In vista ta' dak li tħabbar dan l-aħħar f'ġurnal lokali dwar il-kumpens li l-gvern se jagħti lil dawk li l-kummissjoni għall-inġustizzji ddeċidiet li għandhom jieħdu kumpens iżda ma nagħatalhomx, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-kumpens hux se jingħata wkoll lil dawk li t-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji ddeċieda li għandhom jieħdu l-kumpens, iżda wkoll dan ma ngħatalhomx?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Att Nru VIII ta’ l-1997 għat-twaqqif tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji diġà jipprovdi li t-Tribunal jista’ jirrakkomanda li jsir ħlas ta’ kumpens finanzjarju ta’ mhux aktar minn Lm5000 meta ma jkunx possibbli li t-Tribunal jordna rimedju kompensattiv.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minbarra l-uffiċċjali pubbliċi minn Skala 5 'l fuq li ngħataw żieda fl-expense allowance kif wieġeb il-Prim Ministru fit-tweġiba numru 26417, kien hemm xi uffiċċjali oħra fid-dekasteru tiegħi li ħadu allowance ġdida:
Uffiċċjali Allowance Ġdida Raġuni
Tlett Assistent Diretturi Lm300 fis-sena Action Group on
kull wieħed Excessive Deficit
Reporting
Assistent Direttur Lm300 Qualification Allowance
Adviser Lm400 Minflok free Telephone
Facilities
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar, 2001 ma kien hemm l-ebda uffiċjal minn skala 5 'l fuq jew xi konsulent li żdieditlu l-allowance jew ġie mogħti xi allowance kompletament ġdida ħlief dik li semma l-Onor. Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija Parlamentari Numru 26419.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina fi Triq Manwel Dimech, Qormi minħabba l-istat diżastruż li tinsab fiha u minħabba wkoll li hemm għadd ta' spralli maqlugħin u li huma ta' periklu għan-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex issir spezzjoni fit-triq ħalli jkun stabbilit x'għandu jsir.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm min-naħa tal-unit ambjent nadif għat-tindif ta' Triq Manwel Dimech, Qormi? Jaf il-Ministru li jenħtieġu arranġamenti aktar xierqa biex din it-triq tinżamm fi stat ta' indafa aċċettabbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lill-Unit għall-Ambjent Nadif biex jara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha relatati ma' skema 7 ta' l-awtorita' tad-djar dwar għajnuna finanzjarja għal peruni b'diżabilita' għal xogħlijiet ta' titjib relatati mad-diżabilita' tagħhom f'residenzi okkupati minnhom? Jista' jgħid jekk din l-istess skema 7 hijiex waħda permanenti jew, kif ġie avżat fil-gazzetta tal-gvern b'avviż maħruġ fis-17 ta' April, 2001, ġiet estiża għal sitt xhur oħra? X'inhuma r-raġunijiet u xi skemi ta' għajnuna oħra, kemm finanzjarja kif ukoll mhix finanzjarja, hemm aktar għal persuni b'diżabilita' u min huwa responsabbli minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema 7 ta' l-Awtorita' tad-Djar hi skema ta' għajnuna finanzjarja biex isiru xogħolijiet ta' titjib fid-djar okkupati minn persuni b'diżabilita'. L-għajnuna għal xogħolijiet approvati taħt din l-iskema jilħqu massimu ta' Lm2,300. L-għajnuna tiġi approvata mill-Awtorita' tad-Djar fuq rakkomandazzjoni minn kumitat li fuqu hemm rappreżentant mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-provvedimenti u kundizzjonijiet dwar din l-iskema.
Din l-iskema, li ħarġet fit-8 ta' Ottubru 1999, ġiet imġedda sat 8 ta' Ottubru 2001. Wara din id-data l-Awtorita' tista' jew iġġeddidha jew toħroġ skema oħra ġdida.
Skema oħra relatata ma' persuni b'diżabilita' hi dik numru V. Din tirrigwarda stallazzjoni ta' lifts fi blokki residenzjali li huma tal-Gvern u li fihom jgħixu persuni li għandhom problema ta' mobilta'.
Jista' l-Ministru jgħid kif tifel li jagħlaq it-tlett snin fl-ewwel jiem ta' Ottubru 2001 mhux se jidħol fil-kindergarten f'Ottubru iżda se jdaħħluh f'Jannar 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tfal jidħlu l-iskola b'dan il-mod:
* Li twieldu minn l-ewwel ta' Jannar sa 30 ta' Settembru 1998 jidħlu f'Ottubru 2001.
* Li twieldu minn l-ewwel ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 jidħlu f'Jannar 2002.
* Li twieldu mill-ewwel ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 1999 jidħlu f'April 2002.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' dawk li applikaw għal promozzjoni fl-armata f'Jannar 2001, l-ordni tal-mertu biex ġew klassifikati il-kriterji li ntużaw biex ingħataw il-promozzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23483 f’Seduta Numru 490 tat-12 ta’ Frar 2001, ninfurmha li mhux proċedura li fil-Forzi Armati tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex wieħed japplika għal promozzjoni. Għaldaqstant ma teżistix lista kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li skrivana li taħdem fl-Imtarfa Home li qed tieħu t-tarbija ta' ftit ġimgħat tagħha, magħha għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk daħlux applikazzjonijiet ġodda għat-twaqqif ta' koperattivi b'ħames membri fundaturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanti li għalkemm kien hemm diversi mistoqsijiet mill-pubbliku in-ġenerali dwar il-possibilta' ta' twaqqif ta' koperattivi b'ħames fundaturi, l-emendi fil-liġi għad iridu jkunu approvati mill-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu sħieb Triq Marco Montebello, Qormi, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa, għalhekk xogħolijiet fiha jkunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta' u s-servizzi jkunu tqegħdu b'mod permanenti fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb Triq in-Nassab, Qormi, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa, għalhekk xogħolijiet fiha jkunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta u s-servizzi jkunu tqegħdu b'mod permanenti fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb Triq il-Furnar, Qormi, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa. Xogħolijiet ikunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta u s-servizzi jkunu tqiegħdu b`mod permanenti fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb biex Triq il-Belt Valletta, Qorm, ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Valletta hija waħda mit-toroq antiki u asfaltati f'Ħal Qormi u għalhekk il-Kunsill Lokali huwa responsabbli mil-manutenzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb biex Triq ir-Ragħaj, Qormi ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn spezzjoni li għamel id-Dipartiment jirriżulta li għad hemm ħafna bini f'shell form li qiegħed jiġi iffinixjat f'din it-triq u għalhhekk ix-xogħol tal-asfalt ma jistax isir għalissa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (BORG, JOE)
Ma kien hemm ebda uffiċċjal minn skala 5-il fuq jew konsulent li jaħdem f'dan il-Ministeru jew f'xi entita li taqa` taħt id-dekasteru tiegħi, li ngħata xi allowance ġdid jew żieda ta` allowance mill-ewwel ta` Jannar 2001 għajr dik iż-żieda fl-expense allowance mħabbra mill-Prim Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija Nru. 26419.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jidhirliex li għandi ngħati l-ismijiet ta’ l-uffiċjali kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Iż-żieda fl-“expense allowance” hija kif ġej:
Grad
Minn
Għal
Uffiċjali fi Skala 1
Lm1000
Lm1500
Uffiċjali fi Skala 2
Lm 800
Lm1200
Uffiċjali fi Skala 3
Lm 600
Lm 900
Uffiċjali fi Skala 4
Lm 450
Lm 700
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija numru 802 tad-29 ta’ Mejju 2001 maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni li tagħti l-informazzjoni mitluba.