B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6809, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru mill-korp ikkonċernat imsemmi fit-tweġiba 6809 minn Mejju 1999 'l hawn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 6809.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15823?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-bdil ta' postijiet mill-inkwilini. L-ewwelnett irrid ngħid li l-proċedura tad-Dipartiment hija li ebda inkwilin ma jista' jibdel il-post qabel ma jagħddu tlett snin mid-data tal-allokazzjoni ħlief f'każijiet fejn ikun hemm ċirkostanzi speċjali. Meta issirlu t-talba għall-bdil, id-Dipartiment jinvestiga jekk min għamel it-talba hux l-inkwilin legali, jekk akkwistax xi post ieħor, u jekk hux qed jagħmel it-talba b'xi skop li jagħmel qligħ mill-bdil mitlub. Tibdil ta' postijiet isiru biss meta d-Dipartiment ikun konvint li dan l-istess bdil huwa ġenwin kif ukoll qed isir bi bżonn. Barra dan, ma jsir ebda tibdil f'postijiet privati ħlief f'postijiet li huma koperti b'ordni ta' rekwiżizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Durer, Ħ'Attard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-impjegati kollha, nklużi l-Field Service Section, hekk kif tgħaddi l-Legal Notice fejn tiddikjara li l-HSEB ġiet xolta? X'qed isir fl-interess ta' l-impjegati taċ-Ċivil u dawk tal-Field Service Station?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nigbed l-attenzjoni ta' l-Onor Membru ghall-provvedimenti tas-subartikolu (3) taż l-Artikolu 6 ta' l-Att ta' l-1999 dwar Servizzi ta' l-Ivvjaggar u tat-Turizmu ghal Malta. Dawk l-impjegati tal-H.C.E.B li jew jaghzlu li ma jaccettawx impjieg ma' l-Awtorita jew li ma jintghazlux biex jiffurmaw parti minnha, jinzammu fid-Dipartiment tat-Turizmu jew jigu trasferiti f'Dipartimenti ohra tal-Gvern u jinstabilhom xoghol alternattiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żgħażagħ b'diżabilita' li huma ta' l-eta' li jmorru fl-Adult Training Centres, hux se jintbagħtu din is-sena f'dawn iċ-ċentri? Jekk le għaliex u x'se jsir minn dawn iż-żgħażagħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tweġiba għal din il-Mistoqsija tinsab fir-risposta mogħtija lill-Mistoqsija Parlamentari Numru 16830.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiżdiedu l-patrols tal-pulizija f'Ħal Qormi, partikolarment fl-areas ta' Triq il-Kus, Triq it-Tin u Misraħ iż-Żebbuġ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda kemm fl-akwati tat-triq imsemmija kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa urġenti dwar il-ġrieden kbar li hemm partikolarment fl-area tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Ta' Farsina, Qormi, minħabba l-ambjent u s-saħħa tan-nies tal-post in ġenerali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tas-sezzjoni tal-'Pest Control', tad-Dipartiment tas-Saħħa ħadu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi kkontrollata l-problema, partikolarment fl-area ndikata tal-blokki ta` appartamenti tal-gvern f'Ta` Farsina, Qormi. Din is-sena, fit-23 ta` Marzu, kien sar trattament ta` tqegħid ta` velenu, kif sar illum 14 ta` Ġunju, fl-istess lok kif indikat. Il-problema ser tibqa żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 15819?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-gangs kollha fl-Exchange taz-Zejtun ghandhom slielem ta` 20 u 30 pied. Haddiema li jahdmu wahedhom, maghrufa bhala `singleton workers`, ghandhom struzzjonijiet biex ma jitilghux zewg sulari izda jitolbu l-ghajnuna ta` `singleton worker` iehor.
Fejn sellum ta` 30 pied ma jkunx adegwat ghax-xoghol li jkun irid isir, il-Maltacom tikri tower ladder.
Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija numru 15819, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant taghti dettalji dwar klijenti tal-Maltacom li qed ibatu minhabba l-allegat nuqqas ta` apparat sabiex il-Maltacom taghmel l-investigazzjonijiet mehtiega.
B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 332 u 345 tas-17 ta' Diċembru, 1998: jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif għall-perijodu 1998 sa 1999, sena b'sena dwar: in-numru ta' benefiċċjarji u kemm kienu jammontaw f'termini ta' flus; u kull benefiċċju (pensjoni/benefiċċju/assistenza) kemm kontributorju kif ukoll mhux kontributorja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li koppja li tkun se tiżżewweġ u tixtri post li jkun inbena wara l-1960 ma jkollux dritt għar-rifużjoni tal-VAT fuq l-ispejjeż li jagħmel? Jekk huwa minnu, ma jidhirlux li: (a) dan l-aġir qed inaqqas l-interess taż-żgħażagħ li jixtru postijiet qodma u jirranġawhom; u (b) qed jiżdied il-piż enormi li jkollhom iġorru dawn iż-żgħażagħ?
Għaldaqstant ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li: (c) qiegħda tinħoloq diskriminazzjoni ma' dawn iż-żgħażagħ meta wieħed iqis li meta l-gvern ibigħ residenza shell lil koppji għarajjes dawn ix-xerrejja żgħażagħ huwa stess jagħtihom id-dritt għal rifużjoni tal-VAT?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Iskema ta' rimborż sa massimu ta Lm 3,000 tal-VAT imħallsa fuq xogħlijiet li jsiru fuq l-ewwel dar ta' abitazzjoni, li nbnew l-1960, hi ntiża biex tħajjar nies jixtru u jmorru jgħixu fi djar qodma. Fil-każijiet l-oħra elenkati fl-Iskem relattiva, l-ammont massimu ta' rifużjoni hu ta' Lm 2,500.
Il-kondizzjoni dwar is-sena speċifika msemmija kienet hemm fil-Att ta' l-1995 dwar sussidju tad-djar fuq taxxa tal-valur miżjud imħallas fuq l-ewwel dar ta' abitazzjoni kif ukoll fl-Att ta' l-1997 dwar sussidju fuq djar fuq taxxa tas-SISA imħallsa fuq l-ewwel dar ta' abitazzjoni.
Il-fondi għal din l-iskem jiħarġu mill-VAT Office. L-Awtorita' tad-Djar hi l-operatur tagħha. Il-kondizzjonijiet ta' l-Iskema ġew maqbula bejn il-VAT Office u l-Awtorita' tad-Djar.
B'riferenza għall-avviż nru. 31/2000 għall-bini ta' sistema għall-ilma tax-xita fi Triq Ħal Qormi, Ħal Qormi, li deher fil-gazzetta tal-gvern nru.16922 datata 14 ta' Marzu, 2000, jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur magħżul u x'inhu ż-żmien li ġie marbut bih biex ilesti dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan il-kuntratt ingħata lid-ditta Polidano Brothers Limited fil-25 ta' April 2000. Ix-xogħol irid jitlesta fi żmien erba' ġimgħat minn meta jingħataw il-permessi mid-Dipartimenti l-oħra konċernati.
Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ġew mgħajta għal interviews ħaddiema għal ingaġġ ieħor mal-Gozo Channel? Xi kwalifiki kellhom bżonn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ħaddiema li ġew mgħajta għal interviews għal ingaġġ mal-Gozo Channel ġew magħżula mill-listi li kienu ngħataw lill-Kumpanija mill-ETC fl-Lulju u Awissu tal-1999, u li minnhom diġa' kienu mpjegati ħaddiema oħra f'Diċembru li għadda. Dan sar bl-approvazzjoni tal-ETC.
Il-kwalifiki li kellhom bżonn ġew stabiliti fuq kriterji magħmula mill-Kumpanija għal gradi konċernati, ċioe` Seamen, Terminal Assistant u Handymen/Chippies.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Control Board qattx għamel xi rakkomandazzjonijiet dwar il-limitazzjonijiet tas-sewqan f'Ħal Qormi? Jekk iva, dawn x'inhuma? Min għandu r-responsabilita' li jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għamel diversi rakkomandazjonijiet dwar il-limitazjonijiet tas-sewqan f`Ħal Qormi.
Fost dawn wieħed irid isemmi s-sinjali ta` limitazjonijiet ta` `speed` fit-toroq kollha li jagħtu għaċ-ċentru.
L-`enforcement` ta` `speed limit` huwa tal-Pulizija.
Traffic Control Board — Ħal Qormi - Triq il-Ħelsien
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Control Board għamilx ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar sistema ta' Traffic Management fi Triq il-Ħelsien f'Ħal Qormi? Jekk iva, x'inhuma? Min għandu jara li dawn jiġu mplimentati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kien irrakkomanda li jsiru żewġ `pedestrian crossings` u diversi sinjali ta` limitazjoni ta` `speed` fi Triq il-Ħelsien.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir eżami għall-uffiċjal eżekuttiv fis-Servizz Pubbliku (minn barra u/jew minn ġewwa) meta wieħed iqis li dan ilu ma jsir għal xi tmien snin, u meta f'dawn l-aħħar snin perjodikament saru eżamijiet kemm għal skrivani, principals kif ukoll senior principals?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, 322 Clerk ser jingħataw il-ħatra ta' Executive Officers fuq il-bażi li għandhom tmien snin servizz, skond kif jipprovdi l-Ftehim tar-Riklassifikazzjoni tal-General Service Grades u dawn ser itellgħu n-numru ta' uffiċjali fil-grad ta' Executive Officers għal total ta' 850.
Matul l-istess sena, l-ebda Executive Officer mhu ser ikun eliġibbli sabiex jilħaq Assistant Principal.
Għaldaqstant għalissa m'hemmx l-intenzjoni li jsir eżami għal Executive Officers.
Peress li mill-interim report imħejji mill-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma fil-Welfare, jidher li ġew analizzati dawn ir-rapporti u/jew dokumenti:
Towards sustainable welfare programmes and pensions in Malta - Delia E.P.
Social security in Malta. A Synopsis - Department of Social Security
The Pensions dilemma - KPMG
Averting the Pensions Crisis - The case of Malta - MCED Committee
Pension Provision in Malta - Watson Wyatt, Worldwide u
Averting the Old Age Cris - World Bank
Pubblikazzjonijiet oħra;
Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti u/jew dokumenti li din il-kummissjoni analizzat fil-proċess tax-xogħol li għamlet, biex wasslet għal interim report li ġie ppubblikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport "Social Security in Malta - A Synopsis - Department of Social Security". Id-dokumenti l-oħra huma pubbliċi.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-kontijiet li rċeviet il-familja li d-dettalji u l-kontijiet tagħha qed jintbagħtu separatament, żdiedu b'mod inkredibbli minkejja li suppost li dawn raħsu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kont ta` l-ilma bl-ammont ta` Lm66.12c gie rivedut minhabba kreditu ta` Lm60.89c u gie mitlub ihallas Lm5.23c li kien ikopri wkoll il-kera ta` l-arloggi.
Il-konsum tad-dawl registrat fl-istess perjodu kien ikkonfermat bil-qari ta` wara u ghalhekk m`hemmx kaz ta` revizjoni. Ta` min jinnota li l-konsum tad-dawl ghall-perjodu matul l-1996 u l-1997 kien ukoll gholi.
Il-Korporazzjoni Enemalta giet mitluba taghmel `test` fuq l-arlogg tad-dawl.
Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija, u kif diga wegibt f`mistoqsijiet ohra, it-tariffi tad-dawl u ta` l-ilma naqsu b`mod sostanzjali fuq dawk li kien introduca l-Gvern precedenti. Tajjeb wiehed jghid li, li kieku l-Gvern prezenti ma ghamilx din ir-revizjoni l-isfel, kieku tassew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu jisplodu l`fuq.
Jista' l-Ministru jgħid x'policy qed taddotta l-Planning Authority rigward it-twaqqigħ ta' strutturi bla permess fl-area Ta' Farsina, f'Ħal Qormi?
Wara li riċentement twaqqgħu xi strutturi jista' wieħed jassumi li kulħadd għandu l-permessi meħtieġa?
Ma jaħsibx l-Ministru li hemm każijiet fejn ċerti inzijattivi li ttieħdu minn residenti taw dehra aħjar tal-post u allura jista' jiġi kkonsidrat li jiġu mogħtija ċ-ċans li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom mal-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-area in kwistjoni, l-Awtorita` qed taġixxi bl-istess mod kif qed tagħmel fuq postijiet oħra, jiġifieri li tinnotifika lil min huwa responsabbli għal żvilupp bla permess b`Enforcement Notice skond l-artikolu 51 u 52 ta` l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp.
Dawn l-individwi jiġu avżati sabiex ireġġgħu s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu fiż-żmien li jkun speċifikat fl-Enforcement Notice. F`ċerti każi, bħal ma ġara f`Ta` Farsina, ikun hemm min jikkopera ma` l-Awtorita` u jneħħi huwa stess l-iżvilupp illegli. Mill-banda l-oħra jkun hemm ukoll min juża dritt tiegħu skond il-liġi billi jappella mill-avviż jew japplika sabiex jottjeni il-permess. Minħabba din ir-raġuni, il-bini li jkun suġġett għall-azzjoni ta` infurzar, jitħalla fuq il-post sa ma jiġi konkluż il-każ fl-appell jew l-applikazzjoni tiġi deċiża.
L-Awtorita` tinsisti illi kwalunkwe żvilupp li jirrekjedi permess skond l-artikolu 30 ta` l-Att għandu jkun kopert bil-permessi meħtieġa. Għaldaqstant kull min irid li jagħmel tali żvilupp, anke sabiex isebbaħ il-post, għandu jissottometti talba uffiċjali permezz t`applikazzjoni. Ikun hekk biss li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tkun tista` tikkonsidra jekk jistax jibqa l-iżvilupp jew inkella jekk jitneħħiex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jista' jsir biex wieħed ikun jaf jekk il-Public Service Commission imxietx b'mod ġust f'xi ħatra partikolari, speċjalment f'każ ta' ħatra ta' kap ta' dipartiment?
X'passi jieħu l-Prim Ministru jekk l-affarijiet ma jkunux saru sew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħall-kummissjonijiet l-oħra mwaqqfa mill-Kostituzzjoni, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qiegħda hemm preċiżament biex tara li l-ħatriet fis-servizz pubbliku jsiru b'mod ġust. Għaldaqstant mhux il-każ li wieħed joqgħod jiddubita wkoll mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.