Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Luqa — Triq Ħal Farruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq Ħal Farruġ f'Ħal Luqa li l-istat tagħha jimmerita attenmzjoni bil-għan li ma tibqax ta' detriment għal kull min jgħid minn hemm?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jiġbor l-informazzjoni dettaljata dwar x'hemm bżonn isir.

Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa se jiġi installat street lighting adekwat minħabba li f'diversi areas hija diżabitata u allura s-sitwazzjoni tippreżenta nuqqas ta' sigurta' għal dawk kollha li joqgħodu f'din it-triq, għal dawk li għandhom postijiet tax-xogħol kif wkoll għal kull min jgħaddi mit-triq partikolarment f'ċertu ħinijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Industrial Estate

Question

Jġsta' l-Mġnġstru jgħġd x'tġp ta' ġndustrġja suppost hġja awtorġzzata lġ taħdem mġll-ġndustrġal Estate ta' Ħal Luqa, qrġb l-area magħrufa bħala Ħal Farruġ

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-tip ta' industrija approvata jew maħsuba għall-Qasam Industrijali ta' Ħal Luqa hija dik ta' panel beater, mekkanik, spray painter, mastrudaxxa, manifattura ta' diterġenti, inġinerija u industrija oħra ħafifa.

ECG Section

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ma' l-ECG Section f'St Vincent de Paule tintbagħat taħdem nurse mara minħabba l-pazjenti nisa li qed jiddejjqu li jieħdu servizz min-nurse raġel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-suġġeriment ta' l-Onor Interpellant ser jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-riżorsi disponibbli meta tiġi rimpjazzata n-nurse li kienet taħdem fil-post indikat u li rtirat dan l-aħħar bl-eta'.

Crash Barrier

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir xi tip ta' crash barrier bħala safeguard fuq il-parti ta' barra taċ-ċint li jifred Imdin Road, Ħal Qormi, minn Guże Duca Street, Ħal Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi ser isir max-xogħol l-ieħor li għaddej għall-bini tal-bankini.

Time Off

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li dawk li ħadmu fil-ħin tax-xogħol tagħhom fil-ġurnata ta' l-elezzjonijiet lokali se jingħataw s-siegħat li ħadmu bħala time off in lieu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor Interpellanti qed tirreferi għall-impjegati tal-Gvern, nitlobha tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru.

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew impjegati ma' l-Air Malta bħala cleaners u min fejn huma matul dawn l-aħħar ġimgħat? Kien hemm minn għadda mill-interview, ngħata r-roaster u l-uniformi iżda imbagħad ma ġiex ingaġġat? Kemm kien hemm minn dawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġew impjegati bħala "cleaners" ma' l-Air Malta kien ta' mija wieħed u tletin. Ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-ismijiet ta' dawn il-persuni li ġejjin minn diversi lokalitajiet ta' Malta. Jiena nfurmat ukoll li peress li tnejn minn dawn il-persuni ma ġewx mogħtija pass mill-Office Manager Airport Secuirty, l-impjieg tagħhom kellu jiġi terminat. Dan kien applikat skond il-kundizzjonijiet li kellhom fl-ittra tal-ħatra li kienu ingħataw.

Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru s-sleeping policeman fi Triq Ġuże Duca f'Ħal Qormi li kienu jeżistu qabel ma saret it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma kien hemm ebda sleeping policeman fil-parti ta' Triq Guże Duca li hija triq arterjali. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali u lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġu restitwiti s-sleeping policeman li kien hemm fuq is-service road biswit din it-triq hekk kif ix-xogħolijiet li qed isiru fuq dawn it-toroq jitlestew.

Santa Venera

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Palazz l-Aħmar, Sta Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 24035, ix-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #25703 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

ex-Bical Bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-flus li hemm fil-Qorti, ta' l-ex Bical Bank? Meta huwa ppjanat li jingħataw lid-depożitanti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li deċiżjoni tittieħed meta jiġi stabbilit u realizzat skond il-kawżi pendenti li hemm il-Qorti l-ammont ta' flus li jappartjenu lill-BICAL.

Sta Venera — Triq il-Palazz Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bejjiegħ tal-gas ma jidħolx ibiegħ fi Triq il-Palazz Aħmar, f' Sta Venera? Jista' jara li din il-problema tingħeleb għal benefiċċju tar-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha dikjarazzjoni tad-distributur taz-zona, li t-tqassim taċ-ċilindri tal-gass fit-triq imsemmija jsir kull nhar ta' Erbgħa fuq bażi regolari. Id-distributur jaqdi lill-konsumaturi kollha, kemm dawk li jċemplu kif ukoll dawk li jitolbuh ċilindru waqt id-distribuzzjoni.
Leg 9 PQ #25705 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex lil dawk l-impjegati tal-Gvern li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi essenzjali ma ġewx mogħtija d-9 ta' Mejja bħala btala billli kienet tiżdidilhom mal-leave annwali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fl-okkażjoni tal-visita tal-Qdusija Tiegħu il-Papa f’ Malta l-impjegati tal-Gvern li jipprovdu servizz essenzjali, ingħataw tmien siegħat “time off in lieu” li jittieħdu skond l-esiġenzi tas-Servizz. Din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata permezz taċ-Ċirkulari 24/2001 ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #25706 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qasam tas-Sigurta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tipi ta' shifts jaħdmu l-kategoriji differenti ta' nies li jaħdmu fil-qasam tas-sigurta' bħal pulizija, suldati, private security eċċ? X'tip ta' duties jagħmlu u x'ħinijiet ta' mistrieħ għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għal dak li jirrigwardja l-Korp tal-Pulizija, ix-xift prinċipali tal-Pulizija huwa dak ta` tmien sigħat, filwaqt li dawk il-Pulizija stazzjonati fl-uffiċini jaħdmu ħinijiet normali ta` l-uffiċini tal-Gvern, b`żieda li nhar ta` Sibt jaħdmu sas-1.00pm. It-Taqsimiet speċjalizzati jaħdmu xifts skond il-ħtieġa ta` dik it-Taqsima fejn ikunu stazzjonati.

Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra l-installazzjoni ta' bozza fl-area magħrufa bħala ż-żanqra fl-Ħal Qormi li tiġi f'St Francis Square?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex tiġi nstallata lampa ġdida fiż-żona msemmija ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bankina tul il-parti ta' Qormi Road, Qormi mill-parti tar-roundabout ta' Luqa Road f'Luqa għal Ħal Qormi minħabba l-periklu li dawk li jgħaddu bil-mixi minn hemm jinsabu fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għal mistoqsija parlamentari Nru. 25110.
Leg 9 PQ #25112 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Ironmongery Shop

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod u għal liema skopijiet ingħatat l-art li fuqha illum hemm ironmongery shop f'Luqa Road, Luqa fl-area ta' Ħal Farruġ? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda kopja tas-sejħa li setgħet saret u tal-kundizzjoni li fuqhom din l-art ttieħdet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art li fuqha llum hemm ironmongery shop ingħatat b`ċens temporanju għal ħamsin (50) sena għal skop kummerċjali, b`effett mis-17 ta` Novembru 1994, wara sejħa għall-offerti li saret fit-30 ta` Settembru 1994 (Avviż Nru. 248). Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti u kopja tal-kundizzjonijiet.

Protector mac-Centre Strip

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir protector xieraq mac-centre strip ta' quddiem id-djar f'Luqa Road, Luqa biex jinqata' l-periklu li hemm ta' accidents regolari ta' karozzi li jidħlu fil-filata ċnagan li hemm bħalissa b'riskju għas-sewwieqa u aktar għal dawk li jkunu bil-mixi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 25110.
Leg 9 PQ #25121 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz Pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu skond il-grad dawk l-uffiċċjali fil-Ministeru għal Għawdex li telqu mill-Ministeru u marru jaħdmu f'xi taqsima jew sezzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jispeċifika l­perijodu rigward l­informazzjoni mitluba.

Garages

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fadal garages li ma ġewx mikrija jew mibjugħa fil-qasam tad-djar f'Ħal Farruġ li jiġu taħt l-appartamenti li nbnew f'dawn l-aħħar snin? Jista' jgħid x'sistema ntużat fil-għoti ta' dawn il-garages? Intużat is-sistema ta' preferenza għal dawk li huma residenti fl-appartamenti ta' fuqhom u madwar? Jekk le għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-Qasam tad-Djar ta' Ħal-Farruġ, Ħal-Luqa, hemm 34 garage. Minn dawn 13 għadhom mhux mikrija jew mibjugħa. 11 il-garage huma mikrija lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u 10 oħra ġew mibjugħa. Dawn inbiegħu wara sejħa għall-offerti u ngħataw lil min offra l-aktar. Għalhekk mhux il-każ li tingħata xi preferenza lir-residenti ta' l-appartamenti ta' fuqhom jew madwarhom.