Legislature:
Category:
Reset
Active:

Installazzjoni tal-Lifts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex fl-appartamenti 'l ġodda f'Ħal Farruġ u li nbnew mill-Gvern Nazzjonalista ma ġewx installati lifts ? Ħaseb il-Gvern għall-ispazju meħtieġ għall-installazzjoni tal-lifts f'każ li jkun dawn jiġu nstallati 'l quddiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li f'dawn l-appartamenti li nbnew fl-1995 ma kienux ġew stallati lifts u anqas tħalla spazju għal dan l-iskop. Jien infurmat ukoll li sa sitt snin ilu, jieġifieri meta dawn kienu ġew imfassla, kienet il-'policy' li fejn il-blokki jkunu ta' tlett sulari ma jsirx lift. Din il-politika nbidlet aktar tard meta fuq parir tal-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita', bini ta' tlett sulari beda jsir bil-lifts ukoll. Meta aktar tard ittella sular ieħor fuq tnejn mill-blokki kien tard wisq biex dan il-lift jiġi inkluż fil-pjanta.

Mediċi b'Xejn

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min mill-ħaddiema ta' l-isptarijiet jew residenzi ta' l-anzjani, bħal St Vincent de Paule, għandhom dritt għal mediċi b'xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-ħaddiema fir-Residenza ta' San Vinċenz li jidhru hawn taħt huma intitolati għal mediċini b'xejn: - In-nurses kollha; - In-Nursing Aides/Health Assistants u Auxiliaries li fix-xogħol tagħhom għandhom kuntatt dirett mar-residenti; - L-impjegati kollha li jaħdmu mal-Maintenance Section.

Spiżerija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li wieħed mill-ħwienet li se joħroġ f'Ħal Farruġ jkun maħsub għal spiżerija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tipprepara t-tenders biex toħroġ għall-bejgħ il-ħwienet numru 1 u numru 3 fil-Qasam tad-Djar ta' Ħal-Farruġ, Ħal-Luqa. Dawn jinbiegħu lill-għola offerenti. L-Awtorita' ma ssibx oġġezzjoni jekk l-akkwirent japplika għall-permessi biex jiftaħ spiżerija.

Enemalta — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiżdied l-street lighting fl-area ta' Luqa Road, Luqa, fil-parti fejn hemm id-djar u li jagħmlu parti minn Ħal Farruġ minħabba li n-nuqqas ta' dawl qed jikkawża riskju għas-sigurta tar-residenti ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jiżdied id-dawl fil-post indikat, ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

Protector

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir xi xorta ta' protector mal-culvert li hemm f'Qormi Road, Qormi li jiġi mal-ħajt tal-farm tal-Gvern u li huwa ta' periklu kemm għas-sewwieqa kif wkoll għal dawk bil-mixi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji pjan għat-titjib tat-triq li mir-roundabout ta' ħdejn it-tarf tar-runway twassal sa Ħal Qormi biex it-titjib kollu li hemm bżonn f'din it-triq ikun jista' jsir.

Siġar

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibilita li jinżergħu xi siġar fl-area ta' Ġuże Cardona Street fil-parti li tmiss ma Mdina Road, Ħal Qormi bil-għan li jispiċċa l-iżdingar li hemm bħalissa kif wkoll biex jifred iż-żewġ toroq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li din it-triq taqa taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Kunsill Lokali, l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tagħmel it-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #25100 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Liċenzja tas-Sewqan

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-liċenzji tas-sewqan tal-Għawdxin għadhom jitbagħtu biex jitħallsu Malta meta f'Għawdex hemm l-uffiċċju tal-liċenzji? Taf li dan qiegħed jikkawżz inkonvenjenzi għaliex l-Għawdxin qed ikollhom jistennew madwar xahrejn biex jirċievu l-liċenzja mġedda? Taf li mingħajr liħċenzja ma jkunux jistgħu jsuqu u jistgħu jitilfu x-xogħol hew jeħlu xi multa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena, numru sostanzjali ta’ dawk il-liċenzji tas-sewqan komputerrizzati li ġew introdotti għaxar snin ilu, bdew jiġġeddu u jinbidlu ma’ liċenzji ġodda. Billi din hija sistema kompletament ġdida d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet fil-bidu kellu xi diffikultajiet li affettwaw il-proċess normali tat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan. Id-dewmien affettwa b’mod ugwali kemm lill-Għawdxin kif ukoll lill-Maltin. Issa li l-proċess ġie għan-normal it-tiġdid tal-liċenzji qed isir f’inqas minn ġimgħa u għaldaqstant ħadd m’hu ser jinqabad mingħajr liċenzja tas-sewqan valida. Dan huwa possibbli għax l-avviż għat-tiġdid tal-liċenzji qed jintbagħat mid-dipartiment madwar sitt ġimgħat qabel il-liċenzja tiskadi u għalhekk dak li jkun ikollu żmien biżżejjed biex iġedded il-liċenzja waqt iż-żmien li l-liċenzja tkun għadha valida. Dawk kollha (Maltin u Għawdxin) li qed jirċievu l-avviż li jkun imisshom jibdlu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom qed ikunu nfurmati biex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom flimkien mad-dokumenti l-oħra meħtieġa bil-posta. Dan qed isir biex dak li jkun ma jinħoloqlux l-inkonvenjent li jrid imur joqgħod fi queue. Għaldaqstant lis-sewwieq Għawdxi ma tagħmillux differenza jekk il-liċenzja tiġġeddidx Għawdex jew le għax xorta waħda qiegħed jinqeda bil-posta. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma wasallu l-ebda ilment li xi ħadd tilef ix-xogħol jew ġie mmultat għax il-liċenzja tiegħu kienet qegħda d-dipartiment biex tiġġedded.
Leg 9 PQ #25101 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Fringe Benefits

Question

Tista' l-Ministru telenka l-karozzi, kemm tal-Gvern kif wkoll tal-kiri, skond in-numru tar-reġistrazzjoni u l-għamla tal-karozzi, u tgħid kemm se jkollu jħallas taxxa kull xahar għal-ewwel tliet xhur ta' din is-sena 2001 dak l-uffiċċjal tal-Gvern li għandu l-użu tal-karozza rispettiva bħala fringe benefits? Liema huma dawk il-karozzi tal-Gvern f'Għawdex li ħadd mhu se jħallas ebda taxxa tal-fringe benefits fuqhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Ministeru għal Għawdex hemm 9 karozzi tal-Gvern u tal-kiri li fuqhom se titħallas it-taxxa tal-fringe benefits. Dawn huma kif jidher hawn taħt: Għ amla u Numru ta’ Reġ istrazzjoni Volkswagen Bora KDB 476 Kia Mentor JAB 541 Kia Mentor JAB 548 Kia Mentor GVN 007 Opel Corsa LDK 834 Kia Avella EAK 572 Opel Astra AAK 865 Hyundai Stellar HAK 042 Kia Rio JAK 629 Jiena nfurmata li t-taxxa dovuta għall-użu ta’ vetturi bħala fringe benefits ma tkunx magħrufa minn min iħaddem. Qiegħda nagħti hawn taħt lista tal-karozzi tal-Gvern li fuqhom ħadd mhu se jħallas it-taxxa tal-fringe benefits. Rover Sterling JAV 714 Mercedes Benz 190 LAR 131 Hyundai Excel FAV 541 Hyundai Excel FAV 539 Skoda GVN 289
Leg 9 PQ #25102 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċju tan-Nutar

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jittieħdu passi biex jitwaħħal arblu tal-bandiera fuq il-bejt ta' l-Uffiċju tan-Nutar tal-Gvern f'Għawdex biex hekk tkun tista' titella l-bandiera fil-festi nazzjonali u f'okkażjonijiet oħra skond iċ-ċirkularijiet li joħorġu mill-uffiċċju tal-Prim Ministru

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li diġa’ ttieħdu passi biex dan isir mill-iktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #25103 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Vetturi bil-Mutur

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-għadd ta' vetturi bil-mutur, skond kull għamla, karozzi, trakkijiet, vannijiet, muturi, taxis, tal-kiri eċċ, reġistrati f'Għawdex fis-sena 2000? X'ammont ta' liċenzji tħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt: Tip tal-vettura Numru ta’ vetturi registrati fis-sena 2000 Vetturi tal-Biedja 257 Kummerċjali 5192 Garage Hire 67 Mini Buses 20 Motor Cycles 3662 Karozzi privati Class 1 7590 Karozzi privati Class 2 1381 Karozzi privati Class 3 935 Karozzi privati Class 4 1686 Karozzi privati Class 5 1453 Karozzi privati Class 6 378 Karozzi tal-Linja 78 Karozzi Self Drive 574 Motor Cycles self drive 48 Taxi 50 TOTAL 23371 Matul l-istess sena tħallsu Lm 717,657.78 f’ liċenzji.
Leg 9 PQ #25104 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima tal-Mużewijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li bħalissa qiegħed isir xogħol fuqhom mit-taqsima tal-mużewijiet f'Għawdex? F'kull każ, kemm se jiġu jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-proġetti li bħalissa qiegħed isir xogħol fuqhom mit-taqsima tal-mużewijiet f’Għawdex huma dawn: Restawr u riabilitazzjoni tad-dar nru 12 fi Triq Żenqa fiċ-Ċittadella biex isservi għal skop t’uffiċċju u stores ; ix-xogħol kollu huwa stmat li se jiġi jiswa LM 17,000; Tħejjijiet biex jiġu nstallati żewġ closed circuit television systems , waħda fil-mużew tal-Folklor u l-oħra fil-mużew tax-Xjenza Naturali; huwa stmat li ser jiġu jiswew madwar LM 2000 u LM 1000 rispettivament; Stallazzjoni ta’ scaffolding madwar żewġ kantunieri fi stat prekarju li jinsabu fit-tempju tan-Nofsinhar fil-Ġgantija; il-materjal u x-xogħol kollu mistenni jiġi jiswa madwar LM 10,700; Xogħolijiet oħra ta’ restawr u manutenzjoni ġenerali taċ-Ċittadella.

Ħal Qormi — Triq id-Dragun

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta uffiċjali li turi kif se tiġi żviluppata l-aħħar parti tat-triq li tiġi fl-aħħar ta' Triq id-Dragun f'Ħal Qormi u li tmiss ma' Triq il-Ħelsien u li hija magħrufa bħala New Street fi Triq il-Ħelsien? Meta se tiġi miftuha din il-parti tat-triq li tgħaqqad Triq id-Dragun ma' Triq il-Ħelsien? Jaf l-Ministru li hemm saħansitra familji li ma jistgħux ikomplu bix-xogħol fuq darhom bħal per eżempju bini ta' parapet minħabba li x-xogħol ma sarx min-naħa tal-Gvern fuq din il-parti tat-triq? X'qiegħed iżomm milli jitwettaq ix-xogħol? Għaliex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjanti li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellanta huma l-Planning Schemes fil-lokalita` li tipproduċi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dwar il-kumplament tad-domanda tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq jara x'jista' jsir.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19995 li kienet ġiet sottomessa fid-9 ta' Ottubru 2000 dwar kemm-il kawża saret fil-Qorti minn konsumaturi kontra l-Enemalta, matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u n-natura tal-kawża? Kemm minn dawn il-kawżi ntrebħu mill-konsumaturi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għal dak li jirrigwarda kawżi fil-Qrati magħmula minn konsumaturi fil-konfront tagħha, jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha rekords kompilati li jkopru dawn l-aħħar ħames snin. L-informazzjoni mitluba għal dan il-perjodu hija kif ġej: SENA NUMRU TA' NUMRU TA' KAWŻI NUMRU TA' KAWŻI KAWŻI FIL- FIL-QORTI TAL- FIT-TRIBUNAL TAT- PRIM' AWLA MAĠISTRATI TALBIET ŻGĦAR 1996 6 - - 1997 7 3 - 1998 10 1 - 1999 6 1 2 2000 6 2 2 Dwar in-natura ta' kull kawża, biex din tiġi kompilata trid issir riċerka manwali fuq kull kawża. Tajjeb jingħad ukoll li l-proċess ta' dawn il-kawżi diġa' huwa pubbliku, u għaldaqstant, sakemm ma ningħatax raġuni valida, ma jidhirlix li x-xogħol involut huwa ġustifikat.
Leg 9 PQ #25069 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħlas ta' Overtime

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 18852 li ġiet sottomessa fil-25 ta' Lulju 2000 wara li mistoqsija 13473 ma kienetx ġiet imwieġba u li kienet saret aktar qabel, dwar l-ammont ta' overtime li tħallas lill-impjegati tal-gvern fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru għal Għawdex, dipartiment b'dipartiment sa l-aħħar ta' Ġunju 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-overtime li thallas matul is-sena 1999 u minn Jannar sa Ġunju 2000 lill-impjegati fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huwa kif indikat hawn taħt: Sena 1999 Lm Jannar - Gunju 2000 Lm Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi 6663 3283.71 Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp (Head Office) 1,193.73 902.93 Xogħolijiet 2,786.76 1,917.89 Kostruzzjoni u Manutenzjoni 1877.74,7 1130.28 Indafa Pubblika 97.52 234.00 Agrikoltura 370.01,8 377.44 Mużewijiet 7,014.01 3,535.22 Sptar Ġenerali 60889.00 19452.00 Uffiċċju tas-Saħħa 372.85 37.87 Uffiċċju ta’ l-Informazzjoni 799.61 335.10 Sports Complex 942.29 617.45 Adult Training Centre 299.50 ------- Children and Family Services 327.98 295.80 Kultura 700.32 231.50 Edukazzjoni 745.11 131.00

Power stations — Grid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21748 li ġiet sottomessa fid-29 ta' Novembru 2000 dwar jekk hemm grid bejn il-power stations tal-Marsa u dik ta' Delimara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema ta' l-elettriku f'pajjiżna tikkonsisti fi grid mifruxa ma' Malta u Għawdex. Din hija ffurmata minn cables u overhead lines b'konnessjonijiet maż-żewġ power stations, ċentri ta' distribuzzjoni u substations. Fil-grid hemm tlitt livelli ta' vultaġġ - 132 KV, 33KV u 11KV. Tajjeb jingħad li bħalissa hemm proġett biex titħaffer mina bejn Delimara u l-Marsa biex tkompli tissaħħaħ il-grid ta' l-elettriku.

Ħalib Skimmed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24625 li oriġinarjament kienet saret lil Ministeru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' jgħid jekk is-sussidju fuq ħalib skimmed għal dawk li jinħtieġuh minħabba xi dieta partikulari hux se jispiċċa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dan it-tip ta' ħalib, jinstab għall-bejgħ f'ħafna ħwienet u għalhekk, billi l-iskop li tipprovdi dan il-ħalib spiċċa, ma għadx hemm il-ħtieġa li jipprovdih il-Gvern. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant illi dan it-trab tal-ħalib ma kienx issusidjat kif diġa spjegajt fi stqarrija għall-istampa numru 427.
Leg 9 PQ #25085 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Triq Ġuże Cardona

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir kontra l-problema ta' ġrieden li hemm jinfestaw l-area ta' Triq Ġuże Cardona, Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li Ħal Qormi kien ġie ttrattat kontra l-ġrieden, bi tqegħid ta' velenu, f' Jannar tas-sena l-oħra w fi Frar ta' din is-sena. Ninforma wkoll li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' ta' l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv ieħor f'area ta' Triq Ġuże Cardona, fil-11 ta' April 2001. Għaldaqstant il-problema ser tibqa tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.

Ħal Qormi — Triq l-10 ta' Settembru

Question

B'referenza għat-tweġiba parlamentari li ngħatat għal mistoqsija nru 24617, fejn l-Ministru semma li d-dipartiment qiegħed jistħarreġ is-sitwazzjoni dwar l-għargħar f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal dan l-istħarriġ u meta si jiġi konkluż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal mistoqsija Parlamentari Nru. 24951.
Leg 9 PQ #24963 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti nru. 24626 dwar is-servizz tal-facilitators fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti b'learning difficulties u li ma għandhomx diżabilita` ma jkollhomx facilitator iżda Complementary Teacher. 48 Supply Kindergarten Assistant (Special Needs) ġodda għadhom kemm ġew imħarrġa u sejrin jiġu impjegati fil-ġimgħat li ġejjin. Kien hemm qbil mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita` dwar l-introduzzjoni tas-servizz ġdid magħruf bħala On Call Special Needs Emergency Helpers, sabiex ma jkunx hemm il-bżonn li tfal b'diżabilita` jibqgħu d-dar meta l-facilitator tagħhom ma tkunx tista' tattendi l-iskola.
Leg 9 PQ #24964 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Special School

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24616 dwar x'se jiġri eżatt bl-ispecial school ta' Santa Marija fl-Imsida u x'se jiġri mit-tfal u ż-żgħażagħ li jmorru hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23689.