Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistru Pubbliku — Abbużi Sesswali / Swat

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin u barranin (skond in-nazzjonalita') tagħhom, li sfaw vittmi ta' abbużi sesswali jew swat matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Abbużi Sesswali / Swat — Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-Aġenziji, Dipartimenti tal-Gvern u għaqdiet volotarji li qed jgħinu b'xi mod lil vittmi ta' abbużi sesswali u swat? Teżisti statistika ta' rapporti ta' reati bħal dawn imsemmija hawn fuq u mhux għand il-pulizija? Jekk teżisti statistika, x'inhija skond l-abbuż irrapportat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) u d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja huma l-entitajiet governattivi, li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, li huma l-aktar involuti fl-għoti ta' servizzi lill-vittmi ta' abbuż sesswali u swat. Hemm dipartimenti oħra li jaqgħu taħt Ministeri oħra, bħal ma huma l-Pulizija, d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u dak tas-Saħħa, li wkoll jagħtu servizzi relatati ma' dawn l-abbużi. Fin-nuqqas ta' reġistru nazzjonali tal-għaqdiet volontarji li jindika x-xogħol li kull għaqda volontarja tkun qiegħda tagħmel, jien nista nsemmi biss dawk l-għaqdiet li rċevew għajnuna finanzjarja mill-vot provdut fl-Estimi għal Sussidju għall-Istituzzjonijiet Privati. Dawn huma Dar Qalb ta' Ġesu u Dar Merħba Bik. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 20564 f'din l-istess Seduta.

Tfal — Abbużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li ġew abbużati minn vjolenza fiżika u psikoloġika u minn sess matul dawn l-aħħar 10 snin? X'kienu l-etajiet tat-tfal? Kategorija, kategorija? X'passi ttieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Twelid — Użu ħażin minn sustanzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa matul dawn l-aħħar 10 snin li kienu ommijiet u li jew kienu tqal u kienu qed jagħmlu użu ħażin minn sustanzi, sena b'sena u kategorija, kategorija? Kemm kien hemm nisa tqal li waqt it-tqala tagħhom kienu taħt programm ta' riabilitazzjoni? Kemm twieldu tfal minn dawn in-nies fil-perjodu msemmi? Irriżultaw xi diffikultajiet fit-tfal mat-twelid b'konsegwenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li statistika dwar in-numru ta' persuni li għandhom it-tfal u li jabbużaw minn xi sustanza llegali, bdiet tinġabar mill-1999. Matul l-1999 in-numru ta' nisa li attendew l-Aġenzija Sedqa għall-kura kien ta' 104, li minnhom 30 kienu ommijiet u bejniethom kellhom 54 tifel jew tifla. Għoxrin minn dawn it-tfal twieldu matul l-1999 u ħadd minnhom ma twieled b'xi abnormalita'. Matul l-istess sena ma kien hemm ħadd li kien għall-programm ta' rijabilitazzjoni waqt it-tqala. Ninsab infurmat ukoll li l-istatistika dwar is-sena 2000 għada qed tinġabar.

Toroq — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Ġuże' Duca, u dak li huwa magħruf bħala Sqaq it-Tiġieġ, hux se jibqa' jgħaddi minnhom it-traffiku bil-mod li kien qiegħed jgħaddi kemm ilu jsir xogħol fuq Imdina Road, jew inkella hux se jerġa' jiġi kollox għan-normal malli jitlesta x-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-arranġamenti tat-traffic flow fl-area inkwestjoni huma temporanji.
Leg 9 PQ #22838 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Impjant ta' Riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera dak li qed jingħad li fl-area magħrufa bħala Tal-Ħandaq, se jitwaqqaf impjant ta' riċiklaġġ? Jekk iva, x'tip ta' impjant hu? X'permessi għandu? X'environmental, noise eċċ impact assessments saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni għall-kostruzzjoni ta` impjant għas-separazzjoni ta` l-iskart fl-inħawi tal-Ħandaq. Bħalissa l-Awtorita` għadha qed teżamina l-applikazzjoni biex jiġi determinat jekk hux permissibli żvilupp ta` dan it-tip fil-post propost. Jekk jiġi deċiż li fil-prinċipju l-iżvilupp jista` jiġi kkunsidrat aktar fid-dettal, l-applikant jintalab jissottometti studju dettaljat dwar l-impatti fuq l-ambjent (EIA) li jkun ippreparat skond terms of reference maħruġa mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #22853 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Freeport Terminal — Faċilitajiet Sanitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċjali tad-Dwana li jaħdmu fil-guard room tal-freeport terminal għad ma ġewx mogħtija ll-faċilitajiet sanitarji? Ma jidhirlux li dan il-fatt illum aktar minn qatt qabel jmur kontra l-liġi l-ġdida dwar il-Health and Safety?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għamel arrangamenti biex il-Customs Assistants li jkunu xogħol fil-'gate' tal-Malta freeport jagħmlu użu mill-faċilitajiet sanitarji li hemm fl-uffiċċju tad-Dwana li qiegħed biss erba' passi 'l bogħod mil-Guard Room. Pero' xorta qiegħdin isiru taħdidiet mal-management tal-Malta Freeport dwar il-possibilita' li jiġu pprovduti faċilitajiet sanitarji fil-'Guard Room' tal-Assistenti tad-Dwana li hemm fil-bieb tal-Freeport. Ma jidhirx li l-fatt li wieħed jimxi ħames metri għall-faċilitajiet disponibbli għandu jitqies li jmur kontra l-'Health and Safety.
Leg 9 PQ #22862 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati — Allowance Extra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid peress li meta l-pulizija jidħlu jaħdmu fi ġranet ta' festi jitħallsu allowance extra, jista' jgħid jekk meta s-suldati jaħdmu fi ġranet jitħallsux xi allowance? Jekk le, x'inhija r-raġuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-kundizzjonijiet eżistenti li jirrigwardaw salarji u “allowances” lill-membri tal-Forzi Armati kienu mħabbra f’Ġunju 1993. Skond dawn il-Kundizzjonijiet, il-membri kollha tal-Forzi Armati sal-grad ta’ maġġur huma ntitolati għall-ħlas doppju biss meta jidħlu fil-Ħdud. Għalkemm ma jitħallsux “allowances” għax-xogħol fil-festi, wieħed irid iqis il-pakkett sħiħ ta’ benefiċċji li jgawdu minnu s-suldati. Irrid inżid li f’Forzi militari barranin mhix prattika normali li suldati jitħallsu żejjed, la fil-Ħdud u l-anqas fil-festi pubbliċi.
Leg 9 PQ #22863 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pre-Retirement Scheme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid il-pre-retirement scheme applikatax għall-ħaddiema tal-Gvern u għal Pulizija, tapplika għal membri tal-Forzi Armati Maltin? Jekk din l-iskema ma tapplikax għal dawn, jista' jgħid għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-“Pre-retirement Scheme” ma tapplikax għall-membri regolari (bl-uniformi) tal-Forzi Armati. Membri tal-Forzi Armati li jaslu biex jirtiraw, iżda, għandhom dritt li jieħdu 28 jum “terminal leave” skond Regolament 45 dwar in-Nomini u Kundizzjonijiet tas-Servizz (Forza Regolari) ta’ l-1970. Naturalment, il-“Pre-retirement Scheme” tapplika għall-ħaddiema pajżana li jaħdmu mal-Forzi Armati.
Leg 9 PQ #22864 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vapuri Navali Barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid l-għassa mill-Forzi Armati li ssir ma' vapuri navali barranin li jidħlu fil-Port il-Kbir, fuq l-art u anke minn fuq il-baħar, tingħata b'xejn jew bil-ħlas? Jekk bil-ħlas kemm? Jitħallsu extra s-suldati Maltin meta jagħmlu ħinijiet extra fuq xogħol bħal dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-għassa li qegħda ssir bħalissa mill-Forzi Armati kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art qiegħda ssir bla ħlas. Is-suldati mpjegati fuq din l-għassa qegħdin jaħdmu fuq xiftijiet normali u mhux qegħdin jaħdmu “overtime”.
Leg 9 PQ #22787 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Ta' Farsina - Laundry

Question

Peress li ta' kuljum joħroġ kwantita' ta' nugrufun minn laundry li taħdem qrib l-area residenzjali magħrufa bħala Ta' Farsina, f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mid-Dipartiment ta' l-Ambjent biex dawn l-emissions jiġu kkontrollati u mwaqqfa? Se jagħmel investigazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttur għad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
Leg 9 PQ #22788 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kors tal-facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-requirements għal applikanti tal-kors ta' facilitators? Kemm se jkun l-intake għal dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Jannar 2000, beda kors għal dawk il-Facilitators li kellhom is-Certificate in Support Learning in Inclusive Settings. F'Ottubru 2000 beda kors għal Facilitators li kellhom il-Pre-School Education Certificate jew il-Faculty Certificate in Education (Learning Support Trainees). Għall-aħħar ta' Frar ta' din is-sena se jibda kors ieħor għal dawk il-Facilitators li m'għandhom ebda kwalifika f'dan il-qasam. Il-parteċipanti, bħal fil-każ taż-żewġ korsijiet ta' qabel, iridu: * jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għal post ta' Facilitator: * jkunu impjegati bħala Facilitators mal-gvern jew fi skejjel tal-Knisja jew Indipendenti: u * jkunu nominati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa. Għall-kors ta' Frar 2001, l-intake se jkun ta' 120 li huwa l-massimu li wieħed jista' jieħu fid-dawl tar-riżorsi disponibbli.

Birzebbuga — Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom tafx bil-bżonn ta' telephone box fl-area ta' Triq il-Kitarristi u Triq l-Isbark tat-Torok f'B'Buġia? Jekk iva, meta se tiġi nstallata din it-telephone box? Jekk le, se tinvestiga dan il-bżonn biex tinstalla waħda fil-futur?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tesplora l-possibbilta' li tiġi nstallata "telephone box" fil-post indikat minnha.
Leg 9 PQ #22793 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti tal-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-intake ta' l-istudenti tal-mediċina matul dawn l-aħħar ħames snin fl-Universita', sena b'sena? X'kienu l-kwalifiki u l-grades mitluba kull sena, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti lokali li daħlu fil-kors tal-Mediċina matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 1996 - 61 1997 - 30 1998 - 35 1999 - 70 2000 - 60 Il-kwalifiki u l-grades mitluba kull sena, sena b'sena, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22796 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Kalkara tal-ġir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx x'effett qed ikun hemm fuq l-ambjent u saħħet in-nies, partikolarment ir-residenti fl-areas ta' Triq il-Ħammieri, Triq il-Ħelsien, Triq id-Deheb Fin, il-Wied u l-madwar f'Ħal Qormi, minħabba l-kalkara tal-ġir li hemm fil-wied? Jaf il-Ministru li ġieli jitqabbdu t-tyres biex isir il-ħruq meħtieġ fix-xogħol f'din il-kalkara? Id-dipartiment ta' l-ambjent għamel xi testijiet biex jiġu analizzati l-emissions li joħorġu fl-arja? Jekk saru, x'irriżulta? X'passi qed jieħu d-dipartment biex tittaffa din il-ħsara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex il-lokalita' msemmija, kif ukoll il-kalkara tal-ġir, tkun spezzjonata u biex jittieħdu l-passi jekk jinstab li qed isir xi abbuż. Infakkar li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għaddej bi programm ta' monitoraġġ ta' l-arja. Ir-riżultati miksuba jinsabu ppubblikati. Id-Dipartiment jieħu azzjoni kontra kull min jirriżulta li qed iniġġeż l-arja.

Impjiegi — Impressed drivers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk li kienu impressed drivers u li issa ġew ingaġġati mal-gvern, hux se jitnaqqsilhom xi flus mill-paga meta jieħu l-vacation leave tagħhom, minħabba li l-vettura tagħhom ma tkunx qed tintuża? Jista' jgħid xi kwalita' ta' ħlas ta' kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali ħallsu dawn l-istess ex-impressed drivers minn meta ġew ingaġġati bħala mpjegati tal-gvern, jekk hux kontribuzzjoni ta' ħaddiema jew inkella hux ta' self-employed kif kienu jitħallsu qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta ħaddiem li kien impressed driver ikun fuq vacation leave il-paga ma titnaqqasx iżda ma jitħallasx l-allowance marbuta mal-provvediment tal-karozza tiegħu. Minn meta ġew ingaġġati bħala mpjegati mal-Gvern, l-ex-impressed drivers ġew suġġetti li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali bħala mpjegati.
Leg 9 PQ #19876 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Parapethic Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parapethic teachers fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat? F'liema skejjel jattendu? Għalkemm ħin? Kemm hemm studenti fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat li jeħtieġu s-servizz ta' dawn l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 2000, in-numru ta' peripatetic teachers fl-iskejjel ta' l-istat laħaq il-170. Dawn jattendu fl-iskejjel Primarji kollha u uħud, bħal dawk tal-PSE, Home Economics u Drama jinkludu l-iskejjel sekondarji wkoll fil-ħidma tagħhom. Il-ħin tas-servizz ta' dawn l-għalliema huwa preċiż dak ta' l-għalliema l-oħra u jinżamm l-istess 'record' statutorju ta' l-attendenza tagħhom fl-iskejjel jew ċentri fejn jagħtu servizz. Fil-każ tal-peripatetic service kollu, barra dawk tal-Complementary Education, l-istudenti kollha jistgħu u għandhom dritt igawdu mis-servizz ta' dawn l-għalliema: fil-waqt li bħal issa hawn mat-800 tifla u tifel li ġew identifikati mill-iskejjel tagħhom li għandhom bżonn is-servizz tal-peripatetic teachers tal-Complementary Education.

Separazzjoni — Bilateral Agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jippjana xi tip ta' miżuri forsi permezz ta' bilateral agreements eċċ biex fejn irġiel li jkunu miżżewġin u li jkunu fi proċess ta' separazzjoni u jitilqu mill-pajjiż f'nofs il-proċess u jkunu għamlu d-dejn u jqiegħdu lil mara u lit-tfal f'saram ta' djun, ikun hemm il-faċilita' li jittieħdu l-passi kontra l-individwi kkonċernati biex isir ġustizzja?

Response (GATT, AUSTIN)

L-infurzar ta` manteniment f`pazziji ohra f`dawk il-kazi fejn dan ikun ordnat mill-Qrati Maltin jigi mill-ligijiet ta` dawk il-pajjizi. Fil-kazi ndikati mill-Onor. Interpellant, dan jiddependi minn reciprocita` bazata fuq ftehim bilaterali jew multilaterali.
Leg 9 PQ #22168 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ommijiet — Maternal Depression

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati ommijiet b'maternal depression matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b' sena? Kemm minnhom ingħataw trattament f'xi istituzzjoni tas-saħħa u kemm minnhom fuq outpatients basis? Din id-diffikulta' ħolqot problemi għal familji partikularment għat-tfal tagħhom? Jaf il-Ministru x'tip ta' diffikulta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li maternal depression m'hix kategorija fl-International Classification of Diseases - 10 (WHO), dawn id-depressions ġieli jiġu kklassifikati ma' depressions oħra u ma tinżammx statistika speċifikament.