B'riferenza għat-tagħrif mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5503,jista'l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi li ma qablux ma'l-award mogħti lilhom oriġinarjament? Kemm kien hemm li appellaw u kemm-il każ kien hemm fejn l-award oriġinali nbidel fl-appell?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8843.
Jista'l-PrimMinistru jgħid kemm hemm fil-preżent każi mill-grad ta' uffiċjal prinċipali 'l fuq fis-servizz ġenerali fejn qegħdin jittieħdu proċeduri legali quddiem xi qorti kriminali f'Malta u Għawdex kontra l-uffiċjali pubbliċi skond kull grad?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi hemm każ wieħed ta' uffiċjal pubbliku fil-gradi tas-Servizz Ġenerali fil-gradi minn Prinċipal 'l fuq, li qegħdin jittieħdu passi kriminali kontriħ fil-Qorti.
Dan l-uffiċjal għandu l-grad ta' Prinċipal.
Tista'l-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' overtime li tħallas fl-1999 lill-impjegati tal-gvern fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tagħha, dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm direttorati mal-gvern li fl-1999 kellhom taħt ir-responsabbilta' tagħhom voti kaptiali? Liema kienu? Xi skala ta'salarju kienu fiha d-diretturi responsabbli? Kemm kienu l-ammonti ta'flus ivvotati skond kull vot? Kemm kienu jammontaw il-flus minfuqa u kemm baqgħu ma ntefqux?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi t-tagħrif mitlub minnha jinsab fl-Estimi għas-sena 2000 pubblikat mill-Ministeru tiegħi; l-Estimi maqsum ministeru ministeru u taħt il-varji dipartimenti.
Filwaqt li l-ammonti approvati u riveduti jinsabu fuq paġni 30 sa 35, it-Teżor bħalissa qiegħed fil-proċess li jagħlaq il-kontijiet finali għall-1999.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 11582 dwar it-talba ta' ħames familji mill-parti t'isfel ta' Triq id-Deheb fin, Ħal Qormi, jista' l-Onor Ministru jwieġeb?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-differenza fil-hlas hija dovuta ghall-fatt li fi Frar ta` l-1999 inbidlu r-regolamenti biex f`certi kazi l-hlas biex jitwassal l-elettriku jonqos ghal Lm70. Ghalhekk, min kien ha s-servizz qabel Frar kien hallas skond ir-regolamenti ta` dak iz-zmien, waqt li min applika wara din id-data hallas bir-rata gdida.
Il-Korporazzjoni Enemalta ikkunsidrat il-kaz u thoss li ghandha timxi mar-regolamenti hekk kif japplikaw minn zmien ghal zmien. Ta` min jghid ukoll li dan il-kaz qieghed quddiem l-Ombudsman.
Jista' l-Ministru jgħid:
1) kemm hemm facilitators Għawdxin li jaħdmu ma' persuni bi bżonnijiet speċjali f'Malta;
2) kemm hemm facilitators li jaħdmu f'Għawdex;
3) kemm hemm talbiet pendenti għal facilitators minn ġenituri Għawdxin;
4) kemm hemm vakanzi għal facilitators f'Għawdex; u
5) meta se jimtlew dawn il-vakanzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm:
1. 18-il Kindergarten Assistant Għawdixja li jaħdmu mat-tfal
bi bżonnijiet speċjali f'Malta
2. 25-il Kindergarten Assistants li jaħdmu mat-tfal bi
bżonnijiet speċjali f'Għawdex fil-Mainstream
3. 17-il każ pendenti
Bħalissa ma hemmx vakanzi għal facilitators f'Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11574, jista' l-Ministru jindika meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa fi Triq Baldacchino, Ħal Qormi, peress li l-Ministru qal li hu infurmat li t-triq imsemmija qiegħda mniżżla fil-program ta' xogħlijiet li qed iħejji d-dipartiment?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nikkonferma li t-triq imsemmija qegħda mmniżżla fil-programm ta`prijoritajiet, irrid inżid li x-xogħol irid jitwettaq skond il-prijoritajiet globali li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-lift ta' Blk E3, Triq id-Deffa, Ta' Xbiex? Peress li x-xogħol ta' proċedura u permessi kollu tlesta mir-residenti, jista' jgħid x'qiegħed iżomm milli jsir ix-xogħol meħtieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-residenti tal-blokk applikaw fl-14 ta' Diċembru 1999 taħt Skema V - biex tiġi installata s-sistema tal-lift, peress li din l-Iskema ġiet estiża għall-blokki kollha tal-Gvern fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex fejn jgħixu persuni b'diżabilita' ta' mobilita'. Fit-3 ta' Jannar 2000 saret spezzjoni fuq il-post fejn prima facie jidher li tista' tiġi installata s-sistema tal-lift.
Peress li fl-applikazzjoni ma hemmx indikat liema persuna fil-blokk in kwistjoni għandha xi problema ta' mobilta', fit-28 ta' Jannar 2000 l-Awtorita' tad-Djar kitbet lis-Segretarja tar-Residents' Association biex tagħti l-informazzjoni neċessarja anke b'mod konfidenzjali.
L-Awtorita' tad-Djar qegħda fl-aħħar fażi biex jiġu impjegati Architect & Civil Engineer u Mechanical Engineer fl-għan ewlieni li jieħdu ħsieb il-proċeduri għall-installar tal-lifts. Hu ittamat li l-proċeduri jibdew fi żmien qasir.
Tista' l-Ministru tgħid kemm swietu lill-Gvern il-karozza ġdida li għadha kemm inxtrat għas-Segretarju Permanenti għal Għawdex? Tista' tgħid jekk sarux sejħiet għall-offerti jew kwotazzjonijiet lin-negozjanti tal-karozzi? X'sar minnha l-karozza li kien hemm qabel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex se jkun ħallas Lm7393 għax-xiri tal-karozza għas-Segretarju Permanenti. Lm1295.87 minn din in-nefqa huma għall-VAT u Lm65 għal-liċenzja u pjanċi. Ntalbet kwotazzjoni waħda għax-xiri ta' din il-karozza.
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diġa' ħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-karozza li s-Segretarju Permanenti kellu qabel.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala allowance tat-tfal matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala bonus kontributorju matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tieghi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala pensjoni għal diżabilita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta'benefiċċju imħallas mill-gvern bħala għajnuna soċjali matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala assistenza supplimentari matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċji imħallsa mill-gvern bħala għajnuna għal mard matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni miżjuda għal min jirtira matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni ta' l-eta' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala bonus mhux kontributorju matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir issa li l-prezz tal-ħobż għola biex jiġi assigurat li l-użin tal-ħobż ikun skond il-prezz li qiegħed jitħallas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kull rapport li jasal dwar abbuz fil-piz tal-hobza Maltija jigi investigat. Meta jirrizulta li kien hemm abbuz, il-bejjiegh jigi mwissi dwar dan. Jekk l-abbuz jirrepeti ruhu, tittiehed azzjoni skond il-provvedimenti tal-ligi.