Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21654 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna jew kumpannija tressqet il-qorti, f'dawn l-aħħar ħames snin fuq boathouses, jew strutturi oħra bla permess fil-bajjiet ta' San Tumas, ta' l-Għadira, ta' l-Armier, ta' Baħar iċ-Ċagħaq, Qawra, San Pawl il-Baħar u bajjiet oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.

Korp Diplomatiku

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista uffiċjali tal-membri li jiffurmaw parti mill-Korp Diplomatiku, bil-grad tagħhom u fejn qegħdin iservu inkluż dawk fl-ambaxxati u f'xi dekasteru ta' xi ministeri oħra, kif ukoll jgħid x'inhuwa l-complement attwali u l-gradi?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21012 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Spetturi

Question

Billi madwar xahrejn ilu saru l-intervisti għall-ingaġġ ta' spetturi tal-VAT fid-dipartiment tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid: (a) ta' min hu r-responsabbilita' li joħorġu r-riżultati ta' dawn l-intervisti? (b) meta se joħorġu r-riżultati ta' dawn l-intervisti? (c) meta se jsir ir-reklutaġġ ta' dawn l-ispetturi?(d) kemm se jiġu reklutati spetturi tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Għażla għall-ingaġġ ta’ spetturi tal-VAT intbagħtu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru skond il-proċeduri u r-riżultati ser jinħarġu dalwaqt. Ir-reklutaġġ ser isir skond il-ħtieġa tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #21020 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir id-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq San Anard, Rabat f'Għawdex? Tafx li r-residenti ilhom li ħallsu għad-drenaġġ 20 sena, jiġifieri mill-1980?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qegħdin jiġu ppreparati l­ispeċifikazzjonijiet għall­ħruġ ta' l­offerti biex jingħata s­servizz tad­drenaġġ fl­inħawi ta' Triq San Anard, Rabat, f'Għawdex.
Leg 9 PQ #21021 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal-Qormi — Ċimiterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li fiċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi hemm sitt oqbra li kienu ġew mirduma? Kemm hemm oqbra vojta u li m'huma ta' ħadd fiċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien informat li ċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi hemm parti tal-gvern u parti tal-Knisja. Ma jirriżultax li fil-parti tal-gvern intradmu xi oqbra. Numru sostanzjali mill-parti tal-gvern hija tal-komun. Ma jirriżultax li hemm xi oqbra li m'huma ta' ħadd.
Leg 9 PQ #21006 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu s'issa biex tissolva l-problema maħluqa mit-tinġis ta' l-arja u ta' l-ambjent miċ-ċumnija ta' l-inċeneratur ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Meta sar l-aħħar rapport mill-awtoritajiet konċernati dwar din il-problema? X'se tagħmel il-Ministru fiċ-ċirkostanzi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l­awtoritajiet ta' l­Isptar qegħdin jistudjaw din il­problema u diġa' saru arranġamenti alternattivi li permezz tagħhom l­iskart maħruq mill­inċineratur ser jitnaqqas b'mod sostanzjali. Qegħdin jiġu mistħarrġa l­possibiltajiet kemm tat­tneħħija ta' l­inċineratur kif ukoll tat­tiswija ta' l­inċineratur preżenti.
Leg 9 PQ #21007 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ineħħu l-asbestos li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li hu ta' periklu għall-morda u għall-impjegati? X'passi qegħdin jittieħdu biex jiġi evitat kull periklu waqt ix-xogħol tat-tneħħija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li dwar il­preżenza ta' asbestos fl­Isptar Ġenerali ta' Għawdex saru żewġ rapporti, wieħed minn konsulenta privata u ieħor mill­Occupational Health and Safety Unit u t­tnejn taw r­rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar il­kas. Dawn ir­rakkomandazzjonijiet ġew segwiti mill­amministrazzjoni ta' l­isptar biex jittieħdu l­prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi evitat kull periklu li jista' jkun hemm. Bħalissa qegħdin jiġu proċessati l­offerti biex jitneħħa l­asbestos tal­Boiler House.
Leg 9 PQ #21008 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Toroq — Triq Fortunati Miżżi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa b'kollox s'issa t-trinka li qiegħda titħaffer fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex? Kemm kienet stmata qabel? Sa liema żmien kellha titlesta, u jekk dan iż-żmien issa skada għaliex ġara dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21009 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Is-Swar ta' Chambrai

Question

Tista' l-Ministru tgħid min ta l-permess biex parti mis-swar ta' Chambrai tiċċarrat? Jekk ħadd mill-Ministeru għal Għawdex ma ta permes, tista tgħid jekk għallinqas kenitx nfurmata li se ssir din l-istraġi? Jekk ma kenitx infurmata, x'passi se tieħu biex dawn l-affarijiet ma jirreptux ruħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x­xogħol li qed tirreferi għalih l­Onorevoli interpellant huwa kopert bil­permess ta' l­Awtorita' ta' l­Ippjanar, PA 3941/93 li nħareġ fil­31 ta' Lulju 1995.
Leg 9 PQ #21010 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Turiżmu

Question

Billi skond ma hu magħruf l-Ministru rċeviet rendikont ta' kemm ġew turisti f'Għawdex fix-xhur ta Ġunju, Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru, 2000 mingħand il-kumpanija tal-karozzi u tal-coaches ta' Għawdex, tista' l-Ministru tgħid kemm żdiedu jew naqsu t-turisti li żaru Għawdex fuq in-numru ta' turisti fl-istess xhur tas-sena l-oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Skond figuri mogħtija mill­Awtorita' dwar it­Trasport Pubbliku għax­xhur ta' Ġunju sa Settembru ta' din is­sena, jirriżulta li kien hemm nuqqas ta' 2.7% fuq is­sena l­oħra fin­numru ta' trips magħmula minn coaches f'Għawdex. Madanakollu, figuri sottomessi mill­Kumpanija Gozo Channel Co Ltd juru li għall­istess periodu kien hemm żieda ta' 1.63% fin­numru ta' passiġġieri li qasmu minn Malta għal Għawdex.
Leg 9 PQ #21011 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima tal-Mużewijiet — Membrane

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet mit-Taqsima tal-Mużewijiet f'Għawdex biex isir xogħol ta' tqegħid ta' membrane fuq il-bjut? Meta saru dawn it-talbiet? Meta ntlaqgħu? U jekk ma ntlaqgħux għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil­bidu ta' din is­sena saret talba mit­Taqsima tal­Mużewijiet f'Għawdex biex isir xogħol ta' tqiegħid ta' membrane fuq il­bjut tal­Mużewijiet f'Għawdex. Inħarġet sejħa għal kwotazzjonijiet u bħalissa dawn qegħdin jiġu aġġudikati.

Qormi — Triq Correa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat l-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it-triq li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan-nies li jkun mexjin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #20847 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Triq Correa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat l-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it-triq li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan-nies li jkun mexjin?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Qormi — One way

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru s-sinjali li juru ċar li l-parti ta' Triq il-Flora c/w ma' Correa Street, Ħal Qormi hija one way?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hija r-responsabilta` tal-Kunsill Lokali biex jara li s-sinjali tat-traffiku fil-lokalita` tiegħu juri b`mod ċar is-sistema tat-traffic management f`kull triq partikolari. Għaldaqstant, il-Kunsilli Lokali għandhom responsabilta` li ma jkunx hemm nuqqasijiet f`dan ir-rigward. Fiċ-ċirkostanzi, l-Onor. Interpellanta hija ġentilment mitluba tagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Qormi — Triq il-Vitorja - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi nstallat dawl li jindika li hemm zebra crossing ħdejn il-health centre ta' Ħal Qormi, fi Triq il-Vitorja, peress li minkejja li hemm din il-faċilita', il-fatt li m'hemmx dawl li jindikaha, xorta baqa' r-riskju għal min jagħmel użu minnha wara li jibda jbexbex jew jidlam?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku talab lill-Kunsilli Lokali biex il-pedestrian crossings li jinsabu fil-lokalitajiet tagħhom ikollhom il-markings u l-installazzjoni tad-dwal dejjem up to standard skond specifications mogħtija lilhom mill-Bord. Għaldaqstant, il-Kunsilli Lokali għandhom responsabilta` li ma jkunx hemm nuqqasijiet f`dan ir-rigward. Fiċ-ċirkostanzi, l-Onor. Interpellanta hija ġentilment mitluba tagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Qormi — Triq il-Correa - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Correa, Ħal Qormi ma ġietx irranġata kollha u tħalliet parti sostanzjali minnha fi stat disatruż? Jaf il-Ministru li l-parti li tħalliet mingħajr ix-xogħol meħtieġ hija l-parti li hija biswiet il-wied u li minnha jgħaddi ħafna ilmijiet? Jaf li f'din il-parti tat-triq jenħtieġ xogħol maħsub u ppjanat biex tiġi megħluba l-problema li jiffaċċjaw ir-residenti, fix-xitwa fil-ġranet tax-xita meta xi wħud minnhom saħansitra timtlilhom darhom bl-ilma? Jaf li f'din il-parti tat-triq jgħixu għadd ta' anzjani li f'dawn il-ġranet jgħixu f'biża' ġo darhom minħabba dawn l-ilmijiet? Meta se tiġi rranġata? Se jsiru l-culverts meħtieġa f'din it-triq biex jiġi evitat l-għargħar li jaħkimha kull darba li tkun ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq mhuwiex qed jagħmel xogħol fil-lokalita' minn naħa tiegħu. Ma dan kollu peress li l-Onor. Interpellanta qed tirreferi għall-ilma tax-xita li jkun ġej mit-toroq ta' l-inħawi, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex flimkien mal-Kunsill Lokali jirraporta fuq is-sitwazzjoni preżenti u wkoll jara min hu nkarigat u x'pjanijiet hemm għat-twettieq ta' xogħol fl-inħawi.
Leg 9 PQ #20842 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret bejn Awissu 1999 u Awissu 2000 fid-distrett ta' San Ġiljan? Kemm minnhom kienu serq minn residenzi, snatch and grab u serq minn vetturi? Kemm minnhom ġew solvuti? F'każ li nqabbdu persuni suspettati fuq serq naqas il-persentaġġ ta' serq fix-xhur ta' wara? X'etajiet kienu l-persuni susspettati fuq dan is-serq? F'dawk is-serqiet li ġew solvuti, kien hemm l-istess membri tal-korp tal-pulizija li kienu nvoluti? Jekk iva, f'kemm-il serq dawn il-membri partikolari kienu strumentali biex issolvew? Mil-liema sezzjoni setgħu kienu dawn il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar l-ewwel ħames partijiet tal-Mistoqsija għadu qiegħed jinġabar. Dwar l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija, il-każi jiġu investigati mill-Pulizija bħala Korp wieħed u mhux minn membri jew taqsimiet individwali. Fuq kollox għal raġunijiet ovvji ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dwar kif il-pulizija tikkordina l-ħidma ta` diversi sezzjonijiet fil-Korp fil-ġlieda kontra l-kriminalita` organizzata.

Qormi — Boys Scouts

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Boys Scouts ta' Ħal Qormi se jingħataw post xieraq minn fejn joperaw peress li ilhom mit-twaqqif tagħhom joperaw minn post taħt it-triq u bil-għan li anke jkunu jistgħu jkabbru l-attivita' tagħhom f'post fejn jenħtieġ ferm li jikbru u jissaħħu l-attivitajiet indirizzati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jistax jalloka postijiet jekk mhux biex jintużaw bħala residenza.
Leg 9 PQ #20844 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Boys Scouts — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Boys Scouts ta' Ħal Qormi se jingħataw post xieraq minn fejn joperaw peress li ilhom mit-twaqqif tagħhom joperaw minn post taħt it-triq u bil-għan li anke jkunu jistgħu jkabbru l-attivita' tagħhom f'post fejn jenħtieġ ferm li jikbru u jissaħħu l-attivitajiet indirizzati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li normalment ikunu l-għaqdiet infushom li jindikaw xi fond li jkun jista' jospita l-funzjonijiet tagħhom. Jekk il-Qormi Boy Scouts jafu b'xi propjeta` tal-Gvern mhux użata u li fil-lokalita` li tista' taqdi dawn il-ħtiġijiet u jagħmlu talba għaliha din tkun ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #20845 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Correa - Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat l-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it-triq li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan-nies li jkun mexjin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19922 (Seduta 392).