Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata t-Trejqa ta' l-Għajn tal-Ħajja f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jivverifika ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar il-limiti ta' l-ischeme fil-lokalita' biex ikun jista' jiġi stabbilit jekk hemmx aktar żvilupp xi jsir, u b'hekk ikun jista' jsir pjan għat-titjieb ta' din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Industrija - Ħal Qormi se tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha kif infurmat lid-Dipartiment li qiegħda fil-proċess li tirrevedi l-linji u l-livelli ta' parti mit-triq, u għalhekk l-asfaltar tat-triq ikun jista' jsir meta dan ix-xogħol ikun tlesta' mill-Awtorita'.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu nstallati t-Traffic Lights fi Triq l-Imdina u fi Triq Manwel Dimech f'Ħal Qormi li ilhom approvati mill-Gvern Laburista preċidenti u li ilhom imwegħda minn dan il-Gvern sentejn u nofs?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħejja d-disinji meħtieġa u dawn qegħdin għall-approvazzjoni tal-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid meta Sqaq Għadira f'Ħal Qormi se jingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq hu nfurmat li l-ħsara li kien hemm fi Sqaq Għadira kienet riżultat ta` xogħol ta` trinek mill-Korporazzjoni ta` l-Enemalta u ġie reinstated bl-asfalt, issa sar mill-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq l-Għargħar - Ħal Qormi
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem sabiex jitwettaq pjan biex jiġi mmaniġjat l-ilma li jaqa' fi Triq l-Għargħar u l-asfalt f'din it-triq ikun jista' jsir bħala parti minn dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq id-Dragun, il-parti ta' isfel, f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment qiegħed f'konsultazzjoni sabiex jara jekk proċeduri għall-esproprijazzjoni jkunux possibbli minħabba sentenza tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid meta triq ġdida fi Triq il-Ħelsien jew Triq is-Serer f'Ħal Qormi se tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jirrevedi il-programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-Tarmac fi Triq G. Muscat Azzopardi, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel spezzjoni fit-triq imsemmija biex jiġi stabbilit xi żvilupp hemm, u b'hekk l-informazzjoni mitluba tingħata meta din l-ispezzjoni titlesta'.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq Marju Pace, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellanata għadha qed tiġi żviluppata u parti minnha trid tiġi mwessa mill-iżviluppatur, għalhekk ma tistax tingħata wiċċ għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq Nikol Baldacchino, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'diskussjoni mal-Kunsill Lokali biex jiġi stabbilit il-programm tax-xogħol għall-lokalita', u x-xogħolijiet isiru skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Dipartiment.