Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu d-dipartiment għal Ambjent biex jistabilixxi l-livell ta' ħsejjes aċċettabbli partikolarment fl-areas li huma residenzjali iżda sem-industrijali? Kif qed jiġu infurzati dawn l-azzjonijiet jekk qiegħed jieħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25960 (Seduta 544).
B'riferenza għal comparative return of expenditure għal perjodu 1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Marzu 2001 li ġie ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern fil-15 ta' Mejju 2001, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-items, item, item li jidhru n-numerati minn 10 sa 16 jiġifieri 10. Ministru of Social Policy 11. Social Security 12. Social Security Benefits 13. Family and Social Welfare 14. Care of the Elderly; 15. Housing 16. Industrial and Employment Relations u n-nefqa taż kull sub item?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab f'appendiċi 'B' annessa ma' kopja tal-'Comparative Return of Expenditure' kif ippublikat mit-Teżor fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Mejjue 2001 (Appendiċi A).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie kkanċellat vacation leave ta' nurses, nursing aids, health assistants u hospital auxiliaries li jaħdmu fir-Residenza San Vincenż De Paule mill-1 ta' Jannar 2001 sal-25 ta' Mejju 2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' leave kkanċellat mill-1 ta' Jannar sal-25 ta' Mejju hu kif ġej:
Jannar - 76
Frar - 88
Marzu - 145
April - 236
Mejju - 226
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kif ukoll fuq liema diżabilitajiet, in-numru ta' għalliema li jaħdmu ma' persuni b'diżabilita li ngħataw taħriġ speċjalizzat f'Malta jew/u barra minn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Jista' jgħid, sena b'sena għal kull diżabilita', kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar għaxar snin biex għalliema jitħarrġu f'Malta jew/u barra minn Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex fl-areas residenzjali iżda li huma semi-industrijali, r-residenti ma jiġux esposti għal ċerti riskji bla bżonn bħal ma per eżempju jista' jsir b'parking ta' containers u vetturi kbar wara 'l bieb tagħhom jew taħt il-galleriji tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir bus shelter fl-area magħrufa Ta' Farsina' f'Ħal Qormi, bil-għan li r-residenti t'hemm hekk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku ma jibqgħux jistennew mingħajr kenn kemm fix-xemx kif wkoll fix-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mil-1 ta' Jannar ta' din is-sena, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku m'għadhiex responsabbli għat-twaħħil ta' Bus Shelters ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mibdula l-bozza li ilha maqtugħa madwar tmien xhur ħdjen Blk 3, Flat 5, Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi? Jista' l-Onor Ministru jara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jingħeleb l-inkonvenjent li jippreżenta insigurta' għar-residenti tal-madwar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-lampa msemmija diġa saret.
Jista' l-Ministru jgħid jafx bl-emissions kbar li regolarment qed tarmi ċ-ċumnija li għandha l-fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi, għad-detriment ta' l-ambjent ġenerali kif wkoll b'detriment għal saħħet in-nies? X'qiegħed jagħmel jew x'se jagħmel id-dipartiment biex din id-diffikulta' tiġi mgħeluba mill-aktar fis possibli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Ispetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent sejrin jinvestigaw dan il-każ u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġu eliminati emissions li jistgħu jkunu ħerġin minn forn fl-area, għad-detriment ta' saħbet in-nies partikolarment residenti f'Alexandra Square - Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Ispetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent sejrin jinvestigaw dan il-każ u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilha mwaqqfa l-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti, x'jgħid l-istatut ta' din il-fondazzjoni dwar l-annual general meetings u kemm-il annual general meeting sar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti twaqqfet fl-1994.
Dwar il-Laqgħa Ġenerali Annwali l-istatut tal-Fondazzjoni jgħid:
Kull sena, il-Bord għandu jsejjaħ laqgħa ġenerali annwali għall-membri tal-Fondazzjoni li matulha:
i) il-Bord għandu jressaq għall-approvazzjoni r-rapporti annwali tas-segretarju u tat-teżorier;
ii) il-membri għandhom jeleġġu minn fosthom żewġ rappreżentanti sabiex iservu fuq il-Bord tal-Fondazzjoni.
Il-quorum ta' din il-laqgħa ġenerali għandu jkun ta' mhux anqas minn rappreżentant wieħed minn kull entita' fondatriċi u tletin fil-mija tal-membri li isimhom jidher fuq ir-reġistru tal-membri tal-Fondazzjoni.
Sabiex ikun jista' joħroġ għall-elezzjoni, membru reġistrat tal-Fondazzjoni għandu jkun propost u ssekondat minn membri oħrajn, jew kwalunkwe Trustee. Membru reġistrat għandu juri bil-miktub li qed jaċċetta l-proposta.
Notifika tal-laqgħa ġenerali annwali għandha tasal b'posta normali għand il-membri reġistrati mhux aktar tard minn sebat ijiem qabel id-data tal-laqgħa ġenerali annwali.
Ninsab infurmat ukoll li l-ewwel laqgħa ġenerali annwali saret fit-12 ta' Ottubru 2000.
Il-Fondazzjoni ma hijiex għaqda governattiva imma tirċievi għajnuna finanzjarja minngħand il-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u liema entita' jirrapreżentaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Fondazzjoni li għamlet referenza għaliha l-Onor. Interpellanti hi organiżżazzjoni mhux governattiva mwaqqfa bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti.
Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi hu kompost kif ġej:
Chairperson
Is-Sinj. Connie Camilleri maħtura mill-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti
Membri
Is-Sur Joe Gasan maħtur mill-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti
Is-Sur Neville Curmi maħtur mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita'
Is-Sur Wenzu Dalli maħtur mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita'
Is-Sur Tonio Mercieca maħtur mill-Laqgħa Ġenerali tal-Fondazzjoni
Trasport għall-Ħajja Indipendenti
Is-Sinj. Graziella Buttigieg maħtura mill-Laqgħa Ġenerali tal-Fondazzjoni
Trasport għall-Ħajja Indipendenti
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il xufier ġew impjegati mal-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u kemm min dawn m'għadhomx jaħdmu mal-Fondazzjoni u għal liema raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm tmien xufiera mpjegati mal-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti minn kemm ilha mwaqqfa l-Fondazzjoni. Ħamsa minnhom mgħadhomx mal-Fondazzjoni. Wieħed minnhom ġie tterminat l-impjieg tiegħu u l-erba l-oħra ħallew l-impjieg huma.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex wasal il-proġett tal-personal assistant u liema diżabilitajiet ser jibbenefikaw minnu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-servizz ta' Assistenza Personali (personal assistance) huwa maħsub biex jagħti sapport lil persuni b'diżabilita' severa fil-bżonnijiet personali tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-ħajja ta' kuljum.
Il-Ministeru ddeċieda li titwaqqaf taqsima taħt il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (Foundation for Social Welfare Services) biex tiżviluppa dawn is-servizzi u servizzi oħra relatati. Il-Fondazzjoni ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għal kap ta' din it-taqsima. Il-proċess ta' selezzjoni għadu għaddej.
Fil-preżent, il-Ministeru jagħti għotja fis-sena lill-Għaqda tal-Muscular Dystrophy biex jiffinanzja parti mill-ispiża li din l-għaqda tagħmel biex tagħti servizz limitat ta' assistenza personali. Irrid ngħid ukoll li permezz tas-servizz tal-"home help", hemm numru ta' persuni b'diżabilita' severa li qed jingħataw servizz ta' "assistenza personali". Dan kien possibbli bil-politika tal-gvern kif imwegħda fil-programm elettorali tiegħu li "servizzi speċjaliżżati għall-anzjani jkunu miftuħin ukoll għall-persuni b'diżabbilta' li għalkemm ta' eta' iżgħar ikollhom l-istess bżonnijiet bħall-anzjani", liema politika ġiet addotta f'Ottubru ta' 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal persuni li huma fuq in-9th Scheme li kienet ħarġet fl-1988, jiġifieri dawk li huma meqjusa bħala is-second tenants ta' plots mogħtija mill-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiġi kkontrollat il-parking ta' vetturi kbar fl-areas semi industrijali ma jkunux ta' periklu għar-residenti fit-toroq ta' dawn l-areas?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Control Board.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting adegwat fi Triq ir-Rebbiegħa kantuniera ma' Triq il-Ħelsien (bejn wieħed u ieħor quddiem in-numri tad-djar 22 u 25)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm vetturi li qegħdin jintużaw għas-servizz tat-trasport speċjali għall-persuni b'diżabilita' provdut mill-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u kemm swew lill-Fondazzjoni vettura b'vettura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti għandha għad-dispożizzjoni tagħha tlett vannijiet u karossa. Dawn swew kif ġej:
- van mixtri fl-1994 u li kien sewa Lm10,000
- van mixtri fl-2000 u li sewa Lm12,000
- van provdut mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'
- karozza (hand control adapted) mixtrija second-hand fl-1999 u li swiet Lm1,000
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni b'diżabilita' li qegħdin jużaw dan it-trasport speċjali provdut mill-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti għal persuni b'diżabilita' u x'inhi d-destinazzjoni tagħhom - skola jew xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skond ir-rapport ta' evalwazzjoni sottomess lill-Unit għall-Liaison mal-NGOs, bejn Ottubru 2000 u Marzu 2001, in-numru ta' persuni b'diżabilita' li użaw is-servizz provdut mill-Fondazzjoni ndikata u d-destinazzjonijiet relattivi kienu kif ġej:
21 Skola jew Universita'
23 Xogħol
12 Korsijiet ta' taħriġ
65 Attivitajiet soċjali
Jista' l-Ministru jgħid kif qegħda tiġi l-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u x'inhi l-qagħda finanzjarja ta' din l-Fondazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tiċċara l-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport ta' l-Awdituri għas-sena 1999.