Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Servizz ta' facilitators għal tfal neqsin mis-smiegħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex m'hemmx facilitators għal ma' tfal neqsin mis-smiegħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-edukazzjoni ta' tfal neqsin mis-smiegħ titlob li dawn jirċievu t-tagħlim tagħhom taħt is-sistema inklussiva b'appoġġ minn għalliema mħarrġa għal ta' l-apposta li jiffurmaw parti mis-servizzi peripatetiċi. Għal daqstant sakemm dawn l-istess tfal ma jkollhomx kondizzjonijiet oħra fiżiċi jew mentali ma għandhomx bżonn għajnuna ta' facilitators.

Apprentisti tar-restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-apprentisti tar-restawr (heritage skills) wara li d-dipartiment iwaqqafhom meta jispiċċa ż-żmien ta' l-apprentistat? X'siewi għandu l-kors u x-xogħol li qed jagħmlu, meta employers privati f'dan il-qasam ma tantx hawn u dawk li hawn jidher li mhux qed iqisu l-kors bħala neċessarju biex jimpjegaw nies imħarrġa f'dan il-qasam magħhom? Għaliex wara wegħdi li saru mill-MCR li lesti jisponsorjaw u eventwalment jimpjegaw lil dawn l-apprentisti, issa lanqas biss sponsorjaw? Għaliex flok sponsor saret skema ta' part-time għal dawk li huma bla sponsor u li skond l-ETC tmur kontra r-regola ta' l-apprentistat u se jispiċċaw bla stipendju u mingħajr journeyman certificate? Rigward dawk l-istudenti li ġew sponsorjati mill-works division kif l-apprentistat tagħhom minn sena ġie sentejn, meta suppost wara li tintemm l-ewwel sena ta' l-apprentistat, jinstab impjieg u wara li jintemm il-kors ikollhom impjieg lest bħalma ġara ma' dawk l-istudenti li daħlu erba' snin ilu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-kors hu ta' siwi kbir peress li jeħtieġ li l-ħaddiem ngaġġati fis-settur tar-restawr ikunu mgħallma kif għandu jsir ix-xogħol skond is-sengħa u x-xjenza tar-restawr u peress li jekk ma jkunux mgħallma sew tista' ssir ħsara irreparabbli lill-wirt Kulturali Malti. Informat ukoll li l-korsijiet huma meqjusa biex iwasslu l-istudenti għal-grad differenti fil-livell vokazzjonali kif issa huwa meħtieġ mill-artiklu 39 tal-Liġi fuq il-Wirt Kulturali. Hu mistenni li l-employers kollha li jaħdmu f'dan is-settur ser ikollhom jiżguraw li l-ħaddiema tagħhom, kemm ġodda kif ukoll dawk eżistenti ikunu mħarrġa għal livell meħtieġ li jkun ukoll mfassal skond il-kriterji tal-Malta Professional and Vocational Qualifications 2000. L-MCR fl-ebda stadju ma wegħdet xi sponsojar u/jew l-eventwalita' ta' mpjieg ta' xi apprendisti. Biss, grazzi għall-proġetti ta' restawr kkuntrattati lill-MCR din setgħet tisponsorja numru ta' studenti u wkoll timpjega numru ta' ex-studenti u ex-apprendisti fuq bażi ta' żmien definit. L-isponsorjar ta' l-apprendisti dejjem isir wara li jiġi evalwat ix-xogħol u proġetti li jkollu u/jew li se jkollu l-MCR vis a viz mal-qagħda finanzjarja ta' l-istess entita'. Bi ftehim ma' l-ETC, l-unika skema li saret kienet dik fejn ġew ingaġġati studenti bħala "summer workers" għal żmien stipulat. Nitlob lil Onorevoli Membru biex tispeċifika għall-liema dipartiment qiegħda tirreferi meta tgħid "wara d-dipartiment iwaqqafhom meta jispiċċa ż-żmien ta' l-apprentisdat?" Nitlob ukoll lil Onorevoli Membru biex tindirizza il-parti tal-mistoqsija fejn tirrigwarda l-Works Division lill-Ministru kkonċernat.

SVPR — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-ħlas tas-sahra lill-ħaddiema tal-General Service, Health Assistants u Assistant Care Workers mhux isir skond il-grad tagħhom fir-residenza San Vinċenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-allegazzjoni tal-Onor. Interpellant hija skorretta għax il-ħaddiema li jagħmlu l-overtime fil-post tax-xogħol fejn jaħdmu, jitħallsu skond il-grad tagħhom.

Impjiegi — Liġi dwar relazzjonijiet industrijali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pariri legali ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika dwar kuntratti definiti meta hemm xi employers li qed jabbużaw minn dawn it-tip ta' kuntratti għal skopijiet tagħhom biex jaħarbu mill-obbligi tal-liġi dwar relazzjonijiet industrijali billi lill-istess impjegat joqogħdu jagħtuh kuntratt definittiv ripetutament?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kwestjoni hi regolata mill-avviż legali numru 429/2002 li jirregola l-kuntratt ta' servizz għal terminu ta' żmien fiss. Dan l-avviż legali jipprovdi qafas legislattiv biex jindirizza abbużi li jista' jkun hemm fit-tiġdid suċċessiv ta' kuntratti definiti.

Persuni b'Diżabilita' — Użu minn Wheelchairs

Question

Tista' il-Ministru tgħid dwar il-persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu minn wheelchair, kemm hemm vetturi tad-dipartiment li jagħtu servizz lil dawn il-persuni biex jattendu f'dawn il-postijiet, i.e. ATCs, resource centres, etc.? Kemm hemm persuni li jagħmlu użu minn wheelchair u li jagħmlu użu minn dawn il-vetturi tad-dipartiment? Kemm hu l-ammont ta' flus li qed jiswew lid-dipartiment dawn il-vetturi speċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Ċentri għal persuni b'diżabilita'

Question

Kull ċentru li jilqa' fih lill-persuni b'diżabilita', tista' il-Ministru tgħid x'servizz ta' trasport juża biex iwassal lil dawn il-persuni mid-dar għaċ-ċentru u lura? Kemm hu l-ammont ta' flus imħallsa mid-dipartiment lill-mini buses għas-servizz li jagħtu lil dawn il-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistqosija tagħha lill-Ministru konċernat.

Persuni b'Diżabilita' — Kiri ta' Vetturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid dwar is-servizzi l-oħra ta' trasport mikrija mid-dipartiment biex jagħtu servizz lill-persuni b'diżabilita' li jattendu fl-ATCs, resource centres, eċċ., kemm hemm vetturi mikrija mid-dipartiment biex jagħtu servizz lil dawn il-persuni? X'inhu n-numru ta' persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu minn dan is-servizz? Kemm hu l-ammont ta' flus li qed jiswew lid-dipartiment ta' kull sena dawn il-vetturi mikrija? Matul il-jum dan is-servizz jibqa' disponibbli għall-klijenti? Jekk iva, isir aktar ħlas għal dan is-servizz? Jekk le, id-dipartiment jikkonsidra xi sistemi oħra li bihom ikun jista' jiffranka l-flus filwaqt li jkollu dan is-servizz disponibbli l-jum kollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Ħamrun — Skola sekondarja Maria Assunta

Question

Jisa' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-kwantita' ta' ġrieden u toilets maħmuġin li hemm fl-iskola sekondarja ta' Maria Assunta u x'qed isir biex jingħelbu dawn il-problemi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ittieħdu u qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa dwar iġene u indafa u li s-sitwazzjoni mhix kif deskritta mill-Onor. Membru.

Persuni b'Diżabilita' — Support Living Division

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni nħolqot support division għal persuni b'diżabilita' u x'inhu r-rwol tiegħu? Kemm hemm persuni b'diżabilita' li qegħdin jagħmlu użu b'mod permanenti mid-djar residenzjali li jaqgħu taħt is-support division? Fejn jinsabu dawn id-djar u f'kull dar kemm hemm residenti? Tista' il-Ministru tagħti breakdown ta' kemm hemm ħaddiema impjegati mas-support living division u n-nomenklatura ta' kull impjegat, kemm full-time kif ukoll part-time, kif ukoll f'liema postijiet qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom kull wieħed minn dawn l-impjegati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Aġenzija Sapport, taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, twaqqfet bil-għan li tipprovdi servizzi residenzjali u fil-komunita' lill-persuni b'diżabilita'. Dawn is-servizzi jinkludu servizz ta' social work. Ix-xogħol ta' l-Aġenzija jindirizza l-problema tal-ġenituri ta' dawn il-persuni ta' ser jiġri minn uliedhom meta ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom aktar. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Adult Training Centres

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif inhi mibnija l-istruttura amministrattiva ta' l-ATC's? Kif inhi mibnija l-istruttura amministrattiva tas-Support?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istruttura amministrattiva ta' l-Aġenzija Sapport, taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, tikkonsisti minn Operations Director, Corporate Manager, Services Manager u clerk. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilita' nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Adult Training Centre — Steering Committee

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-funzjoni ta' l-iSteering Committee? Dan l-iSteering Committee huwa l-policy maker ta' l-ATC's? L-istess Steering Committee huwa wkol il-policy maker tas-Support? Min huma l-membri ta' l-iSteering Committee? Kemm-il darba jiltaqa' dan l-istess Steering Committee?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-funzjoni tal-Kumitat għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal-Persuni b'Diżabilita', twaqqaf fil-Ministeru għall-Politika Soċjali fl-2001. biex jiddiskuti u jagħti pariri dwar it-tmexxija u policies relatati ma' dan is-servizz. Għalkemm l-Aġenzija Sapport hi rappreżentata fuq dan il-kumitat, il-policies ta' din l-Aġenzija huma formulati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Harsien Soċjali, li taħta taqa' l-Aġenzija. Il-membri preżenti ta' dan il-Kumitat huma: Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Id-Direttur Eżekuttiv, Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita' Id-Direttur, Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' L-Assistent Direttur responsabbli miċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilita', Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' Id-Direttur, Implimentazzjoni ta' Programmi, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Il-Kap Eżekuttiv, Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali Il-Kap ta' l-Aġenzija Sapport Il-Kap tas-Segretarjat, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Ninsab infurmata li din is-sena dan il-Kumitat iltaqa' ħames darbiet.

Persuni b'Diżabilita' — Ċentri

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif inhi l-proċedura biex persuna b'diżabilita' tidħol fl-ATCs? X'inhuma l-kriterji u l-policies adotatti mid-dipartiment sabiex il-persuni b'diżabilita' jidħlu f'xi ATC jew post ieħor li għandu d-dipartiment? Min jiddeċiedi f'liema post minn tad-dipartiment (ATC, resource centres, eċċ.) dawn il-persuni b'diżabilita' jibdew jattendu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Persuni b'Diżabilita' — Support Living Division

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-proċeduri wżati mis-support living division sabiex persuni b'diżabilita' jidħlu residenti fid-djar u postijiet oħra tas-support? X'servizzi oħra toffri s-support living division?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-proċedura biex persuna tingħata servizz mill-Aġenzija Sapport hi li kull talba tiġi riferuta lit-taqsima tas-Social Work Services ta' l-Aġenzija biex issir home-visit bil-ħsieb li jsir assessment preliminari li jkopri l-ħtiġiet tal-persuna b'diżabilita' u l-familja tagħha, inkluż jekk il-persuna jkolliex bżonn ta' servizz residenzjali jew fil-komunita'. It-talba u l-assessment mis-social worker jitresqu quddiem Kumitat għall-Allokazzjoni tas-Servizzi (SAC). Dan il-Kumitat hu kompost minn manager li jirrappreżenta l-Aġenzija, professjonista li jaħdem fil-komunita', persuna b'diżabilita', ġenitur ta' persuna b'diżabilita' li jirrappreżenta persuni b'diżabilita' li ma jistgħux jirrappreżentaw lilhom infushom, u professjonista mir-Resource Team ta' l-Aġenzija. Il-funzjoni ta' dan il-Kumitat hu li jevalwa l-bżonnijiet tal-persuna konċernata u tal-familja tagħha u x'servizz għandu jingħata skond ir-riżorsi disponibbli. Il-Kumitat jikkunsidra wkoll il-possibilta' li jingħataw servizzi u jiġu segwiti programmi alternattivi li mhux bilfors huma provduti mill-Aġenzija. Meta persuna b'diżabilita' tidher quddiem il-Kumitat tiġi assistita mis-Social Worker ta' l-Aġenzija. Meta jiġi allokat servizz, il-persuna b'diżabilita' u l-familja tagħha jiltaqgħu ma' membru tar-Resource Services ta' l-Aġenzija biex jitfassal programm għall-għoti tas-servizz. Minbarra servizz residenzjali, l-Aġenzija toffri wkoll servizz ta' social work u sapport fil-komunita' għall-persuni b'diżabilita' u u l-familji tagħhom.

Adult Training Centre — Steering Committee

Question

Tista' il-Ministru tgħid min jirrappreżenta l-ATC's f'dan l-iSteering Committee? F'dan l-iSteering Committee hemm xi impjegati jew kapijiet li huma hands-on fix-xogħol fl-ATC's, Resource Centres, eċċ? Jekk iva, f'liema post minn dawn jaħdmu l-persuni konċernati? Jekk le, għaliex f'dan l-iSteering Committee m'hemm ħadd li huwa hands-on f'dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7789 f'din l-istess Seduta.

Adult training centres — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux veru li ċ-ċaqlieq tal-ħaddiema fl-ATC's (adult training centres) għandu jsir din is-sena? Jekk iva, għaliex dawn l-impjegati għadhom fl-għama u ma qed jiġu nformati b'xejn? Dawn il-ħaddiema jew rappreżentanti tagħhom se jiġu nvoluti minn qabel f'dan il-proċess? Dawn il-ħaddiema se jingħataw l-opportunita' li jagħżlu jekk għandhomx il-pjaċir li jidħlu fis-sistema l-ġdida jew jagħżlux li jibqgħu kif inhuma, jiġifieri ħaddiema taċ-ċivil?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Adult training centres — Ħaddiema

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma li l-Adult training centres (ATC's), cioe' l-impjegati li ġew ingaġġati maċ-ċivil bil-proċeduri kollha, se jgħaddu mas-Sapport taħt l-aġenzija Appoġġ? Jekk iva, dawn il-ħaddiema se jiġu kkonsultati qabel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.

Adult training centres — Ħaddiema

Question

Il-ftehim li sar bejn il-gvern u ż-żewġ unions, i.e. GWU u UĦM, għall-ħaddiema ta' l-Adult training centres għadu fis-seħħ? X'inhi l-proċedura li qegħda tiġi attwata għall-ingaġġ ta' l-impjegati u kemm ilha fis-seħħ din il-proċedura? L-impjegati li jissejħu support care workers kif ukoll gradi oħra bħal dawk ta' professjonisti li jaħdmu fl-ATC's jonoraw il-ftehim imsemmi hawn fuq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.

Ċentri għal Persuni b'Diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'Malta u f'Għawdex kemm hawn adult training centres, resource centres kif ukoll ċentri oħra relatati mal-persuni b'diżabilita'? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Fuq bażi individwali, x'inhi l-funzjoni ta' kull post minn dawn? F'kull wieħed minn dawn il-postijiet kemm jattendu persuni b'diżabilita'? Kemm hemm ħaddiema f'kull post minn dawn? Tista' il-Ministru tagħti lista (breakdown) ta' kemm hemm ħaddiema f'kull post minn dawn u n-nomenklaturi tagħhom, per eżempju, ċentru ta' (jissemma l-post) - numru ta' care workers, numru ta support workers, eċċ., inkluż min qed imexxi dawn il-postijiet, professjonisti u seniors oħrajn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.

Adult Training Centres — Studenti

Question

Din is-sena skolastika 2004/2005 studenti li spiċċaw mill-iskejjel jew persuni oħra b'diżabilita' se jiġu mdaħħla fl-ATC's? Jekk iva, tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u fejn se jibdew jattendu? Jekk le, x'inhi r-raġuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.

Adult Training Centres

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-vot allokat għall-ATC's u l-vot allokat għas-Support?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skond l-Estimi Finanzjarji għas-sena kurrenti, il-Voti rikkurrenti għall-ATCs u għall-Aġenzija Sapport jammontaw għal Lm1,227,150 u Lm270,000 rispettivament. Il-Voti Kapitali ta' l-ATCs huma Lm40,000 u dawk ta' l-Aġenzija Sapport huma Lm30,000.