Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar id-duħħan li joħroġ mill-fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fir-rigward tal-fabbrika tal-Lowenbrau f'Ħal Qormi, jirriżulta li kien hemm inċident wieħed li ġara f'Mejju ta' din is-sena, meta kien hemm emissjonijiet eċċessivi minn din il-fabbrika.
Spezzjonijiet li saru minn spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent żvelaw li dan l-inċident kien dovut għal ħsara li żviluppat fil-boiler tal-fabbrika. Il-ħsara ġiet irranġata sal-21 ta' Mejju 2001.
Wara din id-data la d-Dipartiment u lanqas il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ma rċevew rapporti ta' duħħan minn din il-fabbrika. Spezzjonijiet sussegwenti għall-21 ta' Mejju 2001 jikkonfermaw dan.
Għaldaqstant, dan il-każ hu kkunsidrat magħluq.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar fossa li tħaffret minn impjegati tal-Gvern qrib għalqa fil-limiti ta' Kirkop li hija bi qbiela għand persuna li d-dettalji qed jingħataw separatament u kunfidenzjalment, u li fil-fossa qed jintrema' kull xorta ta' ħmieġ, meta l-art involuta hija waħda li tinħadem u għaliex f'kull każ persuni oħrajn li għandhom art f'idejhom fl-inħawi fejn tinsab l-art indikata tħallsu l-kumpens talli tħaffret fossa fl-istess art tagħhom pero' l-persuna msemmija ma tħallset xejn u aktar min hekk donnu l-art tagħha qegħda tkun immirata għal kull rimi li jsir?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li fil-Power Station ta' Delimara hemm impjegat li weħel sentenza ta' madwar sena u nofs ħabs u baqa' fl-impjieg?
Jekk iva, dan il-fatt huwa skond proċeduri normali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li għalkemm l-Onorevoli Interpellant ma indikatx il-persuna, il-Korporazzjoni Enemalta tassumi li qed tirreferi għal impjegat li xi snin ilu kien għamel żmien taħt arrest preventiv. Il-Korporazzjoni ma jirriżultalhiex li din l-istess persuna kienet ġiet issentenzjata għal sena u nofs priġunerija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq f'Santa Venera: Abela, Vinċenzo Buġeja, Ġuże Pace, Triq Ġdida fi Triq Ġuże Pace u Triq Ġdida fi Triq Kanonku Mifsud Bonniċi, issa li ngħalqu t-tenders?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti għal dawn it-toroq. Diġa ingħatat l-ordni biex f`toroq Ġuże Paċe u Triq Ġdida fi Triq Kanonku Mifsud Bonniċi jibda x-xogħol, fil-waqt li s-sejħa għall-offerti għal Toroq Abela u Vincenzo Buġeja qiegħda għal aġġudikazzjoni.
Jaf l-Ministru li t-traffic lights li dan l-aħħar ġew installati fi Triq Manwel Dimech, Qormi ma jixgħelux fuq iż-żewġ lanes f'daqqa bil-konsegwenza li min jaqsam irid jistenna għal xi ħin f'nofs din it-triq passaġġa u perikoluża? Jaf li fi ftit ġimgħat li ilhom installati seħħew għadd ta' inċidenti tat-traffiku fejn karozzi daħlu fuq l-ispeċi ta' centre strip li hemm fin-nofs li saħansitra inċident minnhom kważi kisser kollox? Jista' jirranġa dwar it-traffic lights b'mod li jinxtegħelu iż-żewġ naħat f'daqqa biex jiġi evitat li persuna toqgħod tistenna f'nofs ta' triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-mod kif ġew kostruwiti t-traffic lights jaħdmu ndipendentament minn xulxin.
Dan it-tip ta` disinn jiġi mplimentat f`postijiet fejn d-distanza li jridu jaqsmu l-pedestrians tkun twila u b'hekk il-karozzi li jkollhom jieqfu ma jieqfux għal tul taż-żmien żejjed u b'hekk jiġi evitat li jiżviluppa queue twil ta` karozzi weqfin.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-lqugħ li hemm bżonn fi Triq l-Għargħar - Ħal Qormi fil-parti li tiġi mal-wied bil-għan li jiġu mgħeluba u sskansati l-perikli waqt ħalbiet tax-xita qawwija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-ispezzjoni li saret fil-lokalita` irriżulta li hemm djar li l-livelli tagħhom qiegħed prattikament mal-livell tal-wied, u għalhekk kwalunkwe kostruzzjoni tista` tikkaġuna aktar għargħar.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf tajjeb il-Wied ta' Ħal Qormi peress li issa beda l-istaġun tax-xita, u minħabba l-ħmieġ u skart, hemm perikli serji kemm għar-residenti w ħwienet tax-xogħol li hemm f'valley road?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Triq il-Wied, Ħal-Qormi (Valley Road) li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid meta s-siġar li hemm fi Triq il-Wied, Ħal Qormi se jinġabru peress li ilhom madwar 10 snin ma jinġabru u qed joħolqu ċerti diffikultaijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li s-siġar li hemm fi Triq il-Wied, Ħal Qormi nżabru xahar ilu u wkoll is-sena li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex c-central bank għamel sejħa għall-impjegati ġodda li biex ikunu eliġibbli ridt ikollhom l-A Levels u mhux is-C.I.B. f'April 2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalifiki mitluba mill-Bank Ċentrali ta Malta għal reklutaġġ ta’ skrivani f’April 2001 kienu:
- Sitt passes fil GCE jew matrikola jew SEC fIl-livell ordinarju, li jinkludu l-matematika, u l-lingwi tal-Malti u Ingliż, U
- żewġ passes (ta’ l-anqas fi grad C jew aħjar) fil-GCE jew Matrikola fil-livell avanzat f’dawn is-suġġetti: Accounts, Economics, Statistics, Matematika, Informatika.
Il-Bank ħass li ċerti skills gaps setgħu jiġu ndirizzati billi jitlob dawn il-kwalifiki. Impjegati fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom il-fakulta li jsegwu kors fil-għaxija fil-Banking u għaldaqstant fiż-żmien li sar ir-reklutaġġ il-Bank ma kellux bżonn impjegati bil-kwalifika fil-Banking.
Ir-rekwiżiti għar-reklutaġġ jiġu ddeterminati mill-Bank skond il-bżonnijiet minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid hux vera li c-chief technician u technician fil-communications u l-engineering section ta' l-MIA qed imorru jagħtu l-lezzjonijiet l-MCAST u sadanitant baqgħu fil-post tagħhom mal-kumpanija b'salarju sħiħ? Veru li dawn il-ħin tal-lezzjonijiet mhux jeħduh mill-leave tagħhom? Għaliex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li biex ikompli jiġi mtaffi n-nuqqas ta' għalliema f'suġġetti speċjalizzati, id-Diviżjoni ta' l-Edikazzjoni għamlet talba formali lill-M.I.A. sabiex żewġ impjegati tal-Kumpanija jagħtu s-servizz tagħhom għal tlitt sigħat fil-ġimgħa matul il-perjodu skolastiku.
Il-Kumpanija tħoss li għandha tagħti kull għajnuna fejn hu possibbli u għaldaqstant din it-talba ġiet milqugħa mill-M.I.A. sakemm dan is-servizz ma jkunx ta' detriment għall-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-Kumpanija. Il-Kumpanija infurmat ukoll lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li l-impjegati konċernati jkunu jistgħu jitħallew jagħtu s-servizzi tagħhom skond l-esiġenzi tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 'l hawn sena b'sena kemm inqatlu baqar, mogħoż u nagħaġ minħabba l-bruċellożi, tuberkolożi u kemm ġew importati annimali flokhom kull sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Numru ta’ annimali li nqatlu minħabba mard tat-tuberkulożi u tal-bruċellożi.
TUBERKULOŻ
I
BRUĊ
ELLOŻ
I
BRUĊ
ELLOŻ
I
BRUĊ
ELLOŻ
I
BAQAR/GĦ
OĠ
Ġ
IELA
BAQAR/GĦ
OĠ
Ġ
IELA
MOGĦ
OŻ
NAGĦ
AĠ
1988
1183
184
409
23
1989
389
28
505
24
1990
113
39
524
51
1991
90
115
314
16
1992
6
3
156
35
1993
15
Nil
152
35
1994
6
Nil
91
13
1995
Nil
327
683
297
1996
Nil
155
40
15
1997
Nil
3
96
29
1998
Nil
Nil
Nil
Nil
1999
Nil
Nil
Nil
Nil
2000
Nil
Nil
Nil
Nil
2001 sa’ Ottubru
Nil
Nil
Nil
Nil
Għoġġiela Impurtati:-
1988
480
1989
-
1990
481
1991
-
1992
259
1993
76
1994
320
1995
260
1996
16
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm koperattivi li ma sejħux il-laqgħa ġenerali annwali tagħhom fil-ħin stipulat matul is-sena 2000 u tul s-sena 2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li matul is-sena 2000, ħames koperattivi m'għamlux il-laqgħa ġenerali tagħhom fil-ħin stipulat, filwaqt fis-sena 2001 tmien koperattivi għadhom ma sejħux il-laqgħa ġenerali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji ta' kemm applikaw għal vakanza ta' post co-ordinator support services (residential) mal-foundation for social welfare services - supported living division? Min kienu dawk li ġew short-listed? Min ġie magħżul u allura impjegat? X'kienu r-rekwiżiti għal din il-kariga?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għaxar persuni applikaw għall-post ta' Co-ordinator Support Services (Residential) mas-Supported Living Division fil-Foundation for Social Welfare Services. Ġew shortlisted erba' persuni. Ma nqisx li għandi nagħti l-ismijiet ta' min kien shortlisted għax b'hekk inkun nikxef persuni li setgħu applikaw mingħajr ma riedu jinfurmaw persuni oħra.
Ir-rekwiżiti għal din il-kariga kienu:
il-persuna tkun idealment ħadmet f'servizz residenzjali għal persuni b'diżabilita' għal tliet snin;
livell eċċellenti ta' komunikazzjoni f'kull livell;
abilitajiet maniġerjali, żvilupp u assessment ta' staff f'dan il-qasam;
kwalifiki professjonali relatati ma' dan it-tip ta' servizz kienu ta' vantaġġ.
B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari nru. 26726 fejn il-każ deskritt jintalab in-neighbours consent li jkollhom djarhom sa tmintax-il metru bogħod mil-ħanut li għalih issir l-applikazzjoni, jaf l-Ministru li l-ġirien saħansitra ta' bieb ma bieb qatt ma ġew mitluba biex jiffirmaw jew jagħmlu xi tip ieħor ta' dikjarazzjoni biex juru l-approvazzjoni jew id-disapprovazzjoni tagħhom? F'każijiet bħal dawn x'għandu jsir? Qiegħed nibatt ritratti relevanti separatament.
Response (BORG, TONIO)
Peress li ma ngħatax tagħrif dwar liema liċenzja l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għaliha, m`hinix f`pożizzjoni li nikseb it-tagħrif mitlub. Pero`, ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1991 dwar Proċeduri rigward Liċenzja tal-Pulizija, applikazzjoni għall-għoti, tiġdid jew trasferiment ta` liċenzja tista` tiġi kontestata minn xi persuna oħra li jkollha interess.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif kollu dwar il-permessi tal-bini li ħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-estensjoni/estensjonijiet li saru u li qed isiru fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament b' mod kunfidenzali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm enforcement notice minn-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Jekk iva jista' jagħti d-dettalji?
Jista' jagħti d-dettalji tal-case officer report?
Jista' jgħid jekk minkejja l-enforcement notice, jekk kien hemm, kif ittiħdet deċiżjoni?
Jista' jgħid jekk sarux on the spot inspections minn uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Jekk iva meta saret jew saru dawn l-inspections?
Jekk iva nstabu l-affarijiet skond il-permessi maħruġa?
Jista' jgħid jekk fil-fatt l-Awtorita' ta' l-Ippjanar setgħetx toħroġ permessi addizzjonali fuq dan il-fond meta attwalment hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti?
Jekk le kif ħarġu l-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fuq is-sit li rrefera ghalih l-Onorevoli Interpellant, fis-6 ta' Marzu, 2001, kien inhareg Avviz tat-Twettieq (ECF 288/01), dwar apparat ta' l-'air condition' u tabelli minghajr permess mal-faccata tat-triq. L-applikant obda parti minn dan l-avviz billi nehha t-tabelli skond kif ordnat. Ir-rapporti ta' l-'enforcement officer' li zar il-post diversi drabi, dejjem kienu posittivi fis-sens illi l-izvilupp kien qed isir skond il-permess PA4766/99 datat 24 t'Awissu, 2000, hlief ghal meta sar ir-rapport dwar l-'air condition' etc. Tajjeb li jkun innotat illi d-decizjoni ghal hrug ta' dan il-permess ittiehdet qabel ma gie notifikat l-Avviz ta' Twettieq.
Spezzjonijiet mill-'enforcement officer' saru hekk:-
17 ta' Novembru 2000
6 ta' Marzu 2001 (fejn inhareg l-avviz ECF288/01)
9 ta' Lulju 2001
27 ta' Lulju 2001
24 t'Ottubru 2001 (minor amendments qed jigu pprocessati)
Nfakkar li kif diga` gie spjegat fit-Twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24189 dwar l-istess suggett, il-permess inhareg wara li l-Kummissjoni ghal Kontroll ta' l-Izvilupp (DCC) dawret rakkomandazzjoni ta' rifjut mid-Direttorat ta' l-Ippjanar. Fil-frattemp regghu gew sottomessi pjanti godda f'isem l-applikant li jindikaw tibdil zghir (minor amendments) mill-pjanti approvati fl-applikazzjoni PA4766/99. Din ir-rikjesta ghada qed tigi kkunsidrata mid-Direttorat skond il-procedura normali.
Rigward xi kawza pendenti fil-Qrati, ma jirrizultax mill-file li hemm xi kaz li jinvolvi lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Barra minn hekk, kull permessi jinhareg b'kundizzjoni ta' salv ta' drittijiet ta' terzi.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 28666 dwar il-pagi tal-ward clerks, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar is-sitwazzjoni tal-pagi tal-ward clerks fl-isptarijiet kif ġie spjegat permezz tal-mistoqsijiet parlamentari nurmi 298 (27.08.01) u 28666 (08.10.01) rispettivament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-“Ward Clerical Assistants” jidħlu fi skala ta’ salarju 18 u wara ħames snin servizz jitilgħu għal skala 17 li l-massimu tagħha llum huwa ta’ LM3,926.
Dan il-grad, għandu l-istess salarju ta’ gradi industrijali fi Grupp III
Ninsab infurmat illi l-livell tal-paga huwa kompatibbli mad-doveri mistennija minn dawn il-gradi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jilqa' t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi għal għoti ta' l-art wara Knisja ta' San Bastjan (il-ġardini abbandunati) biex jinbena Day Centre għall-Anzjani?
Jekk le għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Qormi għadu ma ressaq l-ebda talba lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali skond il-proċeduri għall-proġetti tad-Devoluzzzjoni Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx spazju industrijali fl-Industrial Estate ta' Ħal Luqa biex jingħata għal kiri jew b' bejgħ?
Jekk ingħatax xi spazju industrijali matul dawn l-aħħar tlett snin, jiġifieri minn Settembru 1998 sa Ottubru 2001 f' dan l-Industrial Estate?
Jekk iva, jista' jagħti dettalji ta' l-ispazju li inghħata sena b' sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li wara Settembru 1998 ma ġewx ikkunsidrati applikazzjonijiet ġodda għall-għoti ta' artijiet fiz-zona industrijali ta' Ħal Luqa, ħlief għal xi talbiet minn inkwilini li kienu kkonfermati qabel l-istess data.
Il-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp qed taħdem biex possibbilment tipprovdi aktar spazju fiz-zona industrijali ta' Ħal Luqa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għadx hemm pensjonanti ex ħaddiema tal-Gvern jew ir-romol tagħhom, ex ħaddiema tal-privat li l-pensjoni tagħhom marbut ma' l-iskali tas-salarji tal-Gvern li sa' llum għad ma saritilhomx ir-reviżjoni tal-pensjoni skond il-ftehim kollettiv il-ġdid?
Jekk iva kemm fadal?
Għaliex għadhom ma ħadux ir-reviżjoni?
Meta dan se jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond kif jien infurmat mid-Dipartiment konċernat, minn madwar 19,000 pensjonant ex-ħaddiema tal-Gvern, jew li l-pensjoni tagħhom skond il-provedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) hi analogata ma' salarji tal-Gvern, 120 każ biss għadhom pendenti għal xi raġuni jew oħra.
Dawn il-każijiet qed jiġu nvestigati biex issir reviżjoni u kif jitlestew ir-reviżjonijiet il-persuni kkonċernati jiġu nfurmati minnufih.
Jista' l-Ministru għas-saħħa jgħid x' policy għandu d-Dipartiment tas-Saħħa dwar min għandu dritt jieħu l-injection ta' l-influwenza b' xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Persuni li huma intitolati sabiex jieħdu l-vaċċin ta` kontra l-influwenza mingħajr ħlas miċ-Ċentri tas-Saħħa huma:
Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f'istituzzjonijiet
Persuni li għandhom aktar minn 65 sena
Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa
Persuni ta` kull eta` li jbatu minn:
mard kroniku tal-Pulmun
mard kroniku tal-Qalb
mard kroniku tal-Fwied
mard kroniku tal-Kliewi
Ażma kronika
Dijabete u
Immunodefiċenza