Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25064 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Phone Antennae — Riskji għas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif l-antennae tal-mobile phones ġew miżmuma milli jeħlu ma' l-iskejjel u fl-istess waqt ma ġewx miżmuma milli jeħlu ma' bjut ta' djar residenzjali? Jekk l-awtoritajiet ħassew il-ħtieġa li jwaqqfu t-twaħħil ta' dan l-appart ma ċertu bini minħabba xi riskji għas-saħħa, ma jidhirlux l-Ministru li għandhom jittieħdu 'l passi biex dan l-istess apparat ma jitwaħħalx fuq bjut f'areas residenzjali għaliex il-kriterji applikati fl-ewwel każ japplikaw għat-tieni każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt ma` waqqaf it-twaħħil ta` antennae tal-mobile phone ma` l-iskejjel.
Leg 9 PQ #25065 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz Pubbliku - Trasferimenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20415 li kienet ġiet sottomessa fid-19 ta' Ottubru dwar kemm ħaddiema Għawdxin fis-servizz pubbliku li kienu jaħdmu Malta ingħataw trasferimenti għal Għawdex minn Settembru 1998 sa' Settembru 2000? Xi kriterji ntużaw biex dawn ġew trasferiti? Min huma? F'liema dipartimenti kienu u fejn intbagħtu f'Għawdex u meta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li minn Settembru 1998 sa Settembru 2000 kçn hemm 94 ħaddçm li kçn trasferit mid-dipartimenti f’Malta għad-dipartimenti/fergħat li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Dawn l-impjegati kçnu trasferiti għal Għawdex a bażi ta’ l-anzjanita’ tagħhom. Kçn hemm ukoll 28 ħaddçm li kçnu trasferiti għal Għawdex b’konnessjoni mat-trasferiment ta’ funzjonijçt tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali minn Malta għal Għawdex. Dawn il-ħaddçma kçnu trasferiti għal Għawdex fuq bażi tal-lista ta’ l-iskrivani skond l-anzjanita’. Barra minn dawn, kçn hemm 8 ħaddçma li kçnu trasferiti fuq bażi temporanja minn Malta għal Għawdex minħabba raġuni medika jew tqala. L-informazzjoni dwar id-dipartimenti f’Malta li fihom dawn l-impjegati kçnu jaħdmu kif ukoll dik dwar dawk id-dipartimenti/fergħat f’Għawdex li fihom intbagħtu jaħdmu u tad-dati rispettivi ta’ dawn it-trasferimenti qçgħdin jingħataw separatament fil-lista annessa.

Enemalta — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi nstallat l-street lighting għal parti tat-triq li tiġi l-isfel fi Triq id-Dragun, Ħal Qormi u li tmiss ma' Triq il-Ħelsien, magħrufa bħala New Street fi Triq il-Ħelsien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba biex jiġi provdut dawl adekwat fi Triq id-Dragun Ħal Qormi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24956 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Infestazzjoni ta' Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment ta' l-ambjent se jieħu xi passi biex l-area li tinsab bejn it-toroq Ġuże Cardona u Ġorġ Zammit f'Ħal Qormi u li fiha qed jitwaddab l-iskart bil-konsegwenza ta' infestazzjoni ta' ġrieden tiġi almenu magħluqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #24957 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tfal minn Ħal Qormi li jattendu Skola Sport m'għandhomx trasport organizzat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ma jipprovdix trasport għat-tfal li jattendu s-sessjonijiet ta' nhar ta' Sibt ta' Skolasport. F'ċertu lokalitajiet, dan is-servizz qiegħed jiġi provdut fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #24958 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Ministru se jieħu passi biex isiru arranġamenti aħjar tat-trasport għall-istudenti minn Ħal Qormi li jattendu l-Junior Lyceum ta' Santa Tereza, li minħabba li jsiru vjaġġi qabel, jaslu tard l-iskola u minħabba f'hekk hemm uħud li qed iħallsu van privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond l-uffiċjal inkarigat mit-Trasport ta' tfal fl-uffiċju tal-Public Transport Association, irriżulata li karozzi minn Ħal-Qormi għall-Junior Lyceum ta' l-Imrieħel, il-Karozzi jaslu l-iskola, Rotta Farsina fit-8.15a.m., Rotta San Ġorġ fit-8.05a.m. Skond l-uffiċjal inkarigat mit-Trasport ta' tfal fl-uffiċju ta' l-Unsheduled Bus Service, il-karozzi jaslu l-iskola, Rotta Mdina Road fit-7.45a.m., Rotta Xibi fit-8.10a.m. Ma jidhirx li hemm għalfejn jinkrew vannijiet privati meta l-iskola tibda fit-8.30a.m.

Mdina Road — Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta issa se jiġu nstallati t-traffic lights f'Mdina Road f'Manwel Dimech Street, Ħal Qormi, issa li l-proġett ta' Mdina Road jidher li wasal fil-fażi finali tiegħu, kif wara kollox l-Ministru stess kien stqarr f'mistoqsija parlamentari li kont ressaqt xhur ilu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol wasal fl-aħħar u t-traffic lights jitwaħħlu malli x-xogħol f'dan l-aħħar stadju jitlesta.
Leg 9 PQ #24960 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Competency Test

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24620 dwar x'sar min dawk li għamlu l-kors l-ETC speċi ta' competency test u kisbu ċ-ċertifikat bħala tradesman mal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi, konformi mal-provvedimenti tal-Ftehim tal-Klassi Industrijali milħuq mill-Gvern ma’ l-unions fl-1994, u kif imħabbar miċ-Ċirkulari tal-MPO Nru B11 36/95 tal-4 t’Awissu, 1995, ingħatat l-opportunità lil dawn il-gradi biex jiksbu Ċertifikat ta’ Kompetenza f’xi sengħa li jagħżlu. Iċ-Ċirkolari kienet tgħid ċar li dan ma kienx ifisser li dawk li jġibu ċ-ċertifikat jidħlu awtomatikament fil-grad ta ‘Tradesman’, iżda dan iċ-ċertifikat jagħmilhom eleġibbli biex japplikaw meta u jekk ikun hemm xi sejħa għall-applikazzjonijiet. Dawk li ressqu applikazzjoni u ntagħżlu, daħlu fil-klassi tat-Tekniċi u komplew il-karriera tagħhom fl-istruttuta tal-Gradi Tekniċi.

Qormi — Triq l-Imdina

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24618 dwar għaliex ix-xogħol fuq Triq Guże Duca u Triq l-Imdina f'Ħal Qormi waqaf u meta huwa ppjanat li x-xogħol f'dawn it-toroq jitlesta kompletament, jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija fir-rigward ta' Triq l-Imdina peress li fit-tweġiba tiegħu ma ta l-ebda tagħrif?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta parlamentari Nru. 24618 li ovjament tkopri x-xogħol kollu fil-proġett li qed isir fil-lokalita`.
Leg 9 PQ #24950 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Part-Timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa minn ħaddiema part-timers matul is-sena 2000, b'dawn id-dettalji:- Numbru ta' ħaddiema part-timers as a primary job nisa u rġiel u l-ammont ta' taxxa bejniethom u numru ta' ħaddiema part-timers as a secondary job nisa u rġiel u l-ammont ta' taxxa mħallsa bejniethom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jikklassifika impjiegi bħala ‘main’ jew ‘secondary’ fuq bażi ta’ kemm ħaddiem għandu impjiegi. Għad-Dipartiment ‘part-time’ job ifisser ‘secondary’ job. Ħaddiem b’impjieg wieħed - kemm jekk ‘full-time’ jew ‘part-time’ huwa kkalkulat bħala li għandu ‘main’ employment. Ħaddiema li matul is-sena 2000 kienu reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li kellhom ‘part-time’ job (skond kif ikklassifikat hawn fuq) kienu kif jidher hawn taħt. Jidher ukoll l-ammont ta’ emolumenti mħallsa u t-taxxa miżmuma. Females Males No Emoluments Tax No Emoluments Tax 3,456 2,009,369 223,517 10,104 7,352,026 1,278,153

Għargħar

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23719 'Triq l-Għargħar 1979'. Jista' l-Ministru jgħid meta s-survey li ġie kkummissjonat dwar iz-zona tal-Wied ta' Ħal Qormi u Triq l-Għargħar 1979 u l-madwar dwar l-għargħar se jiġi konkluż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ikkummisjona l-uffiċċju tas-Survey ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jagħmlu dan is-survey u peress li l-area hija viċin Triq Dun Mario u l-akwati tagħha fejn kien hemm talba minn l-istess Onor. Interpellanta rigward problemi ta' l-ilma, d-Dipartiment ħa ħsieb li jiġbor l-informazzjoni dwar l-area kollha u hu nfurmat li s-survey ikun lest sa l-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.

Qormi

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibilita' li jitwaħħal d-dawl fi Triq Anġlu Borġ, Ħal Qormi minħabba li din it-triq tinsab kompletament bla dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24954 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Air Pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bil-għan li l-petrol u d-diesel użat partikolment għal vetturi jiġi speċi ta' ffiltrat ħalli jitnaqqas l-exhaust u l-air pollution?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-exhaust u t-tniġġiż ta' l-arja ma jonqsux billi wieħed jiffiltra l-petrol jew id-diesel. Passi għaqlin li ħa l-Gvern dan l-aħħar kienu: 1. L-importazzjoni ta' diesel b'kontenut baxx ta' kubrit (low sulphur diesel) li seħħ minn Frar 2001, u 2. L-importazzjoni ta' petrol b'kontenut baxx ta' ċomb li seħħ minn Novembru 2000.
Leg 9 PQ #24955 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Physiotherapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-edukazzjoni hux jippjana li t-fal b'diżabilita' li huma mainstreamed fl-iskejjel u li għandhom bżonn physiotherapy, jingħatalhom fejn hu possibli dan it-tip ta' terapija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed jiġi studjat pjan fejn studenti b'diżabilita` li huma mainstreamed u li l-kundizzjoni tagħhom tirrikjedi l-bżonn ta' physiotherapy regolari, jibdew jirċievu l-edukazzjoni tagħhom flimkien ma' dan it-tip ta' servizz fiċ-Ċentru ta' San Miguel jew Guardian Angel.
Leg 9 PQ #24902 Sitting 528 2001-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħal Farruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija regolari l-ħidma tal-mobile squad tal-pulizija fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa? Jista' jgħid kemm-il ronda tagħmel kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda kemm fil-lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #24903 Sitting 528 2001-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Farruġ — Ġrieden

Question

Jaf il-Ministru bl-infestazzjoni tal-ġrieden li hemm fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, għad-detriment ta' saħħet in-nies, minħabba l-ħmieġ u l-iżdingar li hemm fl-area? X'qiegħed isir biex din il-problema tingħeleb?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li saru spezzjonijiet minn Uffiċċjali ta` dan id-Dipartiment fl-area ta` Ħal Farruġ Luqa. L-ebda akkumulu ta` ħmieġ ma` ġie nnotat, għalkemm jeżistu akkumuli ta` ġebel u materjal ieħor ta` kostruzzjoni li tħalla wara l-bini ta` ċertu djar/flats. Dwar infestazzjoni ta` ġrieden jien infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' ta` l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv ta` tqiegħid ta` velenu fil-lok indikat. Trattamenti simili fl-istess lokalita` kienu saru f'Lulju 2000 u Frar ta` din is-sena. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita regolarment, sakemm l-infestazzjoni tiġi kkontrollata.

Ħal Farruġ — Bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru bus shelters diċenti fl-area ta' Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa bil-għan li r-residenti ta' l-area ma jkomplux ibatu minn inkonvenjenti żejda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li bħala parti mid-devoluzzjoni tal-poteri, b`effett mill-1 ta` Jannar ta` din is-sena, twaħħil u manutenzjoni ta` bus shelters ġodda għaddew għand il-Kunsilli Lokali. Fil-fatt, jekk wieħed jirreferi għall-Estimi ta` din is-sena, m`għadx hemm vot allokat għal dan l-iskop.

Ħal Farrug — Triq Ħal Qormi - Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu stallati t-traffic lights, li ilhom approvati sa minn żmien il-gvern Laburista preċedenti, fi Triq Ħal Qormi, fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalkemm hemm il-ħsieb li jsir xi Traffic Mangement fil-lokal, dan sa llum għadu qatt ma kien approvat. Id-Dipartiment tat-Toroq beda jagħmel survey tal-lokalita` xi xhur ilu biex ikun jistgħu jiġu ppreparati l-pjanti neċessarji għall-approvazzjoni tat-Traffic Control Board.

Social Impact Assessments

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' social impact assessments saru fuq familja li qed jgħixu bl-unemployment benefit ta' madwar Lm140 fix-xahar u jħallsu madwar Lm20 kera fix-xahar lill-gvern għal appartament? Meta saru? X'irriżulta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellanti hi mitluba tagħti d-dettalji tal-familja li għaliha qiegħda tirreferi.