Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq San Edwardu - Zebra crossings

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux ippjanat li jsiru xi zebra crossing fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi, minħabba t-traffiku li jgħaddi minnha kontinwament u għaldaqstant qed issir dejjem aktar diffiċli għan-nies biex jaqsmu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li Triq San Edwardu hija `one way` u jgħaddi ħafna traffiku, il-Kunsill Lokali ta` Ħal Qormi qiegħed jipprepara pjan għall-kontroll tat-traffiku, qabel ma jiġi deċiż jekk hemmx lok għal `zebra crossing` jew le.

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skond il-ftehim li se jintlaħaq dawk l-impjegati ta' l-Enemalta li għal snin sħaħ għamlu xogħol ta' segretarji mal-korporazzjoni, mingħajr ma ħadu l-allowances, dawn l-impjegati humiex se jieħdu l-allowances b'lura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mhux car ghal liema ftehim qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant. Jiena nfurmat li l-uniku ftehim li l-Korporazzjoni Enemalta ghamlet fir-rigward ta` l-impjegati taghha huwa l-Ftehim Kollettiv li jikkoncerna l-iskali minn sebgha sa ghoxrin. L-iskali li hemm bhalissa ma jinkludux xoghol specifiku relatat ma` dak ta` segretarju jew segretarja.
Leg 9 PQ #15317 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ritratti

Question

Ma jidhirlux l-Ministru li għandu jkun hemm policy dwar ir-ritratti li qed jittieħdu ta' spiss wisq f'ċerti skejjel minn fotografi kummerċjali, fejn l-istudenti qed iħallsu madwar Lm2.50c għal sett ritratti, bil-konsegwenzi illi l-ġenituri qed jiddaħħlu f'ċerti spejjeż bla bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li din hija materja li tiġi deċiża mill-Kap ta' l-Iskola u mill-Kunsill ta' l-Iskola, naqbel li wieħed għandu jkun sensittiv ħafna għall-mezzi tal-familji li jibgħatu l-uliedhom fl-iskola.
Leg 9 PQ #15318 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Farsina — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa urġenti dwar il-ġrieden kbar li hemm partikolarment fl-area tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Ta' Farsina, Qormi minħabba l-ambjent u s-saħħa tan-nies tal-post in ġenerali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15319 Sitting 278 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Minimu Nazzjonali

Question

Peress li issa bis-saħħa tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali se jidħol il-co-ordinated science, jista' l-Ministru jara x'se jiġri mill-għalliema li kienu jgħallmu l-Fiżika, l-Bioloġija u l-Kimika? Kif se jiġi assigurat li l-aktar għalliema adatti se jgħallmu s-suġġett relevanti? X'se jiġri mill-istudenti fl-aħħar klassijiet tas-sekondarja li se jersqu għall-eżamijiet tal-MATSEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, f'paġna 81, b'refernza għax-Xjenza Koordinata jgħid li biex il-pass ta' l-introduzzjoni tax-Xjenza Koordinata jirnexxi, "l-istituzzjonijiet post-sekondarji u l-Universita` ta' Malta jridu jirreformaw il-progrmmi tagħhom. Sakemm il-ftehim isir realta` konkreta, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se tibqa' tħaddem is-sistema ta' speċjalizzazzjoni fix-xjenza mit-tielet sena tal-livell sekondarju". Għalhekk mhux se jkun hemm studenti fl-aħħar klassijiet tas-sekondarja li jersqu għall-eżamijiet tal-MATSEC qabel ma' dawn l-eżamijiet tal-MATSEC kif ukoll il-kwalifiċi meħtieġa għad-dħul fil-korsijiet fl-Universita` jkunu qegħdin fuq din il-linja. Id-Diviżjoni qegħda taħseb ukoll għat-taħriġ meħtieġ għall-għalliema biex jgħallmu dan is-suġġett u dan ikun miftuħ ukoll għal min issa qed jgħallem il-Fiżika, il-Bijoloġija u l-Kimika.

Liġijiet tal-Part-Time Workers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux qiegħed jippjana li jemenda l-liġijiet dwar il-Part-Time Workers? Jekk iva, għal meta huwa ppjanat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-punt imqajjem mill-Onor. Interpellant qed ikun ikkunsidrat, flimkien ma' provedimenti oħra li jeħtieġu tibdil, f'diskussjonijiet li qegħdin isiru dwar il-"Conditions of Employment Regulation Act". Ta' min jgħid li d-diskussjonijiet qegħdin jinvolvu lill-Gvern u lill- imsieħba soċjali tiegħu.
Leg 9 PQ #15309 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — HSBC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ miljuni minn Malta għaċ-Channel Islands, l-HSBC permezz ta' l-iskema ta' investiment li nieda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-banek li joperaw f`Malta jistgħu jinvestu l-fondi tal-klijenti tagħhom fl-iskemi ta` investiment awtorizzati, u jistgħu jibagħtu barra minn Malta f`isem klijent ammont ta` flus li ma jisboqx il-limitu stipulat fl-Att dwar il-Kontoll fuq il-Kambju tal-1972. Bħalissa dan il-limitu hu ta` Lm15,000 fis-sena. Individwu jista` wkoll jinvesti f`dawn l-iskemi, u mingħajr limitu, dawk il-bilanċi li diġa jżomm f`muniti barranin. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li skond l-`Investment Services Guidelines` maħruġ mill-MFSC, il-`Funds` li għandhom il-liċenzja biex jbiegħu f`Malta għandhom l-obbligu li jippubblikaw, għall-inqas darba fis-sena, dettali dwar il-progress ta` l-investimenti tagħhom.
Leg 9 PQ #15310 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Stationery/printing

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-HSBC humiex iġibu l-istationery u l-printing minn barra minn Malta, u saħansitra ħaddiema barranin biex waħħlu t-tabelli l-ġodda mal-faċċata tal-friegħi tal-bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-HSBC huwa bank privat u għalhekk nisuġerixxi lill-Onorevoli Membru jgħaddi l-Mistoqsija lill-Bank direttament.

HSBC — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm telqu ħaddiema minn mal-HSBC minn meta ħadu over il-Mid-Med Bank is-sena l-oħra? Dawn telqu minħabba early retirement scheme jew minħabba raġunijiet oħra? X'inhija l-eta' ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hix policy li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tagħti nformazzjoni fuq kumpanija speċifika.

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' dieta' qed jinżammu fid-djar residenzjali ta' l-anzjani? Min jissorvelja dawn id-dieti? Hemm min jissorvelja d-dieti ta' l-anzjani fid-djar residenzjali privati? X'inspections isiru fuq ix-xiri ta' ikel eċċ fid-djar residenzjali ta' l-anzjani tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani rikoverati fid-djar residenzjali tal-Gvern jingħataw ikel bnin u skond il-bżonnijiet mediċi tagħhom. Waqt li f'erba' djar residenzjali l-ikel jissajjar fid-dar stess, fit-tlieta l-oħra l-ikel jiġi fornut lest mill-privat. Spetturi tas-Saħħa jagħmlu spezzjonijiet regolari fid-djar tal-gvern u anke tal-privat biex ikun assigurat li l-livell ta' ndafa u iġene qiegħed jinżamm u wkoll biex tkun osservata l-kwalita' ta' ikel li jitqassam. Uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani jagħmlu visti regolari fid-djar tal-Gvern.
Leg 9 PQ #15313 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sistema qed titmexxa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fuq il-ħlasijiet ta' refunds tat-taxxa lit-taxpayers? Meta huwa maħsub li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jiġi aġġornat fuq dawn il-ħlasijiet li wħud minnhom imorru lura s-snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-refunds imħallsa matul sena huma limitati mill-ammont ivvutat fil-Parlament. Din is-sistema nbidlet mis-sena ta` stima 1999 fejn issa, bis-sistema ta` `self assessement` ir-refunds jitħallsu sa sitt xhur mir-return li jagħmel it-taxpayer. Għas-snin qabel is-sena ta` stima 1999, prijorita tingħata kif ġej : a) jekk is-sena li għaliha jeżisti xi `refund` tkun se tiġi preskritta; b) każijiet ta` pensjonanti; c) każijiet umanitarji fosthom każijiet ta` mard; d) it-`taxpayer` ikun aġġornat fil-mili ta` formoli u `assessements`; e) `refunds` għas-snin l-aktar imbegħda. Ammonti ta` `refunds` ta` inqas minn Lm100 ġeneralment jitħallsu fi żmien qasir u regolarment.

Wardens lokali

Question

Jista' l-Ministru jelenka eżattament x'inhuma dawk l-abbużi jew azzjonijiet li huma meqjusa li qed jiksru l-liġi u l-wardens lokali, huma detailed li jirrapportaw, minħabba l-ħafna diċeriji li bħalissa hawn fost in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Avviz Legali Numru 32 ta` l-2000 li ġie pubblikat fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Frar 2000.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-uffiċini li saru għall-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż? Għal-liema użu se jservu dawn l-uffiċini? Xi skopijiet hemm? Min se jservi fihom? Xi staff se jkun hemm? Mil-liema dipartiment se jittieħed l-istaff, jew se jiġi mpjegat personnel ġdid minn barra s-servizz pubbliku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sabiex jigi rrangat il-post li minnu ser jopera l-Kunsill ghall-Affarijiet tal-Konsumatur, intefaq l-ammont ta` Lm16,460. Dan l-ammont intefaq kif gej: Lm12,050 thallsu lill-Kumpanija Kalaxlokk ghal xoghol ta` tiswijiet, alternazzjonijiet u manutenzjoni, Lm2,800 intefqu ghar-refurbishment u Lm1,610 ghal xiri ta` apparat ta` I.T. Dan il-post ser iservi sabiex il-Kunsill ikun jista` jaqdi l-funzjoni li ghaliha twaqqaf skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Fl-ufficcju tal-Kunsill hemm skrivana fuq bazi `full time`. Ic-Chairperson u l-membri tal-Kunsill jaghmlu uzu mill-ufficcju kull meta jkun hemm bzonn. L-iskrivana hija mpjegata tad-Dipartiment ghall-Affarijiet tal-Konsumatur u bdiet taghti s-servizzi taghha fl-ufficcju tal-Kunsill dan l-ahhar.

Qormo — Triq Dun Mario - Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel id-dipartiment biex l-ilma tax-xita niżel minn Triq Dun Mario, f'Ħal Qormi, ma jibqax jaqleb għal Sqaq Nru. 1, bil-konsegwenza li l-familji li jgħixu fl-Isqaq, isofri minn tbatijiet żejda minħabba f'hekk?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn `inspection` li saret jidher li jista` jkun hemm lok li jinqalbu l-livelli tat-triq. Id-Dipartiment tat-Toroq għalhekk ser jagħmel `survey` ta` l-isqaq biex jiddetermina jekk b`hekk l-għargħar msemmi mill-Onor. Interpellanta jkunx evitat.

Qormi — Triq l-Isbandola

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta nfetħet Triq l-Isbandola għal Triq Dun Mario f'Ħal Qormi, ma twaqqax il-ħajt sewwa u tħalla madwar metru 'l barra, bil-konsegwenza li qed tkerraħ din il-parti tat-triq? Jista' jgħid hux ippjanat li din il-biċċa ħajt titwaqqa'? Meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq l-Isbandola infetħet mill-privat li skond kif jidher ma wettaqx ix-xogħol kollu meħtieġ. Id-Dipartiment tat-Toroq qed jidħol f`kuntatt mas-sidien tal-ħajt biex ix-xogħol meħtieġ isir.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka l-proċedura li trid issir biex persuna tapplika għal għajnuna supplimentari, x'inhuma l-kriterji biex wieħed ikun jista' jieħu din l-għajnuna? Jiġu mgħarrfa l-persuni li jistgħu jkunu ntitolati biex japplikaw eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna tista' tapplika għall-Allowance Supplimentari fuq il-formola preskritta li tista' tinġabar mill-Uffiċċji Distrettwali jew mill-Uffiċċju Ċentrali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Kull kap ta' familja, li kellu/kellha dħul anqas minn Lm3,270 fis-sena 1999 f'każ ta' persuna waħedha jew Lm3,770 f'każ ta' koppja u m'hemmx dritt għall-Allowance tat-Tfal jista' jikkwalifika għall-Allowance Supplimentari. Il-kriterji biex wieħed ikun jista' jieħu din l-Allowance huma spjegati fid-dettal fuq il-formola "Talba għall-Allowance Supplimentari". Kull sena jinħtieġ li tiġġedded id-dikjarazzjoni tad-dħul sabiex jiġu konfermati d-dritt u r-rata ta' Allowance għas-sena kurrenti. Persuni li jistgħu jkunu ntitolati għal din l-Allowance iridu japplikaw huma l-ewwel darba. Dawn ma jiġux mgħarrfa mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali peress li d-Dipartiment tas-Sigurta' Sojali m'għandux informazzjoni dwar id-dħul kollu ta' kull persuna li tista' tikkwalifika għal din l-Allowance. Min jikkwalifika, ta' kull sena tintbagħatlu l-formola tad-dikjarazzjoni tad-dħul flimkien ma' ittra li tispjega d-dettalji kollha ta' x'għandu jagħmel biex id-Dipartiment ikun jista' jikkonferma d-dritt u jerġa' jistabilixxi r-rata ta' Allowance dovuta lilu skond id-dħul li ġie dikjarat.
Leg 9 PQ #15307 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Lipid Clinic

Question

Id-dipartiment qiegħed jippjana xi sistema ta' kif każijiet urġenti għal lipid clinic jistgħu jiġu mħaffa, ħalli ma jibqax ikun hemm dewmien esaġerat, bħal per eżempju, jingħata appuntament minn Jannar għal Ottubru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Jannar ta` din is-sena, il-complement ta` tobba regolari għall-Lipid Clinic sar tnejn. Għalhekk il-każijiet ġodda li jiġu eżaminati fil-ġimgħa rdoppja minn sitta għal tnax minn Jannar 2000. Dan wassal biex il-waiting list tiqsar. Rimedju ieħor huwa illi riferti ġodda għal din il-klinika jiġu 'screened' immedjatament u dawk il-każijiet ikkunsidrati urġenti jingħataw appuntament aktar kmieni. It-total ta` pazjenti ġodda flimkien ma` oħrajn li jiġu segwiti regolarment f'din il-klinika tela` minn għoxrin għal tletin fil-ġimgħa. Il-Lipid Clinic tinżamm darba fil-ġimgħa, nhar ta` Ħamis.
Leg 9 PQ #14903 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qormi - patrols

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiżdiedu l-patrols tal-pulizija f'Ħal Qormi, partikolarment fl-areas diżabitati bħan-naħat ta' Triq iċ-Ċawsli, eċċ.?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda kemm fl-akwati tat-triq imsemmija kif ukoll fit-toroq l-oħra.

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif anzjan li jgħix waħdu qabel kien jirċievi kont tad-dawl u l-ilma ta' Lm40 fit-tlett xhur u issa rċieva kont ta' Lm200? Jista' jispjega għaliex u x'inhija d-differenza, peress li l-gvern jgħid li raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant ghandha d-dettalji kollha tal-kont li ghalih qed tirreferi. Ghaldaqstant jekk tipprovdini bin-numru tal-kont relattiv inkun f`pozizzjoni li naghti twegiba ghal dan il-kaz partikulari. Huwa fatt li l-kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma taht it-tariffi tal-gvern precedenti kienu jigu ferm ghola u bl-ebda mod wiehed ma jista` jaccetta dak li qed tghid L-Onorevoli Membru, li bla ma taghti dettalji, tipprova tiggeneralizza minn kaz partikulari li wiehed irid jezamina. Nahseb li l-Onorevoli Interpellant taqbel li l-konsum mhux dejjem ikun l-istess, u ghalhekk biex isir paragun bis-sens irid isir tqabbil `like with like`.
Leg 9 PQ #14898 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Xgħajra - Berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadhomx jagħtu faxex lil dawk li għandhom il-karta r-roża mill-berġa tax-Xgħajra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda rapport li l-faxex ma ingħatawx mill-berġa tax-Xgħajra.