Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20000 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Dħul fil-korp

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tar-requirements għad-dħul fil-korp tal-pulizija, per eżempju, kwalifiki, tul, eċċ matul dawn l-aħħar ħames snin (1995 - 2000) in take in take?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti huwa spjegat kollu fil-Gazzetti tal-Gvern li ġejjin: 15,925 datata 15.04.94 16,074 datata 17.02.95 16,207 datata 15.05.95 16,159 datata 10.11.95 16,188 datata 10.11.95 16,520 datata 07.10.97 16,776 datata 09.04.99 16,844 datata 01.10.99 16,937 datata 20.04.00
Leg 9 PQ #19873 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qormi - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex studenti li qegħdin f'Year 6 fl-iskejjel ta' San Ġorġ u San Bastjan, Qormi, jużaw xi kotba differenti minn xulxin?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet fil-Ministeru il-bieraħ, tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19876 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Parapethic Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parapethic teachers fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat? F'liema skejjel jattendu? Għalkemm ħin? Kemm hemm studenti fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat li jeħtieġu s-servizz ta' dawn l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet fil-Ministeru il-bieraħ, tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19661 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Kirkop — Environmental Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx environmental impact assessment dwar l-effetti fuq l-ambjent tar-raħal ta' Ħal-Kirkop fl-eventwalita' li tiftaħ il-fabbrika tal-multigas li qed tissemma għal din l-area? Jekk sar x'inhuma l-konklużjonijiet? Jekk ma sarx, se jsir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #19662 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Kirkop — Health Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx health impact assessment dwar l-effetti fuq is-saħħa tal-komunita' Koppina fl-eventwalita' li tiftaħ il-fabbrika tal-multigas li qed tissemma għal din l-area? Jekk sar, x'inhuma l-konklużjonijiet? Jekk ma sarx, il-gvern se jagħmlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob li l-mistoqsija tiġi referuta lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar peress li tali assessments isiru jekk ikunu mitluba minn din l-Awtorita'.

Qormi — Triq Amleto Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm diffikultajiet ta' ilma ħiereġ minn taħt l-art fi Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi? Jekk jikkonferma dan, x'qiegħed isir jew x'se jsir biex din id-diffikulta' tingħeleb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġiet infurmata biex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija u jekk ikun meħtieġ isiru t-tiswijiet neċessarji.

Maltapost — Postman operators

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jidħlu dawk li għaddew mill-interview għal postman operator li sar f'Diċembru li għadda u li kienu parti minn grupp ta' 130 ruħ li għaddew b'kollox, iżda sa llum għadhom daħlu biss 75 ruħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li l-amministrazzjoni tal-Maltapost plc ma taqax taħt il-Ministeru tiegħi, nitlob l-Onorevoli Membru biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Qormi — Triq il-MItħna

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi maintained tajjeb Triq il-Mitħna, Ħal Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien nfurmat illi l-Kunsill Lokali jagħmel manutenzjoni regolari fi triq il-Mitħna skond il-bżonn. Il-Kunsill jieħu ukoll ħsieb it-tindif tal-culverts li hemm fil-parti t'isfel tat-triq peress li f'din iż-żona jinżel ħafna ilma waqt ix-xita.
Leg 9 PQ #19423 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Fawran ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex id-drenaġġ baqa' jfur wara x-showroom tal-Peugeot f'Santa Venera meta din il-problema ilha madwar disa' snin? X'qiegħed isir biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li-fawran ta' dranaġġ li hemm wara ix-Showroom tal-Peugeot f' Santa Venera hija minhabba house-connection ħierġa minn block ta' bini u għalhekk ma taqgħax taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment tad-Dranaġġ.
Leg 9 PQ #19425 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Unit għal Ambjent Nadif — Overtime/allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ispiża xahar b'xahar minn Jannar, 2000 sal-lum, ta' overtime u/jew allowances oħra li saru mill-impjegati tal-Unit għal Ambjent Nadif? Jista' l-Ministru jispeċifika x-xogħol partikolari li twettaq minn dawn l-impjegati u kemm intefqu flus f'overtime għal kull biċċa xogħol imsemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, l-Allowances u Overtime li tħallas lill-Impjegati tal-Unit Għal Ambjent Nadif huwa kif jidher hawn taħt: Allowances Overtime Jannar Lm5224 - Frar 6385 Lm 51 Marzu 905 1923 April 1306 21146 Mejju 2633 3685 Ġunju 1246 12851 Lulju 1367 4510 Awissu 594 5365 Settembru 325 1059 Ix-xogħol ta' din il-Unit jikkonsisti, fost oħrajn, fit-tindif tal-kanali ta' l-ilma tax-xita li hemm fit-toroq principali u oħrajn; qtugħ ta' ħaxix ħażin mit-toroq u min fuq bankini, tindif ta' toroq, tneħħija ta' posters u affarijiet simili mit-toroq, tiswijiet ta' Central Strips, Roundabouts, Bollards u xi titjieb ieħor ta' embellishment fit-toroq. Sa ftit taż-zmien ilu il-Unit kienet tagħmel ukoll marki tat-traffiku fiż-żebgħa fit-toroq, kemm bil-magna u kemm bl-idejn. Kienu jibdlu is-sinjali tat-traffiku li jkunu nieqsa jew ikollhom bżonn jinbidlu. Meta jintalab l-overtime, jintalab għal diversi xogħlijiet u għalhekk ma' hemmx records eżatti fuq fejn ikun inħaddem l-overtime.
Leg 9 PQ #19427 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jinqabad kaċċatur jabbuża fuq affarijiet żgħar, per eżempju, b'suffara ta' russet, jew bla liċenzja tal-kelb tal-kaċċa u dan ikun l-ewwel offence tiegħu qed jiġi kkonfiskat lilu kollox bħallikieku huwa xi kriminal kbir? Għaliex first offences u offences żgħar ma jiġux ittrattati b'ċitazzjonijiet u twissijiet bħal fil-każ ta' offences oħra li mhumiex relatati mal-kaċċa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-konfiska tal-corpus delicti hija konsegwenza tal-piena stabbilita bir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ. Infurmat ukoll illi proċeduri quddiem il-Qorti għal ksur ta` dawn ir-regolamenti isiru permezz ta` ċitazzjoni. Jekk l-Onorevoli Interpellanti għandha xi każ partikolari, nitlobha tgħaddili aktar tagħrif sabiex inkun nista` nivverifika.
Leg 9 PQ #19429 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi — Lock vogel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex issa l-lock vogel ma jistax jintuża mill-kaċċaturi barra d-dar minkejja li sa ftit ilu setgħu jagħmlu dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi jekk l-Onorevoli Interpellanti qiegħdha tirreferi għal pre-recorded bird calls, l-użu ta` dan l-apparat għall-kaċċa jew insib ilu projbit sa mill-anqas l-1 ta` Jannar 1994 meta bdew fis-seħħ ir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ.

Qormi — Triq Amleto Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm diffikultajiet ta' ilma ħiereġ minn taħt l-art fi Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi? Jekk jikkonferma dan, x'qiegħed isir jew x'se jsir biex din id-diffikulta' tingħeleb?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dipartiment tat-Toroq infurmat li mindu tlestew ix-xogħlijiet ta tibdil ta` mains u resurfacing f'din it-triq il-Kunsill ma kellu l-ebda rapport dwar ħruġ ta` ilma minn taħt l-art.
Leg 9 PQ #19376 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tul stabbilit fil-kondizzjonijiet għall-impjieg ta' pulizija ġodda matul dawn il-ħames snin, (speċifikament kull darba li sar ingaġġ)? Meta saru l-ingaġġi fil-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mitlub mill-Onorevoli Interpellanti huwa kif ġej : Data ta` ingaġġ Spetturi (minn barra l-Korp) Kuntistabbli Irġiel Nisa Irġiel Nisa 06.04.95 1.676m 1.676m 06.06.95 1.676m 1.676m 15.12.95 1.676m 1.676m 26.01.96 1.676m 1.676m 14.06.96 1.676m 1.676m 27.02.97 1.676m 1.676m 08.07.97 1.676m 1.60m 06.07.99 1.676m 1.60m 24.03.2000 1.676m 1.676m Ta` min iżid ukoll illi fl-aħħar ingaġġ ta` Spetturi Kadetti minn barra l-Korp ta` l-1 ta` Settembru 2000, ma kienx hemm rekwiżit ta` tul.

Qormi — Traffic Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studju sar jew qed isir biex f'Ħal Qormi, ikollna sistema ta' traffic management addatata għaċ-ċirkostanzi tal-lum, minħabba l-ħafna junctions perikolużi, kemm għal dawk bil-mixi, kif ukoll għal dawk li jkunu jsuqu, li llum insibu f'areas bħal: Triq il-Ħelsien, Triq il-Ħammieri, Triq il-Wied, Triq il-Blata, fuq il-Pont tal-Wied f'Mill Street, Triq l-Imdina, eċċ.? Jekk sar dan l-istudju jista' l-Ministru jgħid meta se naraw l-implimentazzjoni tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar snin il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku assista lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi biex isiru diversi skemi ta' traffiku biex titjieb is-sigurta' kemm għal pedestrian kif ukoll għas-sewwieqa fit-toroq ta' Ħal Qormi. Fost dawn ta' min isemmi, fost oħrajn, sistemi ġodda ta' One Way fiż-żoni ta': Triq il-Vitorja, Triq San Dwardu, Triq San Bastjan, Triq Spiteri Fremond u Triq San Bartolomew. Fil-postijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva xogħolijiet kif ġej: Triq il-Ħelsien - Speed restriction signs Central carriageway markings Tlett pedestrian crossings Diversi traffic mirrors Triq il-Ħammien - Pedestrian crossing Triq il-Wied - Height restriction signs għall-pontijiet 'No Entry' signs fid-direzzjoni tal-pontijiet Triq il-Blata - Sistema ġdida ta' One Way Triq il-Mitħna - 'No Parking` signs bid-double yellow lines Centre carriageway markings 'Give Way' sign Speed restriction signs 'Dead Slow' signs 'Two Way Traffic' signs 'Road Narrows` signs Triq l-Imdina - 'No Parking' signs bis-single yellow lines (fuq naħa waħda tat-triq) Pelican Lights Speed restriction signs Il-proċess ta' traffic management f'Ħal Qormi, kif ukoll fi bliet u rħula oħra ta' Malta huwa on going, u l-Kunsill Lokali b'assistenza tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jkomplu bil-ħidma tagħhom biex is-sigurta' tat-toroq fil-lokal tagħhom tkompli titjieb.
Leg 9 PQ #19412 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti li jattendu l-iskola Giovanni Curmi, Naxxar u li se jirrepetu s-sena mhumiex se jingħataw stipendju? Ma jidhirlux il-Ministru li dawn l-istudenti għandhom bżonn l-għajnuna daqs ħaddieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond l-avviż legali Regolamenti ta' l-1999 dwar l-Ghotjiet ta' Manteniment għal Studenti Post Sekondarji Terzjarji, l-istudenti kollha post sekondarji jew universitarji u mhux dawk li jattendu Giovanni Curmi Higher Secondary School biss, li jkollhom jirrepetu xi sena mill-kors magħżul ta' studju tagħhom, ma jkollhomx dritt għall-għotja ta' manteniment matul dik is-sena li huma jkunu qegħdin jirrepetu (Part 1 Para. 1)
Leg 9 PQ #19417 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jaf il-Ministru bl-anomaliji ta' riżultati f'eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena li saru fl-iskola Giovanni Curmi fejn, per eżempju, hemm min weħel mis-systems of knowledge, fejn ġab il-marka ta' 45 u ġie mogħti fail, filwaqt li min ġab marka anqas fl-istess tip ta' suġġett ġie mogħti marka C? Jekk jaf, jidhirlu li hemm lok ta' reviżjoni f'dawn il-marki biex ma jbatux l-istudenti kkonċernati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Systems of Knowledge ma ġiex assessjat permezz ta' eżami ta' l-aħħar tas-sena biss u għalhekk ma jistgħux isiru paraguni miegħu. Il-marki ma ngħatawx bħala ittri iżda bħala numri minn massimu ta' mija. L-istudenti li weħlu ġabu marki baxxi b'riżultat ibbażat fuq ix-xogħol ta' matul is-sena (modules) - 50% u fuq l-eżami - 50% oħra.
Leg 9 PQ #19419 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm is-sena li għaddiet (1999) studenti fl-Iskola Giovanni Curmi li kienu weħlu mill-eżamijiet u wara li talbu reviżjoni tal-karta ġew informati li kien hemm żball fil-marka li ġew mogħtija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda talba għar-reviżjoni tal-karta. Konsegwentament ħadd ma ġie nfurmat li l-karta ġiet riveduta u l-marka nbidlet. Ġew ikkoreġuti biss xi tlieta jew erba' żbalji klerikali li saru meta l-informazzjoni ddaħħlet fil-kompjuter, iżda ma saret ebda reviżjoni ta' karti.
Leg 9 PQ #19420 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jaf li fil-karta ta' l-eżami tal-ġeografija ta' l-Iskola Giovanni Curmi instabu diffikultajiet għaliex il-mappa li ġiet mogħtija lill-istudenti ma kenitx tingħaraf? X'sar biex dan jiġi rimedjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Giovanni Curmi, bejn Marzu u Ġunju saru 5 eżamijiet interni tal-Ġografija. F'Marzu kien hemm 2 eżamijiet fil-livell avvanzat u eżami wieħed fuq livell intermedjarju. Dawn l-eżamijiet qagħdu għalihom biss studenti tat-tieni sena. F'Ġunju kien hemm eżami wieħed fil-livell avvanzat u ieħor fil-livell intermedjarju li qagħdu għalihom studenti mill-ewwel sena. Minn dawn il-ħames eżamijiet, tlieta minnhom kien fihom mappa bħala bażi ta' xi mistoqsija. Waqt jew wara dawn l-eżamijiet, il-kordinaturi fl-iskola Giovanni curmi ma rċevew ebda lment dwar xi mappa mogħtija għall-eżami. L-istudenti kollha, ħlief wieħed għaddew minn dawn l-eżamijiet. Bħala eżerċizzji ta' sapport u moderazzjoni, l-għalliem tas-suġġett tkellem ma' l-istudent li weħel u ddiskuta miegħu ir-raġunijiet wara dak ir-riżultat negattiv. Anki f'dan il-każ ma ħariġx li kien hemm xi relazzjoni bejn ir-riżultat negattiv u l-kwalita tal-mappa kif stampata. Din il-mappa kienet riprodotta kif suppost, bħall oħrajn.