B'riferenza għas-sejħa li saret dan l-aħħar biex inħatru care workers fid-Dipartiment tal-Kura ta' l-Anzjani, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' dawk magħżula jiġifieri, l-ismijiet u l-kwalifiki li għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li peress li r-riżultat biex jinħatru "Care Workers" f'dan id-Dipartiment għadu ma ġiex ippubblikat, allura l-ebda informazzjoni ma tista' tingħata f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir fil-prattika min-naħa tad-dipartiment responsabbli biex jiġu kkontrollati u bit-tama li jiġu meqruda l-ġrieden li hemm fl-area ta' Ta' Farsina u fi Triq il-Ħelsien f'Ħal Qormi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa jgħamlu trattamenti regolari madwar Malta kollha. Ħal-Qormi kien ġie l-aħħar ittrattat bil-velenu għal kontra l-ġrieden f'Jannar. Għaldaqstant l-areas indikati ġew spezjonati minn uffiċjali tar-'Rodent Control' u saru t-trattamenti neċessarji għal kontra il-ġrieden, f'28 ta` Marzu, 8 ta` April, 21 ta` Mejju, 24 ta` Lulju u 26 ta` Settembru.
Ser jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir fil-prattika min-naħa tad-dipartiment responsabbli biex jiġu kkontrollati u bit-tama li jiġu meqruda l-ġrieden li hemm fl-area ta' Ta' Farsina u fi Triq il-Ħelsien f'Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar saret il-manutensjoni tal-bozoz fi Triq il-Ħelsien, Qormi? Peress li hemm ċerti bozoz f'din it-triq li ilhom xhur sħaħ ma jixegħlu, meta se tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex ix-xogħol meħtieġ isir?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferit lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi investigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinżabru s-siġar fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi, li huma qrib il-bus shelter ta' qrib iċ-ċentru tas-saħħa, u li huma ta' inkonvenjent għar-resident ta' l-area?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ġo Valletta Road, Ħal Qormi u t-toroq tad-dawra tal-housing estate? Jaf l-Ministru li dawn it-toroq ilu ma jkollhom manutenzjoni tajba għal snin sħaħ, bil-konsegwenza li f'ċertu partijiet jeżisti anke periklu serju kemm għas-sewwieqa kif ukoll għal dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant qiegħed ikun inkluż fil-programm ta` xogħol tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Onor. Interpellant mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm internal auditors mill-1995 sal-lum? Min huma (id-dettalji tagħhom)? Kif inhuma mqassmin fil-Ministeri/Dipartimenti tal-gvern? Kemm minnhom spiċċaw? Min huma li spiċċaw (id-dettalji tagħhom)? Għaliex spiċċaw? Wara li spiċċaw, jekk baqgħu jaħdmu, x'xogħol ingħataw u fejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed nehmeż tabella li tagħti d-dettalji mitluba ħlief għall-ismijiet tal-Internal Auditors li l-Onorevoli Interpellant taprezza li mhiex etikament mixtieq. Niġbed l-attenzjoni ta' l-onorevoli membru li l-funzjoni ta' Internal Auditing fil-Gvern qegħda fil-fażi ta' "re-engineering". Dan jinkludi wkoll it-trasferiment tar-responsabilta għall-funzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi għall-Uffiċċju tal-Kabinett fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern li għadu kif twaqqaf qiegħed fil-fażi ta' reklutaġġ ta' riżorsi umani addizjonali.
Jista' l-Ministru jgħidilna liema ministeri kellhom internal auditor, iżda bħalissa jinsabu mingħajr internal auditor? Liema ministeri qatt ma kellhom internal auditor?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat aktar kmieni din is-sena, għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14598 tal-Onorevoli Angelo Farrugia, kif ukoll għat-tweġiba li qiegħed nagħti illum għall-mistoqsija parlamentari Nru. 18959 ta' l-istess Onorevoli interpellant.
Il-Ministeri li qatt ma kellhom Internal Auditor huma il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi jekk ix-xogħol ta' l-Internal Auditor huwiex sodisfaċenti jew le, u fuq liema kriterji jsir dan?
Kemm saru rapporti minn kull Internal Auditor kull sena?
Individwalment, kemm saru audit reports min kull internal auditor?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ġiet mogħtija għal mistoqsija Nru : 18959.
Inżid li s'issa l-"Internal Auditors" kienu jirrappurtaw biss lis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru li fiħ ikun assenjat. Il-kriterji li fuqhom jiġi deċiż jekk ix-xogħol ta' "Internal Auditors kienx sodisfaċenti jew le huwa kriterji ta' "Performance Management" fis-Servizz Pubbliku. L-informazzjoni l-oħra mitluba qed tingħata fit-tabella mehmuża.
Rapporti li saru mill-Internal Auditors mill-1995.
1995 1996 1997 1998 1999 2000 Total
Finanzi (1)
7
3
-
-
-
-
10
Finanzi (2)
7
8
8
3
5
3
34
Finanzi (3) *
-
-
-
-
-
5
5
Sigurta Soċjali (1)
11
6
9
6
8
2
42
Sigurta Soċjali (2)
-
-
-
-
0
0
0
Għawdex *
4
9
7
9
10
5
44
Xogħolijiet (1)
11
9
-
-
-
-
20
Xogħolijiet (2)
12
8
4
-
-
-
24
Xogħolijiet u Ambjent (3)
20
17
19
9
12
2
79
Uffiċċju tal-Prim Ministru (1)
-
-
-
-
7
1
8
Uffiċċju tal-Prim Ministru (2)
-
-
-
-
7
3
10
Kunsilli Lokali
11
6
48
40
56
28
189
Edukazzjoni (1)
10
9
-
-
-
-
19
Edukazzjoni (2)
-
5
6
2
-
-
13
Edukazzjoni (3) *
-
5
7
8
9
7
36
Edukazzjoni (4) *
-
-
-
-
9
7
16
Affarijiet Barranin (1)
-
3
4
-
-
-
7
Affarijiet Barranin (2)
-
-
-
-
8
2
10
Agrikoltura u Sajd *
-
5
9
10
21
13
58
Intern
-
6
4
3
6
5
24
Ġustizzja
-
5
11
6
4
-
26
Trasport
-
14
12
14
30
3
73
Saħħa (1)
-
-
-
-
7
2
9
Saħħa (2)
-
-
-
-
7
9
16
* Ifisser li dawn huam l-"Internal Auditors" li hemm fil-preżent.
Jista' l-Viċi Prim Ministru Ministru jgħid jekk sarx xi progress min-naħa tal-ministeru tiegħu mas-sidien tal-kumpanniji tat-trasport tat-turisti bil-coaches u vannijiet dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati tal-kumpanniji tat-trasport tat-turisti bil-"coaches" u vannijiet, huma koperti mill-"Hire (Cars and Private Buses Wages Council Wage Regulation Order, 1977".
Uffiċċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg, minn żmien għal żmien jagħmlu spezzjonijiet u jintervistaw kemm lill-ħaddiema kif ukoll lis-sidien ta' dan is-settur biex jinfurzaw il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg skond l-imsemmija "Wage Regulation Order" u l-Att li jirregola l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg.
Ninsab infurmat ukoll li kienet saret laqgħa ta' konċiljazzjoni preseduta mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg f'tilwima ndustrijali bejn waħda mill-"Unions" u wieħed mis-sidien tal-"coaches".
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm internal auditors mill-1995 sal-lum? Min huma (id-dettalji tagħhom)? Kif inhuma mqassmin fil-Ministeri/Dipartimenti tal-gvern? Kemm minnhom spiċċaw? Min huma li spiċċaw (id-dettalji tagħhom)? Għaliex spiċċaw? Wara li spiċċaw, jekk baqgħu jaħdmu, x'xogħol ingħataw u fejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħidilna liema ministeri kellhom internal auditor, iżda bħalissa jinsabu mingħajr internal auditor? Liema ministeri qatt ma kellhom internal auditor?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jiftaħ il-Vocational College? Meta se jibda jieħu l-ewwel studenti? Xi kriterji se jintużaw biex student jiġi aċċettat f'dan il-kulleġġ? X'kordinament hemm bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Korporazzjoni għat-Taħriġ u Impjiegi? Ġew recruited l-għalliema li se jgħallmu f'dan il-kulleġġ? Jekk iva, min huma u x'suġġetti jgħallmu, jekk le meta se jiġu recruited u xi proċedura se tintuża?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif għidt diversi drabi pubblikament il-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija twaqqaf fil-11 ta' Awissu 2000 u hu proġett mifrux fuq numru ta' snin. Il-Bord tal-Gvernaturi qed jaħdem biex iwaqqaf l-ewwel Istitut u għal dan l-iskop qed jiġi intervistat il-persunal meħtieġ.
Il-kriterji għall-għażla ta' studenti jiġu mgħarrfa hekk kif il-Bord jiddeċidihom.
Hemm koordinament sħiħ ma' l-ETC biċ-Chief Executive tagħha wieħed mill-Gvernaturi.
Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi jekk ix-xogħol ta' l-Internal Auditor huwiex sodisfaċenti jew le, u fuq liema kriterji jsir dan?
Kemm saru rapporti minn kull Internal Auditor kull sena?
Individwalment, kemm saru audit reports min kull internal auditor?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid hux veru li dawk li ħadu l-art tal-Knsija u bnew darhom fuqha fl-area magħrufa tal-Mentna f'Ħal Kirkop, ma jistgħux jifdu ċ-ċens, minkejja li fil-kuntratt għandhom id-dritt jagħmlu dan? Jekk iva, x'inhija r-raġuni għal dan?
Response (BORG, TONIO)
Qed jirriżulta minn informazzjoni li għandu l-Uffiċċju Konġunt dwar l-Art magħrufa tal-Mentna, li tinsab fl-akwati ta` Mqabba u mhux Ħal Kirkop, li l-art hija mogħtija b`ċens perpetwu rivedibbli. Iċ-ċnus perpetwi rivedibbli setgħu jinfdew biss bis-saħħa ta` skema li ħarġet fl-1996. Għalhekk kull min kien applika, issa li ġie ffirmat il-Memorandum of Understanding mas-Santa Sede f`Mejju li għadda, qed jissejjaħ biex jersaq għall-kuntratt.
Min ma applikax jew ma kellux xi kundizzjoni speċifika fl-att, ma jistax, fil-preżent, jifdi dan iċ-ċens partikolari.
Peress li l-Onorevoli Interpellanti jista` jkun li mhux qed tirreferi għal l-art fuq imsemmija, hija mitluba li tagħti aktar dettalji sabiex tingħata risposta adekwata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13948, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk il-membri f'dawn il-bordijiet li għandhom is-servizz ta' karozza tal-kiri mħallsa mill-gvern jew ta' karozza tal-gvern? Għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda membru tal-bordijiet, li saret referenza għalihom, li għandhom l-użu ta' karozza tal-kiri jew tal-Gvern a bażi tal-fatt li huma membri ta' dawn l-istess bordijiet. Dawk il-membri li għandhom tali użu qed jagħmlu hekk skond il-kundizzjonijiet tax-xogħol prinċipali tagħhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema bażi nħaddmu l-prezzijiet għax-xiri tal-postijiet tal-gvern f'Pembroke u li ġew offruti lir-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-prezz tax-xiri ta' l-appartamenti u garaxxijiet tal-Gvern jinħadem billi jiġi kkalkulat kemm jiswa l-proġett biex jinbena, nkluż spejjeż għad-drenaġġ, "landscaping", stallazzjoni ta' "lifts", bini ta' "substations" tad-dawl, akkwist ta' l-art, eċċ.
L-ispejjeż jiġu maqsuma fuq l-appartamenti u l-garaxxijiet skond il-kobor tagħhom. Mill-prezz ta' l-appartmenti jitnaqqas is-sussidju.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'arranġamenti se jsiru biex tfal bi bżonnijiet speċjali li jmorru fl-iskejjel tal-Knisja jiġu moqdija bi trasport bħal dawk it-tfal li jmorru fl-iskejjel tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tfal b'diżabilita' li jattendu skejjel speċjali tal-Gvern għandhom trasport speċjali pprovdut mill-istess skejjel, filwaqt li tfal b'diżabilita' li jattendu skejjel regolari, jew jagħmlu użu mit-trasport ta' skejjel regolari jew mit-trasport speċjali pprovdut mill-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Aktar Indipendenti.
Arranġamenti għat-trasport għall-iskejjel tat-fal bi bżonnijiet speċjali jsiru mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel kontra l-infestazzjoni li hemm ta' grieden fl-akwata ta' Triq Nikol Baldacchino, Ħal Qormi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa jagħmlu trattamenti regolari madwar Malta kollha. Ħal-Qomri kien ġie l-aħħar ittrattat bil-velenu għal kontra il-ġrieden f'Jannar. Għaldaqstant it-triq indikata ġiet spezjonata llum 13 ta` Settembru 2000 minn uffiċjali tar-'Rodent Control' u saru -trattamenti neċessarji għal kontra il-ġrieden.
Ser jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.