Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15828 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Assunta - Fund raising

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bid-diversi attivitajiet ta' fund raising fejn studenti qed jiġu mitluba li jagħtu donazzjoni ta' 50c ta' kull darba, biex jinġabru l-fondi għal Maria Assunta Secondary School? Jista' jgħid hux se jingħata rendikont uffiċjali tal-flus li nġabru u jekk l-Ministru tax l-approvazzjoni għal dan? Jista' jgħid hux qed jittieħed in konsiderazzjoni li għadd ta' ġenituri ta' dawn l-istudenti qed ikomplu jintagħfsu finanzjarjament, minħabba dan it-tip ta' fund raising?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt attivita` li saret fl-iskola Maria Assumpta fit-18 ta' April, li għaliha kien mistieden Fabrizio Faniello, l-istudenti ġew mitluba jħallsu 50c biex jattendu x-show fejn kanta l-istess Fabrizio Faniello. Informat ukoll li għalkemm il-Kap ta' l-iskola ma tatx rendikont tal-flus li nġabru, dawn il-flus ser jintużaw għall-kiri ta' kostumi għar-rappreżentazzjoni f'jum il-premjazzjoni. Fil-kwadru tal-policy ġenerali li biha l-iskejjel qed ikollhom aktar awtonomija fit-tmexxija tagħhom, ma jirriżultax li dan kien każ fejn jinħtieġ permess mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Djar — Ta' Farsina - Lifts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx pjanijiet min-naħa tal-Gvern, li jiġu nstallati lifts fi blokki ta' appartamenti tal-gvern, tip f'Ta' Farsina, Qormi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent l-Awtorita' tad-Djar qegħda tipproċessa l-applikazzjoni li rċeviet taħt l-Iskema V - Skema ta' Installazzjoni ta' 'Lifts' fi Blokki/Entraturi Residenzjali li huma Proprjeta' tal-Gvern - li tkopri il-lokalitajiet tal-Cottonera, Kalkara, Floriana u Valletta u f'dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex li fihom tgħix xi persuna b'diżabilita' ta' mobilta'. Hemm l-intenzjoni li l-quddiem l-Iskema tal-'lifts' ser tiġi estiża għall-lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex.

Djar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija l-proċedura tat-trasferimenti minn residenza għal oħra, fi proprjeta' tal-Gvern? X'inhija fil-każ ta' trasferiment bejn proprjeta' tal-gvern u oħra tal-privat? X'kondizzjonijiet hemm fiż-żewġ każi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-risposta għall-Mistoqsija Numru 15823 tingħata f'Seduta oħra.

Social workers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu f'Għawdex, fid-dipartimenti differenti, dipartiment dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fit-Taqsima ta' Ħidma Soċjali f'Għawdex tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja hemm jaħdem "Registered Social Worker II" wieħed biss. Dan hu assistit minn sitt "Casual Welfare Officers".

Kummissjoni għar-Reviżjjoni tal-Liġijiet tal-Kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnha l-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Liġijiet tal-Kera? Għadha tiffunzjona? Jekk iva, x'rakkmandazzjonijiet għamlet lill-gvern? Xi pjanijiet għandu l-gvern dwar ir-rakkmandazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iċ-Chairman ta' din il-Kummissjoni nfurmani li l-Kummissjoni lestiet id-diskussjonijiet tagħha u huwa qiegħed fil-proċess li jħejji r-rapport finali. Malli dan ir-rapport jitlesta, u jiġi ppreżentat lili, isir il-proċess ta' evalwazzjoni tal-proposti li jkun fih.
Leg 9 PQ #15827 Sitting 287 2000-05-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Dealers tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dealers tal-karozzi għandhomx permessi li jipparkjaw il-karozzi għal bejgħ tagħhom fit-triq? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija ma' dawk li jiksru r-regoli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ipparkjar fit-triq ta` vetturi esposti għall-bejgħ, mhux permess. Fejn il-Pulizija tosserva jew ikollha rapporti li qed ikun hemm dan l-abbuż, jittieħdu kemm passi sabiex il-vetturi hekk esposti jitneħħew kif ukoll jittieħdu proċeduri bil-Qorti kontra l-persuna li tkun wettqet dan l-abbuż.
Leg 9 PQ #168 Sitting 286 2000-05-03 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar l-Impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhi komposta l-kummissjoni dwar l-impjiegi? Kemm ilhom fil-ħatra ċ-chairman u l-membri ta' l-istess kummissjoni? Meta jagħlaq it-term taċ-chairman u tal-membri?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nixtieq ninfurma lill-Onorevoli Membru li skond l-Artiklu 120 (1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta l-Kummissjoni dwar l-Impjiegi hi komposta minn “Chairman” u erba membri. Dawn jinħatru mill-President ta’ Malta skond il-provvedimenti ta’ l-Artiklu 120 (3) tal-Kostituzzjoni. Peress li t-terminu ta’ tlett snin tal-Kummissjoni preċedenti għalaq fid-29 ta’ Frar, 2000 qed jittieħdu passi fosthom konsultazzjoni mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, sabiex terġa’ tinħatar Kummissjoni dwar l-Impjiegi.
Leg 9 PQ #15816 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qormi — Tindif ta' widien

Question

Peress li illi mit-2 ta' Awissu, 1999 li għamilt mistoqsija parlamentari dwar it-tindif ta' widien f'Ħal Qormi, proprju qabel beda l-istaġun tax-xita, u sal-lum għad m'għandhiex tweġiba adegwata minkejja li għamilt erba' mistoqsijiet b'kollox (W73, 9838, 11322 u 15553) u kważi kull darba t-tweġibiet għaddewni mingħand Qajfas għal għand Pilatu, qed nistaqsi lilek biex almenu tindikali lil min ħatar responsabbli ta' din il-materja li għal raħal bħal Ħal Qormi hija importantissima, speċjalment wara staġun tax-xita qalila li għadna kif għaddejna minnu u li b'konsegwena tiegħu l-istat ta' ċerti widien f'Ħal Qormi kompla jidditerjora bil-kbir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 15553 fil-11 ta' April 2000.

Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma fil-Welfare

Question

Peress li mill-interim report imħejji mill-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma fil-Welfare, jidher li ġew analizzati dawn ir-rapporti u/jew dokumenti: Towards sustainable welfare programmes and pensions in Malta - Delia E.P. Social security in Malta. A Synopsis - Department of Social Security The Pensions dilemma - KPMG Averting the Pensions Crisis - The case of Malta - MCED Committee Pension Provision in Malta - Watson Wyatt, Worldwide u Averting the Old Age Cris - World Bank Pubblikazzjonijiet oħra; Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti u/jew dokumenti li din il-kummissjoni analizzat fil-proċess tax-xogħol li għamlet, biex wasslet għal interim report li ġie ppubblikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq San Edwardu - Dar għall-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill-idea li tinbena dar għall-anzjani fuq art tal-Knisja, fi Triq San Edwardu, wara l-health centre f'Ħal Qormi? Din l-art għadha available jew inbiegħet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani ma jaf bl-ebda idea dwar dar għall-anzjani fuq art tal-Knisja fi Triq San Dwardu, Ħal-Qormi.

Maltacom — Exchange fiż-Żejtun

Question

Jaf il-Ministru li l-ħaddiema tal-Maltacom fl-exchange taż-Żejtun m'għandhomx apparat biżżejjed biex jaħdmu f'ċertu għoli ta', per eżempju, żewġ sulari? Dan għaliex? Din is-sitwazzjoni se tibqa' hekk? Jekk le, kif se tiġi rrimedjata, biex ma jibqgħux ibatu l-klijenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Bormla — Triq id-Dejqa - Wire ta' l-elettriku

Question

Peress li hemm wire ta' l-elettriku li jagħti servizz lil residenti fi Triq id-Dejqa, Bormla li huwa msewwi bit-tape, bil-konsegwenza li jixxokkja u li huwa ta' periklu partikolarment għar-residenti li l-indirizz tagħhom qed jintbagħat separatament, x'se tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta, biex tneħħi dan il-periklu immedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' housing soċjali, tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu separatament, li qed tgħix f'post li fl-1991 ġie kkundannat u li ġie mogħti lill-istess persuna, mill-Housing Department fl-1995, bil-konsegwenza li jkollha tgħix f'periklu kontinwu għal ħajjitha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-risposta għall-Mistoqsija Numru 15821 tingħata f'Seduta oħra.

Anzjani — Home helpers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13950 u t-tweġiba, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm (numru) ta' każi ġew irrapportati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ jiġi ttrattat fuq il-mertu ndividwali tiegħu u għalhekk kull informazzjoni tinsab fil-"personal file" ta' l-individwu.

SVDP — Social workers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm suppost ikun il-complement ta' social workers li jaħdmu ma' l-anzjani f'St Vincent de Paule u fir-residential homes l-oħra tal-gvern? Ir-residential homes privati għall-anzjani għandhom is-servizzi ta' social worker available għar-residenti tagħhom? X'qiegħed jagħmel il-gvern biex jara li dan is-servizz jingħata b'mod effiċjenti, kemm fir-residential homes tal-gvern, kif ukoll f'dawk privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġibiet li kienu ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 13951 u 14418 fejn kien ġie spjegat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani għandu pool ċentrali ta' Social Workers li jindirizzaw kull każ li jiġi referut u li jirrigwarda lil xi persuna anzjana. Għaldaqstant m'hemm ebda social worker tad-Dipartiment li hu assenjat speċifikament għal xi ċentru residenzjali ta' l-istat jew privat.
Leg 9 PQ #15812 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Safety Equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fir-rigward tal-wasla tas-safety equipmemnt għall-ħaddiema fit-taqsima tad-drenaġġ, minn wara t-tagħrif li ta permezz tat-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari numru 14144, fit-28 ta' Frar, 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Wara li ġie identifikat eżatt il-kwalita' ta' 'safety equipment' meħtieġ u adattat għad-Dipartiment tad-Drenaġġ, u wara li ġew deċiżi l-kwantitajiet, qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi f'dan ir-rigward.

Anzjani — Head of homes

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13947 li għamilt fl-14 ta' Frar, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-kriterji li ser jiġu kkunsidrati u l-ordni ta' prijorita' huma: Related Knowledge - 30 Relevant Experience - 25 Leadership Abilities - 20 Qualifications - 15 Personal Qualities - 10 Total - 100 marks Pass - 50 marks

SVDP — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13949 li għamilt fl-14 ta' Frar, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterji li jitqiesu biex anzjani jidħlu f'San Vinċenz de Paule huma hekk: i. dawk li m'għandhomx "carers"; ii. każi soċjali li qed jokkupaw sodod fl-Isptar ta' San Luqa; iii. persuni fil-komunita' li t-tobba jew "Social Workers" jindikaw li huma każi ta' urġenza; iv. persuni li għandhom aktar minn 75 sena; v. każi li l-Bord ta' l-Ammissjoni jiddikjara li l-każ huwa ġenwin u jirrikjedi ammissjoni urġenti. Il-kriterji li jitqiesu biex anzjani jidħlu f'id-Djar Residenzjali huma hekk: i. persuni li jkollhom 'l fuq minn 60 sena. Prijorita' tingħata lil dawk li għandhom eta' avvanzata; ii. "Homeless" (meta ma jkunx hemm alternattiva oħra); iii. kundizzjonijiet mediċi u/jew soċjali li jqiegħdu l-applikant fi stat ta' riskju; iv. meta l-applikant ikollu ftit jew xejn "caring support" u/jew meta l-"carers" ma jistgħux ikomplu jieħdu ħsieb l-applikant; v. kundizzjoni tad-dar ta' l-applikant tkun fi stat perikoluż jew "substandard". Il-kriterji li jitqiesu biex anzjani jingħataw is-servizz tal-"Home Help" huma hekk: i. persuni li jkollhom 'l fuq minn 60 sena. Prijorita' tingħata lill dawk li għandhom eta' ta' 85 il fuq; ii. persuni li jgħixu waħedhom; iii. persuni li m'għandhomx "support" adegwat tal-familja; iv. persuni b'diżabilita' u persuni b'mard terminali (cancer). Il-"waiting lists" huma hekk: San Vinċenz de Paule 490 Djar Residenzjali 699 Servizz tal-"Home Help" 92
Leg 9 PQ #15815 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qormi - Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, wara l-Hockey club, ma jibqax isir parking ta' heavy vehicles mal-bankina ta' djar residenzjali li jlaħħqu sal-gallariji tagħhom, b'riskju għas-sigurta' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7672.

Qormi — Traffic lights

Question

Peress li kważi sena ilu permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 6945, il-Ministru wieġeb li t-traffic lights li kienu ġew approvati xhur qabel biex jitwaħħlu f'Mdina Road u fi Manwel Dimech, Qormi se jitwaħħlu meta jitlesta l-proġett ta' Mdina Road, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi indirizzata l-problema tas-sigurta' ta' min jaqsam dawn it-toroq, anke jekk b'miżuri proviżorji, sakemm jitlesta kompletament dan il-proġett, biex imbagħad meta dan jitlesta jsir ix-xogħol kollu li hemm bżonn biex jitnaqqsu r-riskji kbar li n-nies li jiġu bżonn jaqsmu dawn it-toroq, iħabbtu wiċċhom magħhom ta' kuljum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14902.