Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar ir-rata ta' l-attivita' ekonomika tan-nisa w ta' l-irġiel (nisa għalihom u irġiel għalihom) skond l-eta' u bħala perċentaġġ tan-nisa għalihom fil-labour force w tal-irġiel għalihom fil-labour force sena b'sena mill-1994 sa l-2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar id-degress, diplomas w ċertifikati akkreditati mill-Universita' ta' Malta sena b'sena akkademika u skond il-gender mis-sena 1995 sas-2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Degrees, Diplomas u Ċertifikati li ġew mogħtija mill-Universita` ta' Malta mis-sena 1995 sa' l-2001 huwa kif ġej:
Sena Nisa Irġiel Total
1995 642 648 1270
1996 698 663 1361
1997 849 867 1716
1998 780 912 1692
1999 957 1021 1978
2000 829 889 1718
2001 957 1048 2005
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30435, jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif kif klassifikat f'din il-mistoqsija parlamentari dwar ħaddiema qegħda, jiġifieri lokal b'lokal, eta' nisa w rġiel, il-kategorija ta' xogħol jew professjoni eċċ, sena b'sena (skond Diċembru ta' kull sena), mill-1995 sas-sena 2001? Jista' jagħti tagħrif wkoll dwar il-gainfully employed u self-employed, bl-istess klassifika u għall-istess perjodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba għal Malta biss skond kif indikat fil-Mistoqsija.
Informazzjoni mitluba dwar il-ħaddiema jaħdmu bi qliegħ (Gainfully Occupied) għas-snin Diċembru 1995, 1996, 1997 u 1998 ma kienux jinġabru għal Malta u Għawdex separatament.
L-informazzjoni dwar is-self employed ma tinżammx fil-format mitlub.
Tajjeb ninforma lill-Onor. Interpellanti li biex inġabret din l-informazzjoni, Executive tal-ETC kellu jaħdem fuqha għal tlett ġimgħat sħaħ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li s-sistema tal-facilitators relievers mhix issolvi l-problema fl-assenza tal-facilitators u li b'konsegwenza li tfal studenti b'diżabilita' qed jintbagħtu d-dar? Jaf l-Ministru li kien hemm tfal b'diżabilita' li dam ħmistax-il ġurnata d-dar? X'inhija l-problema li qed toħloq dan? X'qed isir min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex isolvi din il-problema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-On Call Special Needs Emergency Helpers mhumiex marbutin li meta l-iskola ssejħilhom jidħlu għax-xogħol. In-numru ta' dawk li baqgħu nteressati nieżel ukoll u għal din ir-raġuni reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta' On Call Special Needs Emergency Helpers ġodda u qegħdin isiru l-intervisti.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra is-survey li kien sar fl-1999 dwar il-literacy ta' tfal ta' 7 snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-rapport dwar is-Survey li qed tirreferi għalih l-Onor. Membru kien ġie pubblikat fi Frar 2000 bl-isem "Literacy in Malta - The 1999 National Survey of Year 2 Pupils" miktub minn Dr Charles Mifsud u Josephine Milton tal-Literacy Unit, Faculty of Education, University of Malta, flimkien ma' Greg Brooks u Dougal Hatchinson tan-National Foundation for Educational Research ta' l-Ingilterra. Il-kotba li kienu ġew stampati tqassmu kollha u ma fadal ebda kopja ħlief dawk fil-Librerija ta' l-Universita`.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata lil żgħażagħ b'diżabilita' ili jsegwu xi dixxiplina sportiva? Jaf li żagħżagħ b'diżabilita li jieħdu sehem fl-ispecial olympics jħallsy Lm 4 ta' kull lane kull darba li jużaw il-pixxina nazzjonali? Ma jidhirlux li l-Gvern għandu jagħti għajnuna l-Gvern lil dawn iż-żgħażagħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-responsabbilta' għall-pixxina nazzjonali ma taqgħax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Fl-istess ħin ninforma lill-Onor. Interpellanti li s-sena l-oħra l-organiżżazzjoni volontarja Special Olympics Malta ngħatat is-somma ta' Lm1,800 mill-fondi allokati għall-NGOs biex tkopri parti mill-ispejjeż relatati ma' attivitajiet ta' għawm organiżżati fil-pixxina nazzjonali.
Jista' l-Ministru jelenka x'permessi ta' xogħol, f'sens ta' ħwienet tax-xogħol u negozju huma mogħtija fi Triq Carm Debono, Ħal Qormi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-proċess tad-devoluzzjoni tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju mingħand il-Pulizija għal dan il-Ministeru għadu fi stadju ta' transizzjoni, mhux possibbli li għalissa nagħti l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bejn 1-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Diċembru 2001 kienx hemm xi proċeduri fil-qrati barranin kontra xi ambaxxata Maltija, mibdijin minn ex-impjegati lokali li kienu tkeċċew?
Jekk iva, liema kienu l-ambaxxati u kemm-il każ hemm b'kollox?
Jekk f'dawn il-każi l-ambaxxata Maltija jew il-Gvern Malti ġew ikkundannati iħallsu xi somom ta' flus lill-ex impjegati, u jekk iva x'kienet f'kull każ din is-somma?
Fil-każ jista' jgħid jekk il-Gvern Malti ħallasx din is-somma jew jekk hux qiegħed jikkontesa jew jappella minn dawn id-deċiżjoni jew deċiżjonijiet?
Jekk għadu ma ħallasx, saru xi rappreżentazzjonijiet mill-Gvern barrani biex il-Gvern malti jħallas?
Jista' l-Viċi Prim Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ppreparat minn Dr Godfrey Baldacchino għall-Assoċjazzjoni Maltija ta' min iħaddem (Marzu 2000) u li ġie kkunsidrat fit-tfassil tal-White Paper dwar l-ERA
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument indikat mill-Onor. Interpellanti.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ppreparat minn Dr Godfrey Baldacchino għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti (Marzu 2001) li ġie kkunsidrat fit-tfassil tal-white paper dwar l-ERA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument indikat mill-Onor. Interpellanti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar PA 03172/01 fis-sens jekk hux se jaqa l-fond u allura l-anzjan li joqgħod hemm hekk ux se jingħata akkomodazzjoni alternattiva?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 3172/01 tirrigwarda t-twaqqigħ ta` bini eżistenti u minfloku qiegħed jiġi propost li ssir pjazza. L-applikazzjoni msemmija għadha qiegħda tiġi pproċessata u għalhekk għad m`hemmx deċiżjoni jekk il-fond in kwistjoni għandux jitwaqqa` jew le.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm u min huma dawk l-impjegati f'St Vincent de Paule Residence li twaqqfulhom l-increments minħabba li huma fuq light duties u mhux jagħmlu xogħol skond is-salary grade tagħhom? Kemm ilhom li twaqqfulhom l-increments?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara x'azzjoni għandha tittieħed biex tiġi mgħeluba l-problema li qed taffettwa koppja anzjana li l-indirizz tagħhom qed jintbagħat separatament u li ġiet maħluqa min meta Triq iċ-Ċawsli, Ħal Qormi ingħata t-tarmac bħala parti mill-proġett ta' Triq l-Imdina? B'konsegwenza li t-triq ġiet taqleb fuq in-naħa ndikata qed jinġabar l-ilma quddiem ir-residenza msemmija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jara l-każ u skond iċ-ċirkustanzi li jirriżultaw jara x'hemm bżonn li jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm offerti mixħuta għall-offerta mħabbra fil-gazzetta tal-Gvern tat-12/10/01 nru 17,150, avviż nru 128, għal kisi mill-ġdid ta' Triq il-Markiż John Scicluna, Santa Venera?
Kemm kienet kull offerta?
Min ħa l-kuntratt?
Mill-liema fondi tħallset jew se titħalla l-Gvern Ċentrali jew il-Kunsill Lokali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għall-avviż Nru. 128 biex isir xogħol fi Triq il-Markiż John Scicluna, Santa Venera intefgħu żewġ offerti, waħda ta' Lm10,015 u l-oħra ta' Lm10,104.
Il-kuntratt ingħata lill-kumpanija CJP Tarmac Ltd. għall-prezz ta' Lm10,015 u l-ispejjeż ser jitħallsu mill-fondi tal-Gvern Ċentrali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intefgħu offerti skond l-avviż mxandar fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9/11/01, nru. 17, 159, fejn il-Kumitat tal-Welfare talab kwotazzjonijiet għall-provvista ta' magni li jaħslu l-art? Kemm kienu l-offerti Lil min ġiet akkreditata? Fejn se jintużaw dawn il-magni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għat-tender li għamlet referenza għaliha l-Onor. Interpellanti kien hemm offerta waħda, mingħand Forestals (Appliances) Ltd. bil-prezz ta' Lm11,724. Il-magni mixtrija qed jintużaw fir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għal provvista w tqegħid ta' ċangaturi tal-konkos pre-stressed għall-mont nru. 2, Wied il-Kbir, Ħal Qormi, skond kif imħabbar fil-gazzetta tal-Gvern, tad-9/11/01, nru 17159, kwot nru. 82/01? Kemm kienu l-offerti? Lil min ġiet mogħtija? Meta huwa ppjanat li se jibda w jispiċċa x-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għax-xogħol imsemmi ntefgħu żewġ offerti, waħda ta' Lm1,074. u l-oħra ta' Lm867.00. Ġiet mogħtija lil Schembri and Sons għall-irħas ammont u x-xogħol mistenni jibda u jispiċċa għall-aħħar ta' Marzu 2002.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir ma' l-entitajiet bankarji f'Malta li jħaddmu l-faċilitajiet ta' ATM biex dawn jiġu fiżikament aċċessibbli għal kulħadd?
Jista' l-Ministru jgħid xi kemm il-ATM ġiet irranġata s'issa, jiġifieri minn meta ġiet fis-seħħ il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') biex din tkun aċċessibli?
Kemm fadal ATMs li m'humiex aċċessibli?
Xi pjan hemm biex dawn isiru u kemm se jieħu żmien biex dan il-pjan jitwettaq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fir-rigward ta' entitajiet bankarji u l-aċċessibilita' fiżika l-Kummissjoni laħqet ftehim ġenerali mal-HSBC Ltd li jinkludi dan l-aspett.
Il-Kummissjoni għada qed tiddiskuti mal-Bank of Valletta ftehim simili pero' sfortunatament għad ma ntlaħaqx ftehim sħiħ.
Il-Kummissjoni għad trid tibda diskussjonijiet ma' entitajiet bankarji oħra.
Rigward, ATMs u l-HSBC il-ftehim jgħid li sa 4 snin oħra l-ATMs kollha jridu jkunu ta' livell li jintlaħqu minn kulħadd inkluż persuni li jużaw siġġu tar-roti. S'issa dan il-bank għandu 25 ATMs aċċessibbli u qed jippjana li fl-4 snin li ġejjin jirranġa 10 matul din is-sena, 20 s-sena d-dieħla, 20 fis-sena 2004 u 6 fis-sena 2005. Il-bank ser ikollu numru żgħir ta' ATMs li għalkemm ikunu l-għoli t-tajjeb ser ikun diffikulta biex dawn jintlaħqu, liema diffikulta hi diffiċli tiġi eliminata.
Rigward il-Bank of Valletta dawn ukoll bdew programm biex fi żmien raġonevoli jibdlu l-ATMs tagħhom li jkunu aċċessibbli għal kulħadd inkluż persuni li jużaw siġġu tar-roti. Uħud minn dawn l-ATMs ser ikunu aċċessibbli wkoll għal persuni għomja. Id-dettalji għadhom qed jiġu diskussi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għal provvista w tqegħid ta' ċanġaturi tal-konkos pre-stressed għall-Wied il-Kbir, Ħal Qormi, skond kif imħabbra fil-gazzetta tal-Gvern, tad-9/11/01 nru. 17159, kwit nru. 81/01? Għal liema parti tal-Wied se jintużaw? Kemm kienu l-offerti? Lil min ġiet mogħtija? Meta huwa ppjanat li se jibda u jispiċċa x-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ntefgħu żewġ offerti,waħda ta' Lm1,354.50 u l-oħra ta' Lm1,147.50. Ix-xogħol se jsir fejn ser jiġi Bridge 1. L-offerta ngħatat lill-irħas wieħed, jiġifieri lil Schembri and Sons. Ninsab infurmat li x-xogħol huwa lest.
Jista l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti skond l-avviż tal-Kunsilli Lokali ta' Sta. Venera fil-gazzetta tal-Gvern 25/10/01, nru 17154, għal xogħol ta' titjib ambjentali fi Triq il-Kbira, San Ġużepp. L-ewwel fażi: il-parti bejn l-Istitut Apap u Triq il-Qalb Imqaddsa? Kemm kienu l-offerti? Lil min ingħatat? Il-kuntrattur żamm mal-perjodu stipulat biex jitlesta x-xogħol fi żmien 3 xhur? Jekk le, x'hemm provdut fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.