Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm minn dawk li applikaw biex jimlew il-pożizzjoni ta' diretturi tal-customer services li kienu diġa' fi skala 5? Kemm kien hemm applikanti li ma kenux fi skala 5?
Jista' l-Prim Mnistru jgħid ukoll jekk id-diretturi tal-customer services il-ġodda ngħatawx il-ħatra fuq bażi sostantiva? Jekk fl-affermattiv, a bażi ta' liema fethim jew ċirkolari ngħataw dawn il-ħatriet fuq bażi sostantiva?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kien hemm għaxar applikazzjonijiet minn uffiċċjali pubbliċi għall-pożizzjoni ta’ Direttur, “Customer Services”, fil-Ministeru għal Għawdex.
Minn dawn, tnejn kienu diġa’ fi Skala ta’ Salarju 5 filwaqt li t-tmienja l-oħra ma kienux.
Uffiċjal pubbliku li jinħatar għall-pożizzjoni ta’ Direttur jiġi maħtur fuq “Performance Agreement” għall-perjodu ta’ tlett snin, jew sad-data ta’ l-irtirar, skond liema minnhom tiġi l-ewwel, skond kif provdut fir-“Rules and Guidelines” taċ-Ċirkulari OPM 113/92, tat-12 ta’ Novembru 1992.
Rabat — Għawdex - Triq ir-Repubblika - Traffic Lights
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 17797?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li saret ħsara ta' madwar Lm20 lil wieħed millarbli tat'traffic lights' ta' Triq irRepubblika Rabat, Għawdex, iżda ilpulizija ma kellha lebda rapport dwar din ilħsara.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 17796?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proġett ta' twessiegħ ta' Pjazza San Franġisk kien jinvolvi tmintaxilproprjeta' differenti u jiena nfurmata li lproprjetarji kollha għajr wieħed ġew ikkompensati.
Dipartiment għal Għawdex — Azzjonijiet industrijali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 17795?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bejn l-1 ta’ Frar 2000 u l-aħħar ta’ Mejju 2000 fid-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex, inghataw warnings u ttiehdu passi dixxiplinari skond kif jidher fit-tabella t’hawn taht:
Grad
Kazi Dixxiplinarji
Warnings
Admonishments
Dipartiment talProgetti u Zvilupp
Senior Tradesman
3
0
Tradesman
11
1
Senior Operative
2
0
Operative
5
0
Labourer
6
1
Watchman
3
0
General Hand
40
9
Supervisor
2
0
Messenger
1
0
Gardener
2
0
H.A.B.
6
2
Dipartiment talCustomer Services
Principal
1
Teachers
6
Facilitator
1
Instructors
2
Executive Officer
1
Clerk
1
Health Assistant
1
Ambulance Driver
1
Watchman
9
General Hand
2
1
1
Supervisor
1
Motor Transport Driver
1
Assistant Technical Officer
1
Dipartiment talCorporate Services
General Hand
2
Health Assistant
1
Hospital Auxiliary
3
1
Operative
1
Senior Operative
1
Clerk
1
Total
94
14
26
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jara li Palazzo Stagno fi Stagno Alley, Ħal Qormi, jiġi miżmum tajjeb, minħabba l-preġju storiku li għandu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi Palazzo Stagno - bini li verament għandu valur storiku importanti - huwa propjeta` privata, u għaldaqstant il-manutenzjoni tiegħu hi responsabbilta` tas-sid. Madanakollu, il-bini, flimkien mal-ġonna estensiva tiegħu, huwa protett bl-Antiquities Act u d-Development Planning Act. Għalhekk, kwalunkwe pjan ta' żvilupp jew tibdil fuq dan il-monument storiku għandu jiġi eżaminat u kkontrollat skond ma titlob il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq tal-Fieres, Ħal Kirkop se ssir u meta din se tinfetaħ biex tgħaqqad mal-parti l-oħra tat-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq bil-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali qiegħed f'diskussjonijiet mas-sid ta' l-art li għadha mhix żviluppata sabiex l-art tinxtara mill-Gvern ħalli t-triq tinfetaħ.
Tista' l-Ministru tgħid min ta l-permess biex uffiċjal skala 10 fis-Servizz Ġenerali tal-gvern f'Għawdex taħdem ta' chief executive mal-Gozo Business Chamber?
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm objection mid-direttur konċernat?
Tista' l-Ministru tgħid id-direttur konċernat riedx ineħħilha l-konċessjoni li taħdem fuq ġimgħa ta' sitt ijiem u jekk iva, għaliex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-permess bçx uffiċċjal skala 10 fis-Servizz Ġenerali tal-Gvern taħdem ta’ chief executive mal-Gozo Business Chamber ingħata skond il-Kodiċi ta’ l-Etika tal-1994 u skond paragrafu 2.3 taċ-Ċirkulari tal-Management and Personnel Office numru B1/4/95
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 13741 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għal avviż għal għanijiet ta' l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali" Att Numru XIII ta' l-1996" Numru 898 maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 16,878 bid-data ta' 26 ta' Novembru 1999, paġna 8266 għaliex il-lista ta' l-applikazzjonijiet li rċieva l-Kummissarju tal-Pulizija, skond Artiklu 7 u 8 ta' l-Att ta' l-1996 dwar il-gwardjani privati u lokali ma ġietx stampata kif attwalment jindika l-avviż imsemmi? Jista' l-Prim Ministru jagħti din il-lista ta' l-applikazzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13741.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħ
mel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Intern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-part-time clerks impjegati fl-iskejjel tal-gvern mhumiex intitolati għal pro-rata maternity leave?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond iċ-Ċirkolari MPO 68/97, impjegati każwali jew “part-time” li jaħdmu ħamsa u tletin (35) siegħa fil-ġimgħa jew aktar u li jkunu ilhom jaħdmu dawn is-sigħat għal tnax-il xahar konsekutivi huma intitolati għal “maternity leave”.
Il-“part-time clerks” impjegati fl-iskejjel jaħ
dmu biss ħ
amsa u għ
oxrin (25) siegħ
a fil-ġ
imgħ
a. Dawn il-“part-time clerks” qabel ma jibdew il-vaganzi tas-sajf jispiċ
ċ
alhom il-kuntratt u mbagħ
ad meta terġ
a tibda l-iskola jkollhom japplikaw mill-ġ
did. Għ
al dawn ir-raġ
unijiet il-“part-time clerks” fl-iskejjel mhumiex intitolati għ
al “maternity leave”.
B'riferenza għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 7780 datata 17 ta' Ġunju, 1999, dwar il-pożizzjoni ta' dak il-grupp ta' ex-impjegati ta' l-AWTS li għal numru ta' snin baqgħu impjegati każwali tal-gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu jew ħa l-gvern dwar dawn l-impjegati, issa li għaddiet aktar minn sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-pożizzjoni tat-82 ħaddiem “unclassified (ex-Awts)” ġiet regolarizzata f’Mejju li għadda meta ngħataw impjieg mal-Gvern fi grupp 1 tal-Gradi Industrijali.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 8838?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-kors li jwassal għal Baċellerat fil-Kummerċ (it-tçni parti) ġç offrut is-sena l-oħra (1999-2000) u ser jerġa’ jiftaħ din is-sena (2000-2001).
Il-kors huwa miftuħ għal min għandu Diploma fil-Kummerċ jew kwalifiki oħra meqjusa bħala ekwivalenti.
L-applikazzjonijçt kçnu miftuħa fl-istess żmçn li fih kçnu jintlaqgħu l-applikazzjonijçt għall-korsijçt l-oħra kollha ta’ l-Universita’.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 13473? Tista' tgħid ukoll x'kien l-ammont ta' overtime li tħallas lill-impjegati tal-gvern fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha, dipartiment b'dipartiment sa l-aħħar ta' Ġunju 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 13473? Tista' tgħid ukoll x'kien l-ammont ta' overtime li tħallas lill-impjegati tal-gvern fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha, dipartiment b'dipartiment sa l-aħħar ta' Ġunju 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-‘break-down’ ta’ l-ammont ta’ sahra li tħallas skond il-fergħat tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru huma kif imnizzla f’din il-lista.
Dipartiment
Fergħ
a
Ammont ta’ sahra
1999
Lm
Ammont ta’ sahra
Jan – Gunju 2000
Lm
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
Head Office
5,936.33,2
3283.71,3
Dipartiment tal-Customer Services
Sptar Ġenerali
60,889.41,0
20,005.00
Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika
373.00,0
38.00,0
Edukazzjoni
422.75,0
131.00
Mużewijçt
7,014.00,0
2,440.07
Sports Complex
942.29,0
352.00
Kultura
489.38,0
108.80,
Informazzjoni
799.61,0
335.10
Sigurta’ Soċjali
1,207.38,0
-
Kura ta’ l-Anzjani
627.48,0
303.05
Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp
Head Office
1,258.26,0
951.09
Kostruzzjoni u Manutenzjoni
1,877.75
1,130.28
Indafa Pubblika
97.52,0
234.00
Agrikoltura
370.02
377.44
Xogħolijçt
2,786.76,0
1917.89
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u l-perks eċċ li jingħataw liċ-chairman ta' l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet oħra mal-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18592.
Tista' l-Ministru tgħid minn mindu beda jitqassam l-ikel tal-meals on wheels f'Għawdex kemm saru spejjeż da parti tal-gvern u għal-liema servizzi sar dan il-ħlas?
Minbarra flus, offra xi sussidji oħra l-gvern biex dan is-servizz seta' jinżamm?
Kemm hu l-għadd ta' nies li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz bħala average kull ġurnata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kapijiet ta' dipartimenti ġew immultati mill-qorti mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?
X'kienet il-multa? Min se jħalls jew ħallas dik il-multa? X'passi se jittieħdu kontra l-kap involut?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tiegħi ma ġie riferut l-ebda każ ta' Kap ta' Dipartiment li ġie mmultat mill-Qorti fil-perjodu bejn 1 ta' Jannar 2000 'l hawn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-gvern il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku organizzata għall-bidu tax-xahar ta' Ġunju li għadda?
Kemm ġew jiswew is-slots li fihom deher jitkellem il-Kap taċ-Ċivil, u kemm nefaq il-gvern biex dawn ixxandru fuq diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ispiża totali konnessa ma' l-attivitajiet li ttellgħu matul il-ġimgħa tas-Servizz Pubbliku kienet ta' Lm12,807. Din iċ-ċifra tinkludi l-ispejjeż kollha konnessi mal-promotional spots li fihom dehru numru ta' uffiċjali għolja inkluż il-Kap tas-Servizz Pubbliku. Dawn l-ispots intwerew fuq l-istazzjonijiet tal-PBS, Super One u NET, bi spiża totali ta' Lm5,083. L-ispiża biex inġibdu l-ħames spots kienet ta' Lm2,443.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma ngħatat ebda raġuni għaliex l-ex-direttur tal-Customer Services ta' Għawdex ma ġġeddidlux il-kuntratt?
Jista' jgħid huwiex minnu li dan sar għax kienu ttieħdu passi dixxiplinarji kontrih?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 16927.
Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-Uffiċjal li qiegħda taħdem ukoll bħala Chief Executive talli din ħarġet press release kontra l-operat tal-Gwardjani Lokali bi ksur ta' l-Estacode billi dawn qegħdin jaħdmu skond il-policy tal-gvern?
Jekk fin-negattiv, għaliex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Press Release li tirreferi għaliha lOnor Interpellant ma' toħodhiex kontra lpolicies talGvern. Anzi flistqarrija lGozo Business Chamber qegħda tagħmel suġġerimenti u tikkommetti ruħha li tikkolabora ma' lawtoritajiet involuti biex jaħdmu flimkien għal soluzzjoni talproblema pressanti tattraffiku firRabat Għawdex.
Tista' l-Ministru tid min ta l-ordni biex fit-tieġ ta' persuna privata fis-santwarju tal-Qala, Għawdex twaħħlu antarjoli u sar tiżjin f'dak il-post mit-Taqsima tal-Kultura?
X'passi se jieħu d-direttur konċernat f'każ ta' abbuż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa llum ilprassi hija li lmaterjal talKunsill talKultura jiġi misluf lil persuni u organiżżazzjonijiet privati.