Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28633 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998 sal-lum kien hemm 6 persuni li ġew impjegati fi gradi industrijali fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru kif jidher hawn taħt: Ministeru tas-Saħ ħ a Grad Numru ta` Impjegati Fondazzjoni għ as-Servizzi Mediċ i 1998 Nil 1999 Office Assistant 1 Messenger 1 2000 Messenger 1 2001 Nil Sptar Zammit Clapp 1998 Nil 1999 Domestic Help 3 2000 Nil 2001 Nil Rigward il-persuni fi gradi industrijali li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku għall-istess perjodu nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtja mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27774.
Leg 9 PQ #28635 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tat-Turiżmu

Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li bejn Settembru 1998 sallum daħlu 28 persuna mas-Servizz Pubbliku u l-Awtorita’ tat-Turiżmu fi gradi Industrijali. Il-Gradi tagħhom u s-sena meta daħlu huma kif jidhru hawn taħt:- · Dipartiment tat-Turiżmu: SENA GRAD NUMRU TA’ IMPJEGATI 1998 xejn 0 (06/09/98 – 31/12/98) 1999 xejn 0 2000 Labourer 26 (Ex Impressed Driver) 2001 xejn 0 · Awtorita’ tat-Turiżmu: 2001 Ex Impressed Drivers 2

Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998 sal-lum, daħlu 51 persuna fi gradi ndustrijali fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd:- Sena Grad Nru ta’ Impjegati 1998 Xejn 0 (6 ta’ Settembru - 31 ta’ Diċembru) 1999 Xejn 0 2000 Butcher 6 Labourer (Ex AWTS) 2 Labourer (Ex Impressed Driver) 41 2001 Butcher 2 (1 ta’ Jannar - 8 ta’ Ottubru) Total 51 Dawn il-51 huma fost il-574 impjegat imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27774.

Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi, u cioe, fil-Malta Arbitration Centre, minn Settembru 1998 sal-lum ġiet impjegata persuna waħda fi grad industrijali. Dan beda l-impjieg tiegħu fis-27 ta` Jannar, 2000.

Reserved Parking

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min hija l-Awtorita' kompetenti u li għandha s-setgħa finali biex tiddeċiedi fuq l-għoti tal-faċilita' tar-reserved parking għal persuni b'diżabilita'? Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuna B'Diżabilita' jew il-Kunsill Lokali? Jista' kunsill lokali jinjora deċiżjoni tal-KNPD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-reserved parking jingħata mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku lill-persuni li jsofru minn diżabilita' severa ta' mobilita'. Dan isir fuq il-parir tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' wara li din tikkonsulta mal-Kunsill Lokali konċernat. Il-Kummissjoni għandha Bord apposta biex teżamina applikazzjonijiet f'dan ir-rigward.

Aċċessibilta' — Anzjani u Persuni b'Diżabilita

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar u /jew x'qed isir riġward trasport pubbliku li jkun aċċessibli għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilita? Sar xi ħaġa s'issa fir-rigward ta' tibdil ta' xarabanks għal xarabanks li jkunu low floor? Jekk sar ħarġu t-tenders? Jekk ma sarx x'se jsir u meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita' ħadmet biex jiġi assigurat li l-karozzi tal-linja l-ġodda jkunu aċċessibbli għal kulħadd inkluż persuni li jużaw siġġu tar-roti. Ninsab infurmat li l-ispeċifikazzjonijiet maħruġa ftit ilu għall-karozzi tal-linja l-ġodda jirriflettu dan. Rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferihom lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #28522 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Care Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex care workers li jaħdmu mal-Gvern qed jiġu mġiegħela jħallsu għat-tilqim tal-Hepitithis meta qed jaħdmu f' ambjent ta' riskju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni tas-Saħħa tipprovdi t-tilqim kontra l-Hepatite B b'xejn għal dawk il-membri tal-professjoni medika, infermiera, qwiebel u membri tal-professjonijiet relatati li għandhom xi jaqsmu direttament fil-kura tal-pazjenti. Dawn jinkludu care workers, nursing aides, health assistants u cleaners li jaħdmu fl-ambjent ta` l-isptarijiet akuti fejn jista` jkun hemm ċertu riskju. Id-Diviżjoni tas-Saħħa tinkoraġġixxi sabiex jitlaqqmu kontra il-Hepatite B il-care workers jew cleaners kollha li jaħdmu ma` l-anzjani (fejn ir-riskju huma ferm iżgħar), iżda bħal fil-każ tal-pulizija, l-armata, tal-refuse, tal-ħabs, is-social workers, etc, dan għandu isir bil-ħabs mid-dipartiment rispettiv tagħhom.

Medical Check Up

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jsir medical check up fuq l-istaff tal-kċina ta' St. Vincent de Paule Residence?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medical check-ups fuq l-istaff tal-kċina tar-Residenza ta' San Vinċenz isir skond il-policy dwar is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.
Leg 9 PQ #28542 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola ta' Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi skejjel primarji bħal fil-każ ta' l-iskola ta' Ħal Qormi, San Ġorġ, l-istudenti għadhom ma ġewx mitluba jġibu kotba li saret il-prattika li jintużaw partikularment fis-snin 5 u 6, peress li ġenituri ta' dawn it-tfal huma mħassbin għaliex fi skejjel oħra diġa bdew jużawhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kotba li ngħataw lit-tfal huma biżżejjed għat-tagħlim mogħti fil-klassi. Il-prattika li hemm f'xi skejjel li jinxtraw kotba addizzjonali ma tifssirx li f'dawk l-iskejjel fejn dik il-prattika ma teżistix it-tfal qed ibatu fit-tagħlim. Fl-iskola ta' Ħal Qormi San Ġorġ is-surmast u l-istaff bl-għajnuna ta' uffiċjali kompetenti tad-Diviżjoni għamlu stħarriġ biex jaraw x'kotba adatti addizzjonali għandhom jintużaw skond il-bżonn.

Qrati — Court Assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-court assistant li ttieħdet mill-Qorti għal Ministeru hiex titħallas skond il-grad tagħha u/jew hix tieħu xi allowance eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Court Assistant li qed taħdem fl-uffiċju tal-Office of Review m'hu qed tieħu ebda allowance iżda qed tirċievi biss is-salarju li l-grad tagħha huwa ntitolat għalih. Dan l-`assignment` kien temporanju u l-persuna hi mistennija tieħu l-post tagħha fil-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Allowance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffċjal? X'inhija r-raġuni għal din ż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm: ħames Diretturi fi skala ta` salarju 4. Dawn ħadu żieda ta` LM250 kull wieħed; persuna waħda fil-pozizzjoni ta` Segretarju Permanenti fi skala ta` Salarju 2. Dan kellu żieda ta` LM400; persuna waħda fil-pozizzjoni ta` Direttur Generali fi skala ta` salarju 3. Din kellha żieda ta` LM300 u persuna waħda fil-kariga ta` Attorney General fi skala ta` salarju 1. Dan kellu żieda ta` LM500.
Leg 9 PQ #223 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għar-raba' sular f'Marsalforn, Għawdex, f'toroq li ma humiex faċċata tal-baħar, bejn Mejju tas-sena 1987 u Settembru tas-sena 1996? Jista' jagħti l-ismijiet tat-toroq, l-ismijiet ta' l-applikanti u n-numri tal-applikazzjoni tal-PAPB jew tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar skond il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Is-sistema ta` informazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma takkomodax din it-tip ta` informazzjoni u għalhekk huwa diffiċli sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni rikjesta.
Leg 9 PQ #224 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jinstabu l-files ta' l-applikazzjonijiet li kienu jsiru għal permessi tal-bini li ċ-ċittadini Maltin għamlu fl-imgħoddi qabel ma twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? F'każ li persuni jkollhom bżonn jagħmli ilmenti fuq xogħol, permessi jew kwalunkwi ħaġa oħra li fl-imgħoddi kien taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Bord tal-PAPB, illum fejn jistgħu jsiru ilmenti ta' din ix-xorta? Skond il-liġi illum min hu ir-rappreżentant legali tal-PAPB?

Response (BORG, TONIO)

Il-files ta` l-applikazzjonijiet li kienu jsiru għal permessi tal-bini qabel ma twaqqfet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar jinstabu fil-kustodja ta` l-istess Awtorita`. Ilmenti ta` kull xorta dwar żvilupp jiġu milqugħa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, anke f`dawk il-każi fejn il-permess kien oriġinarjament inħareġ mill-PAPB. Illum il-ġurnata, skond kif ġie ritenut mill-Qrati tagħna, ir-rappreżentant legali tal-PAPB hu l-Ministru responsabbli għax-Xogħolijiet. Ta` min jispjega li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar m`hijiex is-suċċessura fil-liġi fl-obbligi u fid-drittijiet tal-PAPB ħlief għal dawk l-applikazzjonijiet li kienu għadhom pendenti għand il-PAPB meta twaqqfet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Minn mindu twaqqfet, u ċioe` fl-1992, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħadet taħt il-kustodja tagħha l-files eżistenti dakinhar għand il-PAPB.
Leg 9 PQ #225 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Recruitment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru interviews għal recruitment ġdid ma' l-Orkestra tal-Manoel Theatre? Meta se jsiru? Kemm-il mużiċist se jiddaħħlu ġodda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proposti mressqa mill-Bord ta' l-Orkestra Nazzjonali rigward recruitment ta' mużiċisti ġodda ma' l-Orkestra qegħdin jiġu konsidrati.
Leg 9 PQ #226 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Drain Pipes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament biex tagħmel drain pipes fuq ħajt diviżorju u outflow ta' l-ilma ta' gallerija li jaqa' fuq bieb ta' ġar? Jekk dawn l-affarijiet huma bla permess x'passi ħadet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew x'passi se tieħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fir-residenza tal-persuna indikata mill-Onor. Interpellanti, ma jirriżultax li sar it-tip ta` xogħol kif imsemmi fil-Mistoqsija. Tajjeb li jiġi rramarkat li tali dettalji, ċioe` katusi ma` ħitan diviżorju u ilma li jaqa` minn galleriji, ma jikkonċernawx lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.

Qormi — Triq il-Furnar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27125 dwar Triq il-Furnar - Qormi, jista' l-Ministru jgħid issa li s-servizzi permanenti fi Triq il-Furnar - Ħal Qormi, tlestew, meta fil-fatt din it-triq se tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 27125.
Leg 9 PQ #242 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Triq il-Furnar — Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-vetturi bla pjanċi tan-numru u mitluqin li ilhom żmien twil fi Triq il-Furnar - Ħal Qormi, se jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellanti, tneħħew.
Leg 9 PQ #243 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Triq il-Furnar — Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Furnar - Qormi se titnaddaf mill-iskart kbir li hemm għaliex din it-triq qed issir bħal miżbla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).

Triq Lapsi — Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Lapsi f'Ħal Qormi se tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol kien ippjanat bejn il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tat-Toroq u bħalissa qiegħed isir xogħol fuq l-aħħar fażijiet.