-kundizzjoni tagħhom, dawn jintbagħtu d-dar.

Qormi — Triq il-Ħelsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fil-konkret biex Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi, li tgħaqqad fuq naħa ma' Triq l-Imdina u fuq in-naħa l-oħra ma' Triq il-Wied u l hi mimlija cross roads, tkun safe għal dawk li jaqsmu kontinwament min-naħa għall-oħra peress li sal-lum fl-ebda parti ta' din it-triq twila ma jeżistu sistemi biex jiffaċilitaw il-qsim min-naħa għall-oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment qed jagħmel studju biex jara x'faċilita għal 'pedestrians' għandha ssir fiż-żona msemmija.

Maltapost — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ fergħa tal-posta fil-Kalkara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-Kalkara diġa hemm Sub-Post Office fi Triq l-Arċisqof Gonzi li qed jipprovdi servizz postali lir-residenti ta' dan il-lokalita u għaldaqstant għalissa m'hemmx ħsieb li tinfetaħ fergħa f'dan il-lokal.

Banek — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux jipprova jħajjar lil xi bank kummerċjali biex jiftaħ fergħa tiegħu ġewwa l-Kalkara peress li f'dan il-lokal ir-residenti m'humiex moqdija b'dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena ċert li l-banek kummerċjali ta' pajjiżna, li llum laħqu livelli li jikkomparaw ma' banek barranin, huma kapaċi biżżejjed li waħedhom jgħarfu fejn hemm ħtieġa li tinfetaħ fergħa u żgur ma għandhomx bżonn li xi ħadd, inkluż il-Gvern, iħajjarhom biex jagħmlu dan.
Leg 9 PQ #11332 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Development Planning Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li f'Section 35 tad-Development Planning Act huwa stipulat li l-pubbliku jista'jara l-pjanti sottomessi ma'l-applikazzjoni lill-Planning Authority fil-preżenza ta' perit?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li sa l-1997 ma kienx hemm ħtieġa li jkun hemm perit preżenti għas-servizz li qed tirreferi għalih. Bl-emendi ta` Lulju 1997, daħlet din il-klawsola. Id-diskussjoni dwarha joħorġu mill-minuti tal-Kamra tad-Deputati ta` dak iż-żmien. Il-Gvern għandu l-ħsieb li dan id-dritt jerġa` jingħata lill-pubbliku b`ċerti salvagwardji.
Leg 9 PQ #11333 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tiġi mmodernizzata u attrezzata l-berġa li hemm fil-Kalkara li xejn m'hi adegwata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa ma hemmx ħsieb li tiġi immodernizzata jew attrezzata il-berġa li hemm fil-Kalkara għajr għal xi manutenzjoni li tkun meħtieġa skond il-bżonn. Dan għaliex il-post li jintuża preżentament ma jippermettix immodernizzar jew attrezzar. Dan jista` jsir biss jekk jiġi provdut post ġdid.

Qormi — Mdina Road - Xogħlijiet

Question

Jista'l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li se jitlesta x-xogħol fuq ir-roundabout ta' Mdina Road, Ħal Qormi, minħabba li issa li tneħħew il-boundaries ta' din ir-roundabout, bix-xita l-ħamrija u t-terrapien qed joħorġu fit-triq u jinżlu fit-toroq tal-qrib?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat hu parti minn xogħol ferm ikbar li qed isir fl-inħawi. Dan ix-xogħol hu mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin.

Qormi — Triq San Bastjan - Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li tiġi żviluppata sistema tat-traffiku ġdida biex tiġi megħluba l-konġestjoni tat-traffiku li tinħoloq fi Triq San Bastjan ġewwa Ħal Qormi għar-roundabout ta' ħdejn il-fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi, partikolarment fil-ħinijiet tax-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Hal Qormi l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għadu kif approva sistema ta' 'One Way' fiz-żona ta' Triq San Bastjan biex il-konġezzjoni li tinħoloq f'din it-triq tonqos kemm jista' jkun.