Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14159 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Visti ta' l-għajnejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-appuntamenti għal visti ta' l-għajnejn qed idumu sitt xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għar-risposti li ngħataw għall-istess domanda f'seduti 230 u 250.
Leg 9 PQ #14160 Sitting 253 2000-03-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Makna tal-bone density

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li l-makna tal-bone density fl-Isptar San Luqa hija bil-ħsara? Kemm ilha bil-ħsara jew kemm kienet ilha bil-ħsara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13953 f'seduta 245.

Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali — Laqgħat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress sar mid-diversi rakkmandazzjonijiet u suġġerimenti li ħarġu waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali, meta iddiskutejna s-sena li għaddiet, children at risk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tħejja l-ewwel abbozz ta' liġi komprensiva dwar it-tfal; bħalissa dan l-abbozz qiegħed jiġi diskuss internament fil-Ministeru. Ġew imsaħħa servizzi lil tfal vittmi ta' abbuż kif ukoll inbdew diskussjonijiet mad-Djar tat-Tfal rigward kif jista' u għandu jiġi żvillupati is-servizzi residenzjali għat-tfal. Dan kollu għandu nkwadrat fir-riforma li qed tiġi maħsuba rigward l-għoti ta' servizzi soċjali personalizzati.

Qrati — Salarji ta' imħallfin/maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar is-salarji ta' l-imħallfin, tal-maġistrati u ta' l-avukat ġenerali mill-1990 sa l-2000 sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi is-salarji ta` l-Imħallfin u tal-Maġistrati ghas-snin 1990-2000 huma kif jidhru hawn taħt: Sena Prim Imħallef Imħallef Maġistrat Jan` 90 5985 5107 4306 Jan` 91 7462 6451 5387 Jan` 92 8953 7750 6481 Jan` 93 10423 9023 7554 Jan` 94 10501 9101 7632 Jan` 95 10618 9218 7749 Jan` 96 10722 9322 7920 Jan` 97 10800 9400 7990 Mar` 97 10813 9413 8001 Jan` 98 10891 9491 8067 Jan` 99 10982 9582 8184 Jan` 2000 11034 9634 8236 Mill-1 ta` Jannar 1996 ma dan is-salarju hija mħallsa wkoll `expense allowance` ta` LM1000 u allowance oħra ekwivalenti ghal 15% tas-salarju flok bonus u benefiċċji oħra li huma gawduti minn uffiċċjali Publiċi li huma fuq performance agreement. Infurmat ukoll li s-salarju tal-Avukat Generali ghas-snin 1990-2000 huma kif jidhru hawn taħt: Sena Ammont (LM) 1990 4951 plus 156 salary increase 1991 6386 plus 65 salary increase 1992 7750 1993 9023 1994 9101 1995 9218 1996 9322 1997 9400 up to end of March 9413 as from 1st April 1998 9491 1999 9582 plus 156 per annum cash payment 2000 9634 plus 156 per annum cash payment

Dipartiment tax-Xogħol — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel id-diparitment tax-xogħol fir-rigward ta' ħaddiema li għandhom kondizzjonijiet tax-xogħol mill-agħar u li ma jirriflettux dak li titlob il-liġi, bħal fil-każ ta' ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tat-tindif, tas-sewwieqa tal-coaches u minibuses privati eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieg jinfurzaw l-kondizzjoniet ta' l-impjieg skond il-liġi u dak li jipprovdi l-Att li jirregola l-kondizzjonijiet ta' l-impjieġ (Cap 135). Kull min jinqabad jikser din il-liġi jiġi mtella quddiem l-Qorti Kriminali. Bħalissa għaddejja serje ta' inspezzjonijiet mill-uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieg fis-settur tat-trasport (sewwieqa tal-'coaches' u 'minibuses') biex jsegwi l-kondizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema. Rigward il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi privati ta' tindif, s'issa dawn ma kienux regolati bil-Kunsill tal-Pagi. Bħala rimedju, dan l-aħħar ġie mwaqqaf il-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li jipprovdi Servizzi ta' Tindif. Dan il-Kunsill tal-Pagi se jaħdem għall-impjegati kollha li jaħdmu ma' ditti li jipprovdu servizzi ta' tindif u qiegħed jiltaqa' regolarment biex finalment jistabilixxi ħinijiet massimi ta' xogħol, rati ta' overtime, leave għall-mard, leave għall-korriment, leave għat-twelid ta' tarbija, leave għal-luttu etc. li jkun applikabbli għal dawn il-ħaddiema.
Leg 9 PQ #14154 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Triq il-Ħelsien - Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Ħelsien, Qormi sena b'sena mill-1994?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li statistika bid-dettalji hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellanti bdiet tinżamm mill-Pulizija minn Jannar ta` l-1998. It-tagħrif hu kif ġej : - Sena Numru ---- ----- 1998 14 1999 13 2000 * 2 * Sa l-20 ta` Frar.
Leg 9 PQ #14155 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Wied iċ-Ċawsli — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf Wied iċ-Ċawsli, minn Għar Ħanżir, sa tarf il-Marsa, minħabba li ilu ma jitnaddaf is-snin u mimli terrapien, u l-arkati tan-naħa tal-Marsa jinsabu miżdudin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9757 (Seduta 175).
Leg 9 PQ #14156 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'qiegħed isir eżatt, permezz tax-xogħlijiet li saru u li għadhom isiru, biex jinqabad l-ilma tax-xita li jaqa' mit-triq ta' Ħal-Luqa għal Mdina Road, Ħal Qormi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9757 (Seduta 175).
Leg 9 PQ #14157 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ingwent ta' l-arthrite

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ingwent ta' l-arthrite, Wintergreen Ointment, ilu madwar sena ma jingħata mill-ispiżerija tal-Gvern, fin-Naxxar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li dan il-prodott qed jiġi rtirat mill-manifatturi minħabba li hu antik u llum hawn mediċini aħjar. Għaldaqstant inbeda l-proċess mid-Drugs & Therapeutic Committee (D.T.C.) biex jinqata' wkoll mill-formularju Malti.
Leg 9 PQ #14158 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Testijiet mediċini ma' bronchite kronika

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex testijiet mediċi relatati ma' bronchite kronika damu sitt xhur biex isiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-domanda hija vaga ħafna u ma nistax nagħti risposta. Imma jekk l-Onor. Membru għandha xi każ partikolari, tgħaddili l-informazzjoni skond kif indikajt fit-tweġiba għad-Domanda Nru. 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #14147 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Programm ta' SATU

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ sezzjoni għan-nisa fil-programm SATU?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm fil-preżent ma hemm l-ebda ħsieb li tinfetaħ sezzjoni għan-nisa fil-programm SATU, dan mhux eskluż li jiġi kkunsidrat fil-futur. Minħabba n-numru żgħir ħafna ta` priġunieri nisa, dawn jistgħu jsegwu programmi oħra ta` rijabilitazzjoni.

Caritas/Sedqa — Riabilitazzjoni ta' droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed iżommu żgħażagħ taħt it-18-il sena għal programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga, il-Caritas u s-Sedqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Aġenzija sedqa bħalissa għanda żewġ persuni ta' 18 il-sena li għaddejin mill-programm ta' rijabilitazzjoni ta' droga, fil-Komunita' Santa Marija. Ragward il-Caritas, din hija organizzazjoni mhux Governattiva, għalhekk m'għandiex informazzjoni dwarha.

Wages Council — Regolamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti tal-Wages Council kollha li għadhom in vigore? Meta ġew riveduti l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-disgħa u għoxrin Ordni tal-Kunsill tal-Pagi kif inhuma in vigore bħalissa. Dawn l-Ordnijiet tal-Kunsilli tal-Pagi ġew riveduti l-aħħar kif ġej:- 1. Agriculture and Allied Industries 20/07/90 2. Beverages Industries 20/07/90 3. Canning Industries 22/09/89 4. Cargo Clearance and Forwarding Agents (Burdnara) 22/12/78 5. Cinemas and Theatres 22/12/78 6. Clay and Glass Products 16/07/91 7. Construction 30/03/90 8. Domestic Workers 17/11/89 9. Electronics 01/06/79 10. Food Manufacture Industry 14/05/91 11. Hire Cars and Private Buses 24/04/79 12. Hospitals and Clinics 28/04/78 13. Hotels and Clubs 28/03/90 14. Jewellery and Watches 08/12/78 15. Laundries 16/07/91 16. Leather Goods and Shoes Industry 16/07/91 17. Paper, Plastics, Chemicals and Petroleum 20/02/81 18. Printing and Publishing 12/01/79 19. Private Schools 05/02/80 20. Professional Offices 12/04/79 21. Public Transport 02/03/79 22. Seamen 20/07/90 23. Sextons and Custodians 12/01/96 24. Textiles and Allid Industries 30/03/90 25. Tobacco Industry 16/07/91 26. Transport Equipment, Metal and Allied Trades 30/03/90 27. Travel and Insurance Agencies 01/12/78 28. Wholesale and Retail 17/03/89 29. Woodworks 19/06/90
Leg 9 PQ #14150 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Gvern Awstraljan — Taħdidiet bilaterali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern kellux xi taħdidiet bilaterali mal-Gvern Awstraljan dwar iċ-ċittadinanza ta' Maltin li minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom, kellhom jaqilbu ċ-ċittadinanza Maltija għal dik Awstraljana meta emigraw, u llum jixtiequ li jerġgħu jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija,iżda jekk se jagħmlu dan minħabba r-regolamenti Awstraljani se jitilfu dik Awstraljana? Jekk ma sarux taħdidiet, hemm il-ħsieb li jsiru?

Response (BORG, TONIO)

Il-liġijiet ta` l-Awstralja jagħmilhom il-Gvern Awstraljan. Bħalma ħadd ma indaħlilna jekk indaħħlux id-doppja ċittadinanza, lanqas ma hu prudenti li l-Gvern Malti jagħmel pressjoni fuq ħaddieħor biex ibiddel ir-regoli tiegħu. Fl-Awstralja il-liġi tipprovdi li kull persuna (mhux Maltin-Awstraljani biss) li tapplika għal ċittadinanza barranija titlef iċ-ċittadinanza Awstraljana. Kien għalhekk li l-liġi l-ġdida Maltija tat iċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament lil kull ċittadin barrani - inklużi l-Maltin Awstraljani - li kienu Maltin, tilfu ċ-ċittadinanza Maltija, u qattgħu 6 snin barra minn Malta.

Wages Council

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'qiegħed isir biex jiġi assigurat li kull employer iżomm ma' dak li jitlob minnhom il-wages council? X'tip ta' strutturi għandu d-dipartiment tax-xogħol biex jagħmel il-monitoring li hemm bżonn? Kemm hemm persuni jaħdmu fid-dipartiment f'dan il-qasam? Min hu l-uffiċjal responsabbli minn din it-taqsima?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieg għandu taqsimiet ta' spettorat u nforzar tal-liġi sabiex jiżgura li l-liġi tax-xogħol tkun osservata. Dawn iż-żewġ taqsimiet jikkonsistu f'sittax il-persuna. Mhux etiku li jissemmew l-ismijiet ta' l-uffiċjali responsabbli minndawn iż-żewġ taqsimiet, iżda dawn huma fi grad ta' Prinċipal.

Impjiegi — Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fit-Taqsima tas-Saħħa u tas-Sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol? Kemm-il spezzjoni saret bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta' Jannar 2000, xahar b'xahar? F'liema postijiet tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-prezent, it-Taqsima Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għandha sitt persuni li huma appuntanti bħala Spetturi skond l-Att Numru VII tal-1994 u tabib mediku. Tlieta minn dawn l-uffiċjali għandhom 'postgraduate qualifications' fil-materja. Hemm ukoll ħames 'Trainee Inspectors' li dalwaqt ser ikun appuntati bħala Spetturi wara li ottjenew id-'Diploma Social Studies (Occupational Health and Safety)' mill-Universita'. It-Taqsima tuża wkoll is-servizzi ta' erba' skrivani u ta' żewġ messaggiera. Fost id-diversi funzjonijiet li jaqdu l-ispetturi, hemm dik ta' spezzjonar ta' postijiet tax-xogħol. Bejn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Jannar 2000 saru 968 l-ispezzjoni li jkopru s-setturi kollha tax-xogħol.

VRT — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li ddaħħlet il-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet ta' vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, jkollna tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għal vettura partikolari? Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 13734.

Telemalta — Servizz tal-freephone - Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4631?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn Ottubru 1998 u Frar 1999, id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur waslulu 1219 ilment minghand il-konsumaturi. Dawn l-ilmenti huma ta` diversi ghamla, bhal per ezempju nuqqas ta` ghoti ta` ricevuta, verifika ta` prezzijiet ta` tipi differenti ta` oggetti, prodotti skaduti u ohrajn. Barra minn hekk dawn l-istess ilmenti jinvolvu diversi dipartimenti bhal dawk tas-Sahha, V.A.T., Industrija, Kummerc u ohrajn. L-informazzjoni fil-forma kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jigifieri, it-tip ta` ilment, id-dipartiment li ttrattah u x`rizultat inkiseb gurnata b`gurnata fuq medda ta` hames xhur, titlob uzu ta` kwantita` ta` rizorsi umani li jista` jxekkel l-operat tad-Dipartiment li jrid jigborha u ghalhekk ma narax raguni ghaliex ghandi naghti dawk id-dettalji kollha.
Leg 9 PQ #14143 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13209 dwar id-dewmien biex isiru l-appuntamenti fid-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija ġewwa l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-domanda ngħatat f'seduta 230.
Leg 9 PQ #14144 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tad-Drenaġġ — Safety equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jasal is-safety equipment għall-ħaddiema fit-taqsima tad-drenaġġ? Jista' jgħid x'tip ta' taħriġ ingħataw il-ħaddiema tat-taqsima tad-drenaġġ dwar is-saħħa u s-sigurta' tagħhom fuq ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-wasla ta' xi 'safety equipment' għall-ħaddiema fit-Taqsima tad-Drenaġġ huwa marbut mal-wasla ta' 'team' ta' ħaddiema li ntbagħtu barra minn Malta biex jaraw mill-qrib l-aħħar teknoloġija ta' dan it-tip ta' apparat.