Jista' l-Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-White Paper : 'Fi Sħab Indaqs fiż-Żwieġ' li ġiet ippubblikata f'Ottubru 1991 u li kienet serviet bħala bażi għall-emendi tal-Kodiċi Ċivili l-1993?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-White Paper "Sħab Indaqs fiż-Żwieġ" li kienet ippubblikata f'Ottubru 1991.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari nri. 24951, 24962 u 24617 dwar il-problema ta' l-għargħar fi Triq l-10 ta' Settembru 1546, jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex l-isħarriġ li kellu jsir kif indika l-istess Ministru fit-tweġibiet tiegħu? Meta se jsir xi ħaġa fil-konkret biex din il-problema tingħeleb għal ġid tar-residenti u kull min jgħaddi minn din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-survey tal-lokalita' tlesta' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u qed jirriżulta li l-livelli ta' bosta postijiet tagħhom qiegħed prattikament mal-livell tal-wied.
Din is-sitwazzjoni qiegħda tfixkel l-ippjanar għat-titjieb ta' toroq f'din il-lokalita' għaliex kieku kellu jitwaqqa l-bini ikun hemm kwantita kbira ta' residenti effetwati.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25066 dwar l-installar ta' street lighting għal parti t'isfel ta' Triq id-Dragun - Ħal Qormi, li tmiss ma' Triq il-Ħelsien, magħrufa bħala New Street in Triq il-Ħelsien. Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet din it-talba li skond l-istess tweġiba ta' l-Onor Ministru kellha tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena ċert li l-Onorevoli Membru tapprezza li l-Korporazzjoni Enemalta għandha numru sostanzjali ta' talbiet biex jiżdied id-dawl f'diversi toroq ta' dawn il-gżejjer. Minkejja li numru sostanzjali minn dawn it-talbiet jintlaqgħu, in-numru ta' talbiet ġodda dejjem jiżdied. Din it-talba partikulari qed tiġi kkunsidrata flimkien mat-talbiet simili pendenti. Minħabba diversi fatturi, mhux possibbli li tingħata data meta x-xogħol mitlub isir.
B'referenza għall-mistoqsijiet u għat-tweġibiet parlamentari nru. 23719 u 24951 dwar il-problema ta' l-għargħar fiz-zona tal-wied u Triq il-Għargħar f'Ħal Qormi, jista' l-Onor Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tas-survey li ġie kkummissjonat mid-Dipartiment tat-Toroq lill-Uffiċċju tas-Survey ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar din il-problema?
Jista' l-Onor. Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati r-riżultat tas-survey?
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed?
Meta?
B'referenza għall-mistoqsijiet u għat-tweġibiet parlamentari nru. 20841 dwar l-akkumulazzjoni ta' l-ilma fi Triq il-Correa f'Ħal Qormi, jista' l-Onor Ministru jgħid x'riżultat hemm mir-rapport li kellu jsir dwar is-sitwazzjoni preżenti u min ġie stabbilit li huwa nkarigat u xi pjan hemm għat-twettiq tax-xogħol fl-inħawi?
Jista' l-Onor. Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kopji tar-rapporti msemmija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li xogħol ta' bini ta' ħitan bħala lqugħ għall-wied sar fl-antik mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet tal-Ministeru ta' l-Ambjent.
Kif ġie spjegat fir-risposta parlamentari Nru. 23719 u kif irriżulta mis-surveys li saru għad-Dipartiment tat-Toroq, hemm djar li l-livell tagħhom qiegħed prattikament mal-livell tal-wied u kwalunkwe kostruzzjoni issa tikkaġuna aktar għargħar.
B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba nru. 24905 dwar l-installazzjoni ta' traffic lights fi Triq Ħal Qormi, fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa. Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartment tat-Toroq lestiex is-survey, lestiex il-pjanti neċessarji għall-approvazzjoni tat-Traffic Control Board u jekk it-Traffic Control Board approvax dawn il-pjani, kif ġie indikat mill-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu bid-data ta' l-4 ta' April 2001?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-survey tal-lokalita' tlesta' u peress li fiż-żona hemm diversi bżonnijiet ta' pelican crossings, ġie deċiż li aħjar isir pjan għat-triq kollha minn ħdejn l-airport il-qadim ta' wied il-kbir, Ħal Qormi.
B'referenza għall-mistoqsijiet u għat-tweġibiet parlamentari nru. 24903 dwar il-problema tal-ġrieden fl-area ta' Ħal Farruġ f'Ħal Luqa, jista' l-Onor Ministru jgħid b'liema mod ġiet segwita regolarment matul is-sena li għaddiet mis-Sezzjoni tal-Pest Control tad-Dipartiment tas-Saħħa, il-problema tal-ġrieden li hemm f'din l-area u kif indika l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li spezzjonijiet saru minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment fl-area ta` Ħal Farruġ Luqa matul is-sena li għaddiet kif indikat fit-tabella hawn taħt:
Xhar
Rimarki
Frar
Sar trattament fl-area inikata
April
Team mis-sessjoni tal-
Pest Control
kien stazzjonat f'dan ir-raħal u għamel xogħol regolari ta` tqegħid ta` velenu kuljum
Mejju
Awissu
Saru spezzjonijet u trattamenti regolari biex tibqa` taħt kontroll din il-problema ta` ġrieden
Settembru
Ottubru
Novembru
Ninforma li l-problema ser tibqa` tiġi segwita regolarment matul din is-sena, sakemm l-infestazzjoni tiġi kontrollata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex appuntament ta' CT Scan li ġie mitlub f'Novembru fl-Isptar San Luqa, ingħata għal Frar tas-sena 2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma hemmx "waiting list" għal CT Scan li huma kkunsindrati urġenti.
Isiru konsultazzjonijiet bejn il-konsulenti kliniċi u r-Radjoloġisti, f'każi li huma ta inqas urġenza. Dawn il-pazjenti jiġu s-slottjati bħala 'over-booking', sistema li turi l-effiċjenza tar-radiographers u r-radjoloġisti li jaħdmu f'dan id-dipartiment.
Bħalissa il-waiting time ta` l-appuntamenti għall-CT Scan mhux urġenti huwa bejn wieħed u ieħor ta` minn erba` sa ħames ġimgħat. Id-Dipartiment tar-Radioloġija fl-Isptar San Luqa jagħmel madwar 25 CT Scan kuljum. Dan ifisser li jsiru 20% iktar CT Scans minn dipartiment tar-radioloġija fl-isptarijiet fl-Ewropa li bħalna jservu popolazzjoni ta` xi 400,000.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jiġu mogħtija refunds ta' l-income tax? Kemm fadal refunds biex jingħataw, sena b'sena? Kemm ingħataw refunds minn Settembru 1998, sena b'sena u għal liema sena f'kull sena li ingħataw?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif ingħad f'diversi interpellanzi fis-snin l-imgħoddija mis-sena ta' stima 1999 'l hawn, ir-refunds qegħdin jitħallsu fi żmien 6 xhur skond il-liġi. Refunds dovuti għas-snin preċedenti jitħallsu skond diversi kriterji fosthom għall-liema snin jirreferi, jekk humiex dovuti lil xi pensjonanti, f'każijiet umanitarji inkluż ta' mard, jekk it-taxpayer ikunx bagħat il-formoli kollha ta' taxxa u ċirkostanzi simili oħra.
Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar ir-refunds li tħallsu bejn 1997 u l-2001, u x'ammonti għad iridu jitħallsu sas-sena 1998.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex appuntament għal Angio Plasti li ġie mitlub f'Novembru għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw kunfidenzjalment, sa llum għadu ma' ingħatax?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex mhux jingħataw l-injections ta' l-influwenza lill-persuni b'diżabilita' li jattendu fl-Adult Training Centres?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28268 f'Seduta Numru 607.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi emendata l-liġi tas-sigurta' soċjali biex tinqata' d-diskriminazzjoni fil-konfront ta' nisa miżżewġa li jkunu ħadmu ħajjiethom kollha iżda minħabba ċirkostanzi partikolari jkollhom jieqfu mix-xogħol f'ċerta eta' u jkunu jixtiequ jkomplu jħallsu l-bolla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hi l-politika ta' dan il-Gvern li minn żmien għal ħmien iressaq emendi fil-liġijiet soċjali bl-iskop li jkompli jtejjeb il-qagħda ta' kullħadd specċjalment ta' dawk fosthom li huma l-aktar fil-bżonn. Uħud minn dawn l-emendi għandhom ikollhom effett li jsaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi. Hu ttamat li fi żmien qasir ikolli l-opportunita' li nressaq għal approvazzjoni ta' din il-Kamra emendi f'dan is-sens.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22787, dwar nugrufun fl-arja f'Ta' Farsina u l-madwar, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjonijiet li l-Ministru stess indika li kellhom isiru fuq struzzjonijiet tiegħu fit-tweġiba? Jista' jgħid x'passi konkreti ittieħdu s'issa biex tingħeleb din il-problema serja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi saru spezzjonijiet dwar il-każ minn uffiċjali fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent f'Jannar 2001. Minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li laundry fil-viċin kellha xi problemi b'konsenja ta' fuel ta' kwalita' baxxa. Dan kien irriżulta fi ħruġ għal xi żmien ta' duħħan b'mod eċċessiv. Minn dak in-nhar l-ebda lment relatat ma' dan il-każ ma wasal għand id-Dipartiment. Għalhekk filwaqt li d-Dipartiment jibqa' jimmoniterja l-area, id-Dipartiment qed jikkonsidra dan il-każ magħluq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jidhru kunfidenzjalment u li ilha is-snin kbar li applikat mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali li t-tnejn għandhom kundizzjonijiet anke mediċi tant li l-mara għamlet 2 operazzjonijiet barra min Malta, jgħixu f'unit bi tliet sulari taraġ, i.e. 63 tarġa, kontra l-pariri tat-tobba u ta' l-ispeċjalisti mediċi u kif intqal lilhom mid-Dipartiment għandhom 83 punt, għadhom sal-lum ma ngħatawx post alternattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ tal-koppja ndikata qed ikun ikkunsidrat fid-dawl li jridu post terran f'Bormla biss, fejn id-Dipartiment għandu 221 talba oħra li minnhom 27 huma minħabba t-taraġ.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru kunfidenzjalment titħaffiflu l-proċedura biex jibda jieħu l-pensjoni ta' l-invalidita', li issa ilu ġimgħat jistenna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata ġiet imħallsa pensjoni għall-Invalidita' skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali 1987 (Kap 318). Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji u x'punti kellha l-koppja li ngħatat fond bl-indirzz li qed jintbagħat separatament mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-fond ġie allokat a bażi tal-policy li min joqgħod fi blokk flats ikun intitolat jibdel il-flat tiegħu ma ' wieħed f'sular isfel fl-istess blokk.
Jista' l-Ministru jgħid kif Triq Marju Pace f'Ħal Qormi li hija triq li taqa' fir-responsabbilita' tal-Gvern Ċentrali u li sa illum għadha m'inbnietx, u b'konsegwenza area kbira minnha tegħreq bl-ilma u fin-nuqqas ta' ilma, jeżistu ħofor kbar li joħolqu problemi għar-residenti u uliedhom li ma jistgħux jgħaddu la b'karozza u lanqas bil-mixi; il-Gvern ma illevalax u kesa bl-asphalt biex jiġu mgħeluba dawn id-diffikultajiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jistabbilixxi jekk il-problemi li qed jiġu kkaġunati humiex riżultat tal-fatt li għad hemm ħafna żvilupp xi jsir jew xi nuqqas minn xi żviluppatur biex wieħed jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Maltacom minn Settembru 1998 sa Settembru 2001 li ġew mogħtija promozzjonijiet?
F'liema skala u grad kienu u f'liema skala u grad telgħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament ma ġiex mogħti lura x-xogħol tiegħu, wara li f'Awissu 2000 ġie ċċertifikat li jista' jagħmel ix-xogħol normali tiegħu fil-Forzi Armata u b'hekk ma jibqax fuq light duties?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-individwu msemmi fid-domanda huwa mpjegat bħala “General Hand Group I”.
Huwa kien tilef l-opportunita` li jiġi assimilat minn “Group” ‘A’għal “General Hand Group II” fl-1994 minħabba raġunijiet mediċi.
Peress li din kienet opportunita` ta’ darba huwa ma jistgħax jiġi assimilat issa bħala “General Hand Group II”.