Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni li tqassmet u rakkmandazzjonijiet jew riżultati li nkisbu fil-forum tal-klijenti li ġew organizzati mill-ETC is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Waqt il-fora tal-klijenti organiżżati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol ut-Taħriġ is-sena l-oħra ġew imqassma dawn id-dokumenti:
Fl-ewwel forum - A Draft National Plan for an IT Literate Workforce;
Fit-tieni forum - Paper dwar Traineeships;
Fit-tielet forum - Draft Business Plan tal-Korporazzjoni.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Draft National Plan for an IT Literate Workforce u tal-Paper dwar Traineeships. Kopja tal-Business Plan tal-Korporazzjoni ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra mat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 21024 f'Seduta 422.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibni t-toroq ta' biswit il-blokki l-ġodda ta' appartamenti f'Ħal Farruġ, bil-għan li l-istat diżastruż li ilhom jinsabu fihom, jispiċċa darba għal dejjem?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar tal-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mal-Kunsill Lokali qed jieħdu passi biex iwettqu proġett ta` Embellishment fuq medda ta` tlett snin miż-żona msemmija liema pjan qiegħed għall-approvazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħda tieħu l-pulizija biex ma jibqgħux jiġu żarmati karozzi fi triq qrib il-blokk G f'Ħal Farruġ, għad-detriment ta' l-ambjent ta' l-area u għar-residenti li jgħixu hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qatt ma kellha rapporti dwar dan l-ilment. Barra minn hekk, infurmat ukoll, illi saru spezzjonijiet fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, pero` irriżulta li ma hemmx karozzi żarmati.
Peress li l-blokki ta' appartamenti f'Ħal Farruġ, Ħal Luqa, huma proprjeta' tal-gvern u peress li hemm bini ma' blokk G li kienu ppjanati bħala ħwienet u li sal-lum għadhom magħluqin, jaf il-Viċi Prim Ministru li hemm boundary wall ta' dawn il-ħwienet li jiġi livell ma' twieqi ta' appartamenti b'riskju ta' sigurta' għal dawn il-familji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellanti lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga. Billi f'din iż-żona ser isir proġett ta' "landscaping" mid-Dipartiment flimkien mal-Kunsilli Lokali aktarx li jekk ikun hemm bżonn isir xi xogħol, dan jiġi inkorporat fil-proġett.
Peress li l-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa hija area fejn il-gvern għandu ħafna proprjeta' u fejn hemm proprjeta' tal-gvern magħluqa u li kienet ippjanata meta nbniet biex isservi għal ħwienet biex jagħtu servizz ta' kuljum lir-residenti, jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid meta din il-proprjeta' se tingħata għal ħwienet bil-għan li l-għadd ta' familja fl-area jibdew jinqdew fil-bżonnijiet ta' kuljum mingħajr ma jkomplu jbatu minn inkonvenjenzi kbar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ħwienet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ser jinħarġu għall-bejgħ bl-offerti f'qasir żmien mill-Awtorita' tad-Djar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mit-tabib tal-gvern fuq impjegati rapportati morda matul ix-xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena, xahar b'xahar? Kemm minn dawn l-impjegati kienu nisa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija hawn taħt:
Visti lill-impjegati
Visti lill-impjegati nisa
Visti matul Jannar
259
92
Visti matul Frar
289
127
Total
548
219
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21677?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett listi li jagħtu t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Il-lista numru wieħed turi l-membri regolari li jiffurmaw parti mill-Korp Diplomatiku li wħud minnhom qed iservu fil-Head Office Malta jew Ministeri oħra u oħrajn fl-ambaxxati. Il-lista numru tnejn turi uffiċċjali oħra li qed iservu fl-ambaxxati. Il-lista numru tlieta turi l-ambaxxaturi akkreditati fuq bażi non-resident.
Il-complement attwali u l-gradi huma kif jidhru fil-listi msemmija iżda dan il-complement mistenni jinbidel hekk kif tkompli sseħħ ir-restructuring tal-Ministeru. Fil-fatt bħala parti minn dan il-proċess sar eżami għar-reklutaġġ ta' Second Secretaries u tmienja mill-ħdax li għaddew minn dan l-eżami mistennija jibdew jaħdmu fil-Ministeru minn nhar it-Tnejn 2 ta' April 2001.
B'riferenza għal mistoqsija u tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 23809 li kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li kienet tgħid hekk: Jista' jgħid kemm fadal impressed drivers li għadhom ma ġewx mogħtija l-appointment biex isiru ħaddiema mal-gvern? F'liema dipartimenti qegħdin? Veru li dawk li qegħdin mal-gvern meta jieħdu s-sick leave jew il-vacation leave, tinqatalhom xi ħaġa mill-paga minħabba li l-vettura ma tintużax, jista' l-Prim Minstru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija rilevanti kif indikat mit-tweġiba tal-Viċi Prim Ministru??
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li hemm żewġ “Impressed Drivers” li għadhom ma ngħatawx il-ħatra ta’ “labourers (ex Impressed Drivers)” peress li l-“Public Service Commission” talbet aktar kjarifiki dwar iż-żewġ każi.
Jista' l-Ministru jgħid hux informat li x-xogħol fuq l-iskola Lorenzo Gafa boys secondary tal-Birgu waqa' lura b'xhur?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, ġejt informat li x-xogħol fuq l-iskola sekondarja tas-subien Lorenzo Gafa' fil-Birgu waqa' lura peress li nqalgħu problemi serji ta' pedamenti meta twaqqgħet il-blokka l-antika u kien għalhekk meħtieġ li jsiru testijiet biex jassiguraw li l-blokka l-ġdida tinbena kif meħtieġ. Dan il-proċess ħa tul ta' żmien konsiderevoli u kien meħtieġ li jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Peress li fix-xogħlijet strutturali kien jidher li sejjer jinqabeż il-valur tal-kuntratt kif mogħti mid-Dipartiment tal-Kuntratti, l-istess Dipartiment iddeċieda li għandha toħroġ offerta ġdida għal xogħlijet ta' finitura. Din l-offerta fil-fatt qiegħdha fi stadju ta' aġġudikazzjoni u hu mistenni li fl-ewwel ġimgħa ta' Mejju 2001 il-kuntrattur appuntat mid-Dipartiment tal-Kuntratti jagħti bidu għax-xogħol meħtieġ. Filwaqt li kien għaddej dan kollu, ix-xogħlijiet ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi ma twaqqfu f'ebda mument.
Jaf il-Ministru li ġie tterminat qabel iż-żmien it-tender ta' l-ideal dwellings? Jekk dan hu minnu lil min ingħatat t-tender, meta se jibda x-xogħol u meta hu mistenni li jintemm fl-iskola Lorenzo Gafa' Boys Secondary school, Birgu
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ġiet mgħarrfa mid-Dipartiment tal-Kuntratti li peress li x-xogħlijiet esegwiti mill-kuntrattur Ideal Dwellings (Turnkey) Ltd qabżu l-valur ta' l-offerta kif ingħatat mill-istess Dipartiment għar-raġunijiet li ngħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Numru 24893, ġie deċiż li dan il-kuntratt tax-xogħol jingħalaq. Kif spjegajt fl-istess tweġiba hawn ċitata, fil-preżent l-offerti għal xogħlijiet ta' finitura qegħdin fi stadju ta' aġġudikazzjoni u hu previst li x-xogħol jinbeda f'Mejju 2001.
Jaf il-Ministru bl-istat ta' nuqqas ta' kuntentizza minħabba l-periklu u nuqqas ta' iġjene, bħala riżultat tal-bini, fl-iskola Lorenza Gafa' boys secondary school, Birgu u li dan qed jaffettwa l-moral ta' l-istaff, ġenituri u studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Dan wieħed jifhmu meta jaf li fi kwalunkwe post fejn ikun qed isir xogħol ta' kostruzzjoni, kif qed jiġri f'dan il-każ, jinqalgħu trabijiet, ħsejjes u mitt inkonvenjent ieħor.
Biss kulħadd japprezz li bl-estensjonjijiet li qed isiru, din l-iskola se tkun attrezzata ferm aħjar għall-ħtiġijiet skolastiċi ta' dawn iż-żminijiet.
Bix-xogħol li sar s'issa, il-faċilitajiet rikrejattivi u akkademiċi fl-imsemmija skola żdiedu. Għad jonqos aktar xogħol u kulħadd jaf li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel dak kollu possibbli sabiex ix-xogħol jitlesta fl-inqas żmien u jitneħħa kull inkonvenjent li jġib miegħu.
Wieħed japprezza wkoll li xogħol ta' titjib kbir estensiv jieħu żmien biex jitwettaq, sepċjalment jekk jinqalgħu problemi mhux mistennija kif hu f'dan il-każ. Wieħed irid josserva li t-tkabbir u t-tijib sosanzjali fl-iskola għandhom jagħtu ħajja ġdida li tixraq lill-ambjent edukattiv ta' l-istudenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kriterji li fuqhom il-planning authority toħroġ permessi f'areas residenzjali għal restaurants? X'inhuma l-impatti li tikkunsidra bħala kriterji li fuqhom tiddeċiedi f'dan it-tip ta' każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, kemm minħabba l-ħtiega ta’ parking kif ukoll minħabba impatt li jista` jkollu fuq ir-residenti, il-kriterju prinċipali huwa d-daqs tar-restorant. Ovvjament akbar ma jkun ir-restorant aktar ikun hemm ħtieġa ta’ parking u aktar ikun l-impatt fuq ir-residenti. L-Awtorita` ta’ l-Ippjanar tqis ukoll x’hemm fl-area madwar ir-restorant propost. Jekk l-area in kwestjoni hija ddominata b’attivita kummerċjali, ikun aktar favorevoli li jinħareġ permess milli kieku l-area hija purament residenzjali.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23505 dwar stipendji ta' l-institute of health care, jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-verifiki msemmija dwar il-każ u x'riżultati inkisbu?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif wegħdt fir-risposta għall-Mistoqsija 23505, saru l-verifiki meħtieġa kemm ma' l-amministrazzjoni ta' l-Institute of Health Care kif ukoll mat-taqsima tat-Teżor inkarigata minn dawn il-ħlasijiet u ma rriżulta li kien hemm ebda dewmien kif allegat.
Anqas l-Istitut stess ma kellu ilmenti minn studenti li rċivew il-ħlasijiet tagħhom tard bi tliet ġimgħat kif kienet infurmata l-Onor. Membru. Jekk kien hemm xi każ partikolari li l-Onor. Membru taf bih u tista' tagħtini d-dettalji tiegħu, inkun nista' nerġa' nitlob li ssir verifika partikolari għal dan il-każ.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnu l-apparat tat-traffic lights li kien hemm f'salib it-toroq, Rabat, Għawdex? Tista' tgħid jekk hux se jitwaħħal x'imkien ieħor? Jekk iva, fejn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li peress li għalissa m’hemmx użu tiegħu, l-apparat tat-traffic lights li kien hemm f’salib it-toroq, ir-Rabat, Għawdex huwa maħżun fl-istores tar-Roads Section, Fergħa tax-Xogħlijiet, tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati Għawdxin li jaqgħu taħtha, u skond il-grad, spiċċaw mill-impjieg bl-eta' matul is-sena 2000? Kemm spiċċaw minħabba mard? Kemm spiċċaw minħabba raġunijiet oħra, per eżempju, mewt, tkeċċija, riżenji, eċċ.?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 kien hemm 61-il impjegat tal-Ministeru għal Għawdex li spiċċaw mill-impjieg. 43 minnhom spiċċaw mill-impjieg bl-eta’, 7 minħabba mard, wieħed minħabba mewt u 10 rriżinjaw. Id-dettalji dwar dawn l-impjegati skond il-grad jinsabu fit-tabella mehmuża.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm kawżi ta' separazzjonijiet pendenti quddiem il-qorti ta' Għawdex matul is-sena 2000? Kemm minnhom daħlu f'dik l-istess sena? Kemm inqatgħu jew ġew irranġati matul dik is-sena?
Billi x-xitwa li għaddiet kienet waħda verament xotta għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid jekk ħaditx passi mal-korporazzjoni ta' l-ilma biex isir studju dwar is-sitwazzjoni tal-water table f'Għawdex u l-impatt fuq l-istess water table mill-ħafna boreholes li saru f'dawn l-aħħar snin li jista' jkun wieħed verament negattiv u li jirrovina l-ilma tal-pjan f'Għawdex?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat li l-leave tal-maternita' jitħalla f'idejn l-individwu biex tagħżel jekk teħdux, per eżempju, kollu wara t-tqala?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f'diskussjonijiet relatati ma' l-emendi għall-Att dwar il-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg, qiegħda tiġi kkunsidrata l-possibilita' ta' flessibilita' fit-teħid tal-leave tal-maternita'.