Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22169 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Arja — Livell ta' Lead Toxins

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux testijiet regolari biex jiġi kkalkulat il-livell tal-lead toxins fl-arja? Isiru testijiet regolari biex jiġu stabbiliti l-livelli ta' tossiċi oħra ambjentali? Jekk iva, fiż-żewġ każijiet, x'inhuma r-riżultati? U meta nkisbu? U l-frekwenza tat-testijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 21381 (Seduta 435) u 21815 (Seduta 445), nixtieq ninfurmah li testijiet fuq il-livelli ta' ċomb fl-arja sejrin jinbdew din is-sena. Is-sena li għaddiet (2000) sar monitoraġġ ta' sulphur dioxide, nitrogen dioxide, ozone, carbon monoxide u trab fin (PM10) fl-arja. Dan il-monitoraġġ sar permezz ta' mobile station tul il-perjodu Jannar - Awissu. Dawn ir-riżultati kienu pproċessati u ppubblikati fuq il-website tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u fuq il-mezzi tax-xandir. Ir-riżultati s'issa miksuba juru li b'xi eċċezzjoni, il-livelli misjuba jikkonformaw ma' standards ta' l-arja fl-Unjoni Ewropea. Il-livell ta' trab fin (PM10) iżda kien fil-maġġoranza tal-każi ogħla minn dak rakkomandat mill-Unjoni Ewropea.

Tfal — Trawma, Ansjeta' u Depression

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li batew minn trawma, minn ansjeta', jew minn depression matul dawn l-aħħar 10 snin, sena b'sena u skond l-etajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika, mid-dipartimenti jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kif mitluba mill-Onor. Intepellanti.
Leg 9 PQ #21760 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Gynae Ward

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni għaliex f'Room 16 fil-Gynae Ward fl-Isptar San Luqa f'Settembru 2000 ma kienx hemm la purtieri u lanqas paraventu? Saru l-purtieri u l-paraventi issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Talba għall-purtieri fil-Gynae Ward saret xi żmien ilu. Din it-talba qiegħda tiġi pproċessata u mistenni li dawn il-purtieri jinxtraw fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #22155 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Tfal — Livell ta' Tossiċi taċ-Ċomb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux testijiet fuq it-tfal dwar il-livell ta' tossiċi taċ-ċomb per eżempju fid-demm? Jekk iva, meta jsiru u l-frekwenza? X'qed jirriżulta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dawn it-testijiet inħadmu biss meta jkun hemm suspett ta` 'lead poisoning' fuq xi pazjenti li juri sintomi li jistgħu jindikaw 'lead poisoning'. Din hi problema rari ħafna w m'hemmx lok fejn nieħdu dawn it-testijiet b'mod regolari. Infatti, hawn Malta fl-aħħar ħames snin, kien hawn biss tlett każijiet ta` 'lead poisoning' fit-tfal.
Leg 9 PQ #22161 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Multigas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairperson ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ddikjara konflitt ta' interess f'laqgħa pubblika dwar l-iżvilupp propost tal-fabbrika tal-Multigas f'Ħal Kirkop,. ħax sehem fir-rapporti preliminari li l-awtorita' ħejjiet fuq din il-materja? Min huma l-esperti li ħadmu fuq dawn ir-rapporti u l-enviromental planning statement?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dikjarazzjoni ta’ interess fil-Multigas Limited ġiet depositata miċ-Chairman ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar mill-ewwel ġurnata li assuma r-responsabilita tiegħu bħala Chairman. Minħabba li kien wieħed mill-konsulenti tal-Multigas, fl-ebda stadju tal-proċess ta’ l-applikazzjoni ma ġie nvolut min-naħa ta’ l-Awtorita’. L-Environmental Planning Statement ġie ppreparat mid-Ditta tal-Periti Mangion & Mangion fuq 'terms of reference' maħruġa mill-Planning Authority u mid-Dipartiment għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent u l-esperti kienu: Professor Alfred Vella (Air Quality) John Demanuele (Noise Assessment) Eman Calleja & Viktoria Gaydarova Calleja (Ecology) John Ebejer (Visual Impact) Joseph Borg (Agriculture) Professor Anthony Bonanno (Archaeology).
Leg 9 PQ #22162 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Environmental Action Committee — Multigas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tingħata importanza l-petizzjoni li 96% tal-familja Koppini ffirmaw u li kienet organizzata mill-Environmental Action Committee fi ħdan il-Kunsill Lokali dwar l-oġġezzjoni għall-iżvilupp propost tal-fabbrika tal-Multigas mill-PA u l-Gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-oġġezzjonijiet/petizzjonijiet jiġu nnutati u pproċessati ma’ l-applikazzjoni. In-noti prinċipali ta’ l-oġġezzjonijiet jiġu nklużi fir-rapport ippreparat mid-Direttorat ta` l-Ippjanar. Qabel ma tintlaħaq deċiżjoni, dawn l-issues jiġu diskussi u kkunsidrati mill-Bord, flimkien ma’ l-issues mressqa mid-Direttorat ta` l-Ippjanar.

Dipartiment tas-Sigurta' — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm instabu każijiet mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ta' persuni li tħallsu benefiċċji soċjali iżjed milli kienu ntitolati minħabba żbalji min-naħa tad-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika bl-informazzjoni mitluba.

Day Centre — Sliema - Supervisor

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni għaliex s-Supervisor fid-Day Centre ta' Tas-Sliema laħqet wara biss tlett xhur meta hemm CSA li ilhom hemm is-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-CSA li qiegħda tmexxi d-Day Centre ta' tas-Sliema ntgħażlet fuq il-merti personali tagħha kif ukoll għax kienet diġa' qiegħda taħdem fuq id-distrett ta' dik il-lokalita'.

Uffiċjal ta' l-APNN — CSA

Question

Jaf l-Viċi Prim Ministru li l-uffiċjal ta' l-APNN għandu servizz ta' CSA bħala għajnuna għal ommu meta ommu lanqas biss tgħix miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tagħti spjega aktar ċara tal-mistoqsija ħalli d-Dipartiment ikun f'pożizzjoni aktar aħjar biex jinvestiga.

Day Centre — Sliema

Question

Jaf l-Viċi Prim Ministru li CSA li ġiet impjegata madwar sentejn ilu fid-Day Centre ta' Tas-Sliema qed tagħmel xogħol għal APAN waqt il-ħin tax-xogħol? Jekk jaf x'passi ttieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani jiċħad kategorikament l-allegazzjoni li CSA li taħdem fid-Day Centre ta' tas-Sliema tagħmel xogħol għal APAN waqt il-ħin tax-xogħol.
Leg 9 PQ #22155 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Tfal — Livell ta' Tossiċi taċ-Ċomb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux testijiet fuq it-tfal dwar il-livell ta' tossiċi taċ-ċomb per eżempju fid-demm? Jekk iva, meta jsiru u l-frekwenza? X'qed jirriżulta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

Tfal — Abbużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li ġew abbużati minn vjolenza fiżika u psikoloġika u minn sess matul dawn l-aħħar 10 snin? X'kienu l-etajiet tat-tfal? Kategorija, kategorija? X'passi ttieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Tfal — Rapporti ta' Neglect

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' tfal li ġew irrapportati b'neglect matul dawn l-aħħar 10 snin? Sena b'sena u skond l-etajiet? X'passi ttieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Twelid — Użu ħażin minn sustanzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa matul dawn l-aħħar 10 snin li kienu ommijiet u li jew kienu tqal u kienu qed jagħmlu użu ħażin minn sustanzi, sena b'sena u kategorija, kategorija? Kemm kien hemm nisa tqal li waqt it-tqala tagħhom kienu taħt programm ta' riabilitazzjoni? Kemm twieldu tfal minn dawn in-nies fil-perjodu msemmi? Irriżultaw xi diffikultajiet fit-tfal mat-twelid b'konsegwenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għada qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22159 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Tfal — Nutriment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tiegħu jagħmilx riċerka regolari dwar in-nutriment xieraq li għandu jingħata lit-tfal mit-twelid? Jekk iva, x'riżultati nstabu fl-aħħar riċerka li saret?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-dipartiment tal-Kura Primarja ma għamilx riċerki rigward nutrijenti xierqa li għandhom jingħataw lit-tfal tat-twelid imma jimxi fuq rakkomandazzjonijiet internazzjonali.
Leg 9 PQ #19873 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qormi - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex studenti li qegħdin f'Year 6 fl-iskejjel ta' San Ġorġ u San Bastjan, Qormi, jużaw xi kotba differenti minn xulxin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fir-Reliġjon, Studji Soċjali, Malti u Matematika, l-istudenit tas-sitt sena, fl-iskejjel ta' San Ġorġ u San Bastjan, qed jużaw l-istess kotba. Fl-Ingliż l-istudenti kollha qed jużaw il-kotba mogħtija mid-Dipartiment, (il-Pathway u Ladybird Reading Scheme). Għal dawk l-istudenti li huma iżjed kapaċi l-għalliema tas-sitt sena fl-iskola ta' San Bastjan, iddeċidew li jibdew jużaw in-Nelson (Development u Skills) filwaqt li l-għalliema ta' l-iskola ta' San Ġorġ qed jużaw handouts minn diversi kotba u Junior English u Hayden B24, skond l-abbilta` tat-tfal, b'rispett lejn il-prinċipju tad-diversita` kif hu imfisser fil-Kurrikulu Nazzjonali.
Leg 9 PQ #21656 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Fawna — Importazzjoni llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq l-importazzjoni llegali ta' speċi ta' fawna f'Malta f'dawn l-aħħar snin, mil-liema pajjiżi kienet? Teżisti xi forma xjentifika ta' xi speċi protetti li ġew maqbuda f'Malta? X'kien il-pajjiż indiġinu ta' dawn l-ispeċi?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21656 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Fawna — Importazzjoni llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq l-importazzjoni llegali ta' speċi ta' fawna f'Malta f'dawn l-aħħar snin, mil-liema pajjiżi kienet? Teżisti xi forma xjentifika ta' xi speċi protetti li ġew maqbuda f'Malta? X'kien il-pajjiż indiġinu ta' dawn l-ispeċi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1993 l`hawn, it-Taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija investigat 39 persuna li nstab li ppruvaw jimpurtaw speċi ta` flora u fauna protetti mill-Konvenzjoni tas-CITES, kif jidhru f`appendiċi 1,2 u 3 ta` l-istess konvenzjoni. Dawn kienu ġejjin mill-Ingilterra, Libja, Eġittu, Italja u Danimarka.
Leg 9 PQ #21760 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Gynae Ward

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni għaliex f'Room 16 fil-Gynae Ward fl-Isptar San Luqa f'Settembru 2000 ma kienx hemm la purtieri u lanqas paraventu? Saru l-purtieri u l-paraventi issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21760 qiegħda tinġabar. Risposta tingħata iktar tard.

Social Security — Miscellaneous receipts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' x'inhuma l-miscellaneous receipts taħt is-Social Security, Social Security Act, Care of the Elderly, Housing, Industrial and Employment Relations (Labour) kif inhu indikat fl-Estimi Finanzjarji fil-parti tar-revenue li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali fuq paġna 86?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il "Miscellaneous Receipts' taħt is-Social Security, Social Security Act, kif inhu ndikat fl-Estimi Finanzjarji fil-parti tar-Revenue li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali jirreferi għal dħul ta' flus bħal 'Conscious Money', refunds ta' overpayments li jkunu saru matul is-snin ta' qabel is-sena kurrenti, kif ukoll xi dħul ieħor li għalih m'hemmx indikat fl-estimi fejn irid jiġi mitfugħ. L-'Miscellaneous Receipts' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, huwa mistenni li jikkonsisti f'rifużjoni ta' salarji u xi dħul żgħir ieħor li jista' jkun hemm u li m'hemmx provvedimenti partikolari għalih fl-Estimi. Taħt id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi hemm dan id-dħul ta' flus kif indikat hawn taħt: Reimbursement of Loan re Self Employed Scheme Xiri ta' kopji ta' Industrial Tribunal Awards Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' Conditions of Employment (Regulations) Act Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' Wage Regulations Orders Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' National Standard Order Xiri ta' kopji mhux uffiċċjali ta' Industrial Relations Act Matul l-1999 u 2000 fid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali ma kienx hemm revenue taħt 'miscellaneous receipts'. Ammonti żgħar li kien hemm għas-snin ta' qabel kienu dovuti għal xi ħlas żejjed li sar mid-Dipartiment u li ġew rifużi lura.