Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18645 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz ta' Inkonstinenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefaq flus il-gvern fis-servizz ta' inkontinenza fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kif jikkompara l-infiq as-servizz ma' dak ta' l-ewwel sitt xhur tas-sena 1999?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #18653 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nutara - Kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru kuntratti min-Nutar tal-Gvern f'Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena 2000? Kif jikkompara n-numru ta' kuntratti ma' dak li sar sa l-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li flewwel sitt xhur ta' din issena saru tliet kuntratti minnutar talGvern f'Għawdex. Flistess perjodu tassena loħra ma ġie ppubblikat ebda kuntratt
Leg 9 PQ #18657 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajnsielem - Day Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' klijenti li qegħdin jibbenefikaw bħalissa mis-servizz tad-day centre f'Għajnsielem, Għawdex bħala average minn jum għal jum li fih jattendu? X'sussidji ta l-gvern bħala flus u bħala personnel u servizzi biex dan is-servizz baqa' jinżamm? Kemm ħareġ flus il-gvern bħala ammont globali minn meta beda jingħata dan is-servizz sa l-aħħar ta' Ġunju, 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ħallasx il-liċenzji tal-karozzi għal Belt ta' l-istaff tal-ministeru? Jekk iva, ta' min bid-dettalji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tħallset l-ebda liċenzja għall-Belt għall-karozzi ta' l-istaff tal-Ministeru.
Leg 9 PQ #18051 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet governattivi — Salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u l-perks eċċ li jingħataw liċ-chairman ta' l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet oħra mal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar chairmen ta' awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Dipartmenti — Operations review

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-operations review li saret għad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Aktar kmieni din is-sena, il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ikkommissjona studju dwar l-istrutturi meħtieġa sabiex tiġi żviluppata funzjoni effettiva ta' "market surveillance" fi ħdan l-istess Ministeru. L-għan ewlieni huwa dak li tissaħħaħ il-kapaċita' tal-Gvern li jiggarantixxi ħarsien f'waqtu lill-konsumatur Malti permezz ta' analiżi sistematika tal-kwalita' tal-prodotti fuq is-suq. Mill-bidu ta' dan l-istudju, inħass il-bżonn li dan l-eżerċizzju jiġi inkwadrat fil-kuntest tal-funzjonijiet l-oħra tal-Ministeru u bħala parti minn analiżi aktar wiesgħa ta' l-istrutturi l-oħra meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn il-funzjonijiet kollha b'mod integrat u mingħajr duplikazzjoni ta' riżorsi. Kien għalhekk li dan l-istudju ingħata format ta' "operations review" fejn qed jii mfassal qafas ġdid għall-organizzazzjoni tal-Ministeru kollu kemm hu, bid-dipartimenti kollha u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu. Dan il-qafas ta' organizzazzjoni għadu fi stadju ta' diskussjoni interna u għalhekk mhux il-waqt li kopja ta' dan ir-rapport titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17799 Sitting 342 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Radju FM Bronja

Question

Filwaqt li wieħed japprezza l-kontenut u l-kontribut u l-kultura li jiddissemina lis-semmiegħa tiegħu Radju FM Bronja, jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-istazzjoni bħala ħlasijiet lill-kontributuri tiegħu matul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li nemmen bis-sħiħ f'servizz ta' xandir pubbliku bħal dak li jagħti Radju FM Bronja li, fil-fehma tiegħi għandna nsaħħuħ u ntejjbuh biex jiġbed udjenza aktar popolari, ninsab informat li l-ħlasijiet lill-kontributuri ta' Radju Bronja matul is-sena 1999 ammontaw għal Lm14,732.70.
Leg 9 PQ #17800 Sitting 342 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Kunsill Lokali — Gwardjani privati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 13741 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għal avviż għal għanijiet ta' l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali "Att Numru XIII ta' l-1996" Numru 898 maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 16,878 bid-data ta' 26 ta' Novembru 1999, paġna 8366, għaliex il-lista ta' l-applikazzjonijiet li rċieva l-Kummissarju tal-Pulizija, skond Artikoli 7 u 8 ta' l-Att ta' l-1996 dwar il-Gwardjani Privati u Lokali, ma ġietx stampata kif attwalment jindika l-avviż imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti din il-lista ta' l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kull applikazzjoni li saret mal-Pulizija għal liċenzji ta` Gwardjani Lokali, Gwardjani Privati, kif ukoll Aġenziji ta` Gwardjani Lokali jew Gwardjani Privati, ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern skond kif titlob il-liġi. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor. Interpellanti tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni.
Leg 9 PQ #17787 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Kummissjoni dwar Dixxiplina

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir monitoring ħalli jkun magħruf sewwa kif qegħdin jaħdmu r-regolamenti l-ġodda tad-dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ntrodotti mill-1 ta' Frar, 2000? Jekk fl-affermattiv, jista jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport preliminari dwar ħidma bħal din għall-ewwel erba' xhur (Frar-Mejju)?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat illi wara l-pubblikazzjoni tar-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina) saru u għadhom qed isiru diversi sessjonijiet ta' taħriġ kemm għall-Kapijiet tad-Dipartimenti kif ukoll għall-uffiċjali ogħlja dwar kif ir-Regolamenti għandhom jiġu mħaddma. Saru wkoll diversi laqgħat ta' informazzjoni għall-uffiċjali fil-livell iżjed 'l isfel biex ikunu jafu bl-implikazzjonijiet tar-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina. Ir-Regolamenti l-ġodda jipprovdu għal deċentralizzazzjoni tad-dixxiplina u mhux il-ħsieb li jsir monitoring kontinwu miċ-ċentru dwar kif dawn qed jitħaddmu. Madankollu hemm il-ħsieb li ssir evalwazzjoni ta' kif tħaddmu dawn ir-Regolamenti fl-aħħar ta' din is-sena b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

European Voice — Avviżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas il-Gvern Malti għal avviżi (advertisments) ta' paġni sħaħ fuq ġurnali bħal European Voice? Kemm ġie jiswa l-avviż fil-ħarġa tax-xahar li għadda fuq dan il-ġurnal, li kien jikkonsisti f'paġna sħiħa u kien jitratta fost l-oħrajn id-dimensjoni Mediterranja ta' Malta dwar it-tkabbir li jmiss ta' l-Unjoni? Kemm saru riklami ta' din ix-xorta fuq dan il-ġurnal u kemm swew lil pajjiżna?

Response (BORG, JOE)

B'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellanta nixtieq ngħid li saru żewġ avviżi (advertisements) mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fuq il-European Voice. Dawn deheru fil-ħarġiet ta' Settembru 1998 u dik tax-xahar li għadda li għamlet referenza għaliha l-Onorevoli Interpellanta. Dawn iż-żewġ avviżi swew 330,000 Belgian Francs cioe madwar LM3,340.
Leg 9 PQ #17795 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment għal Għawdex — Azzjonijiet industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw warnings u kemm ittieħdu passi jew azzjonijiet dixxiplinarji kontra uffiċjali u mpjegati skond kull grad fid-dipartimenti li jaqgħu taħtha, bejn l-1 ta' Frar, 2000 u l-aħħar ta' Mejju 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17796 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza San Franġisk — Proġett ta' twessigħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal sidien li għadhom ma tħallsux tal-proprjeta' esproprjata mingħandhom in konnessjoni mal-prroġett ta' twessigħ ta' Pjazza San Franġisk? Fiex wasal kull każ pendenti? X'passi ttieħdu mill-ministeru biex jitħaffef il-proċess ħalli jsir il-ħlas dovut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17797 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Triq ir-Repubblika - Traffic lights

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li saru ħsarat lit-traffic lights ta' Triq ir-Repubblika (Salib it-Tiġrija) ir-Rabat, Għawdex, meta ntlaqtu minn vetturi għoljin? F'kull każ, sar rapport lill-pulizija mis-sewwieq konċernat? Kemm kienet tammonta l-ħsara li saret? X'passi ħadet il-Ministru biex il-ħsara tissewwa a spejjeż ta' min għamilha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17798 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Safra

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħallas il-ministeru għal Għawdex għas-safra li għamlu dan l-aħħar is-Segretarju Permamenti u d-Direttur tal-Customer Services il-ġdid biex marru l-Greċja? Għal-liema raġuni marru? Tista' l-Ministru tgħid kif issir l-għażla biex uffiċjali għolja jmorru fuq safriet bħal dawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-uffiċċjali li qed tirreferi għalihom l-onor interpellant attendew konferenza tal-Kummissjoni tal-Ġżejjer tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferali u Marittimi tal-Ewropa. L-ispejjes relattivi kienu skond ir-rati stabbiliti mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Ċirkulari Nru 123/99. L-għażla ta' l-uffiċċjali saret biex jinkiseb l-akbar benefiċċju possibbli mill-Konferenza msemmija.

Qormi — Triq l-Imdina - Parkeġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7672, jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, wara l-hockey club, ma jibqax isir parking ta' heavy vehicles mal-bankina ta' djar residenzjali li jlaħħqu sal-gallariji tagħhom, b'riskju għas-sigurta' tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mall-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi qed jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor. Interpellant u ser jaraw x'jista' jsir.

Vetturi — Tiswijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15561, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri jekk vettura ma tgħaddix mill-VRT għaliex l-ispare parts ma jkunux available? Iċ-ċittadin ma jkunx jista' juża l-karozza tiegħu, minkejja li jkun jista' jsuqha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi li l-mistoqsijiet li jikkonċernaw il-VRT għandhom jiġu indirizzati lill-Ministru ikkoncernat.

PTA — Rotot ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda (jew rotot) ġodda huwa ppjanat mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex jilħqu l-areas f'Ħal Qormi li huma 'l bogħod miċ-ċentru tar-raħal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li m`hemmx talbiet pendenti għal rotot ġodda ġewwa Ħal Qormi, madankollu l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ser tara xi bżonnijiet ta` estensjoni ta` servizz hemm f`din l-area partikolari.