Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24171 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Blat

Question

B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari nri. 23806 u 23807 dwar l-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex il-problema serja tal-ġrieden kbar li qed jinfestaw l-area, tiġi kkontrollata u mgħeluba

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden saru fl-inħawi tal-Blat II f'Ħal Qormi minn ħaddiema tar-Rodent Control ta` dan id-Dipartiment. Is-Sitwazzjoni sa tibqa` tiġi sorveljata sakemm il-problema tal-ġrieden tiġi kkonrollata u mgħeluba.

Boundary Wall

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23808 dwar l-għalqa fuq in-naħa ta' ġewwa ta' Triq l-Industrija li tiġi fuq wara tal-fabbrika Dowty u li tintuża bħala miżbla, tiġi mdawwra b'boundary wall biex ikun ta' deterrent għal min qiegħed iwaddabl-iskart. Peress li fit-tweġiba tal-Ministru għall-Ambjent ġejt infurmata li l-post imsemmi huwa responsabbilita' tal-Malta Development Corporationi, jista' għaldaqstant jwieġeb?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #24173 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Playing Field

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23810 dwar il-bini ta' playing field fl-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, li kien intqal li kellha ssir Triq il-Imħażen c/w Triq l-Industrija, peress li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Ċensu Galea irriferini għall-ministru konċernat.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jinsab f'qasam tad-djar tal-Gvern u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23811 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Streaming

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex, minkejja li fl-iskejjel primarji jsir l-istreaming, il-karti ta' l-eżamijiet ikunu l-istess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-differenzjar f'eżami biex jagħmel tajjeb għad-diversita` fl-abilitajiet tat-tfal tista' ssir sew b'karti differenti kif ukoll b'karti iggradati. Fis-sistema preżenti l-karti li jiġu miċ-ċentru huma ggradati.
Leg 9 PQ #23913 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'policy qiegħed jimxi biha d-Dipartiment tat-Taxxi Interni fir-rigward ta' refunds ta' l-income tax? Jista' jgħid kemm hemm tax payers pendenti li għandhom refund, sena b'sena, u l-ammont ta' kull sena? Meta jaħseb li dawn il-pendenzi jiġu klarifikati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija saret kemm il-darba. M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari nri. 15313 u 16937 rispettivament.
Leg 9 PQ #23914 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Dun Ġorġ Fenech

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex fi Triq Dun Ġorġ Fenech, Ħal Qormi, jispiċċa l-iżdingar, issir it-triq u titneħħa dik li qed tiġi żviluppata fi scrapyard?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #23915 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Carmelo Camilleri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex it-Triq Carmelo Camilleri, Ħal Qormi, tiġi mnaddfa biex jitneħħa l-iżdingar u tiġi meħlusa mill-ġrieden?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #23916 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar u x'qed isir biex il-każi ta' bullying li ġieli seħħew fl-Iskola Ġuże Galea, Ħal Qormi jiġu kkontrollati? X'qed isir biex il-bullies jiġu mogħtija l-għajnuna biex joħorġu minn din il-problema u x'qed isir biex jiġu mħarsa t-tfal l-oħra li jistgħu jispiċċaw vittmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap ta' l-Iskola ġie kkuntattjat u qal li l-każi kollha qegħdin taħt il-kontroll tiegħu. Saru wkoll kuntatti mal-Counsellor ta' l-Iskola u mal-membri tal-'Protect', u dawn qalu li ebda każ ma ġie rreferut lilhom mill-Iskola Ġuże` Galea ta' Ħal-Qormi.
Leg 9 PQ #23917 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegati b'Diżabilita'

Question

Jaf l-Ministru xi spejjeż żejda l-impjegati b'diżabilita' li jaħdmu fl-isptar San Luqa qed ikollhom jidħlu fihom? Jista' jgħid hemmx xi pjani biex dawn l-impjegati ma jkomplux iżiedu l-piżijiet finanzjarji li għandhom? Jekk iva. dawn x'inhuma? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid hux se jindaga biex jara x'jista' jsir ħalli dawn l-impjegati jiġu mogħtija għajnuna li għandhom bżonn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li xi ħaddiema b'diżabilita' li jaħdmu fl-Isptar San Luqa jużaw trasport organizzat minn grupp volontarju. Ta' dan is-servizz iħallsu 75 ċenteżmu kuljum flok 60 ċenteżmu kieku jużaw it-trasport pubbliku. Għalhekk dawn il-persuni jħallsu 15-il ċenteżmu iktar kuljum meta jmorru għax-xogħol. Ser ngħaddi s-suġġeriment lill-Ministru tal-Politika Soċjali biex jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #23805 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qormi - Trasport

Question

Jaf il-Ministru li studenti li huma residenti f'Tal-Blat II, Qormi, u jmorru l-junior lyceum tal-Ħamrun qed jiġu mwaqqfa fil-bypass ta' l-Imrieħel mill-ischool transport bil-konsegwenza li jkollhom jaqsmu din it-triq traffikuża u perikoluża? Jista' jieħu l-azzjoni meħtieġa biex dan ma jibqax isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti subien minn Ħal Qormi jattendu l-Junior Lyceum tal-Ħandaq u mhux tal-Ħamrun. Hemm biss sitt studenti minn Ħal Qormi li jattendu l-Ħamrun Junior Lyceum. Dawn jużaw trasport li jgħaddi minn ħdejn il-Knisja tal-Marsa għall-Housing Estate ta' Maria Reġina Marsa, Qormi San Bastjan u jkompli għall-Qormi San Ġorġ.
Leg 9 PQ #23806 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tal-Blat - Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi regolari biex l-area magħrufa bħala fuq Tal-Blat II, Qormi, ma tibqax infestata bil-ġrieden?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23807 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tal-Blat - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex inspection box tad-drainage fi Triq l-Industrija fl-area magħrufa bħala Tal-Blat II , Qormi, tiġi magħluqa tajjeb u ma tibqax mikxufa biex l-area ma tibqax infestata bil-ġrieden kbar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Wara spezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ fi Triq l-Industrija, l-area magħrufa bħala Tal-Blat II, Qormi irriżulta illi t-tappieri huma kollha mgħottijin sewwa. Kien hemm tappiera illi forsi l-Interpellant qed tirreferi għaliha illi ġiet mgħottija bil-konkos minn xi individwi. Rigward il-problema tal-ġrieden, nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23808 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Imrieħel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li għalqa fuq in-naħa ta' ġewwa ta' Triq l-Industrija li tiġi fuq wara tal-fabbrika Dowty u li tintuża bħala miżbla, tiġi mdawwra b'boundary wall biex ikun ta' deterrent għal min qiegħed iwaddab l-iskart?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa responsabbilta' tal-Malta Development Corporation. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Impressed Drivers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal impressed drivers li għadhom ma ġewx mogħtija l-appointment biex isiru ħaddiema mal-gvern? F'liema dipartimenti qegħdin? Veru li dawk li qegħdin mal-gvern meta jieħdu s-sick leave jew il-vacation leave, tinqatalhom xi ħaġa mill-paga minħabba li l-vettura ma tintużax?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellanti għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22798 f'Seduta 473.

Qormi — Tal-Blat - Playing Field

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-playing field li ġiet imwegħda lir-residenti ta' l-area fuq Tal-Blat, Qormi, u li ntqal li kellha ssir fi Triq l-Imħażen c/w Triq l-Industrija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Qormi — Tal-Blat - Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-attenzjoni tiegħu għal bżonn kbir u urġenti li għandhom ir-residenti fl-area ta' Tal-Blat II Ħal Qormi li biex imorru fil-qalba tar-raħal, ħafna minnhom ikollhom jaqsmu l-bypass ta' bejn Ħal Qormi u l-Imrieħel, minħabba li din hija l-eqreb triq? Jista' l-Ministru jara li jiġu nstallati xi tip ta' traffic lights, eċċ f'dan il-post li huwa wkoll triq passaġġa għal ħaddiema li jaħdmu fl-industrial estate ta' l-Imrieħel u għal tfal li jkollhom jirkbu l-private ta' l-iskola mill-bypass?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment diġa ġab l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex subway eżistenti fil-lokal tiġi rranġata sabiex tkun tista' tintuża mill-pubbliku, u qegħdin jittieħdu passi sabiex jiġu ppubblikati s-sejħiet għal offerti biex ix-xogħol neċessarju jkun jista' jsir.
Leg 9 PQ #23785 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Kinussen

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Kinussen huma out of stock? Meta se jkunu in stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-pilloli Kinussen 10mg ma għadhomx out of stock. Dawn il-pilloli bdew jitqassmu fil-5 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23787 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ortopaedic Ward II

Question

Jista' l-Ministu jgħid x'arranġamenti ta' l-ikel hemm għal pazjenti f'ortopaedic ward II fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jara li jkun hemm ikel aktar varjat għal pazjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ikel ta' l-imsemmija ward jinħadem b'sistema ta' pre-plating u jittella fi trolley apposta darbtejn kuljum. Din is-sistema ta' l-Orthopaedic Wards hi differenti minn tal-wards l-oħra, għax kull pazjent jirċievi l-porzjon tiegħu ġo food tray. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-Menu għall-ġimgħa sħiħa, li jista' jingħażel mill-pazjent.
Leg 9 PQ #23789 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ortopaedic Ward II

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti ta' tindif hemm fl-ortopaedic ward II fl-Isptar San Luqa? Huwa konxju tat-tgergir mill-pazjenti fuq in-nuqqas ta' indafa li hemm f'dan il-ward? Jekk iva, x'qed isir biex dawn l-ilmenti jiġu indirizzati? Jekk le, x'se jsir biex tissolva din il-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li qatt ma waslu lmenti fuq l-indafa fl-Orthopaedic Ward II.
Leg 9 PQ #23790 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Book Binding Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-book binding section li kienet imwaqqfa fl-Isptar Mt Carmel? Veru li ġiet żarmata? Jekk via, għaliex, u min qed jagħmel dan ix-xogħol issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar snin ix-xogħol fis-sezzjoni tal-book binder naqas ħafna u ma kienx hemm aktar bżonn ta' persuna full time. Biex isir użu aħjar mir-riżorsi umani, l-book binder qiegħed jiftaħ l-istationery office ta' l-isptar matul il-ħin ta' filgħodu u wara nofs in-nhar jagħmel xogħol konness mal-book binding. Ta' min jgħid li l-workshop tal-book binder ma fih ebda makkinarju modern u x-xogħol isir kollu bl-idejn. Minħabba f'hekk, dan ix-xogħol jieħu ħafna żmien u jiġi jiswa ħafna aktar milli kieku jingħata lill-privat. Ix-xogħol li għadu jsir huwa xi xogħol ħafif għall-istess sptar jew xi xogħol ieħor konness mal-pazjenti li minħabba n-natura kunfidenzjali tiegħu, jkun aktar xieraq li ma joħroġx mill-isptar.