Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fir-rigward ta' ħsarat serji fis-sistema ta' drenaġġ f'kumpless ta' garages li hemm fil-parti t'isfel ta' Triq id-Deheb Fin f'Ħal Qormi, u li ilha issa s-snin, għad-detriment ta' saħħet ir-residenti ta' l-area, u dan minkejja d-diversi attentati li saru ma' awtoritajiet differenti biex sid il-propjeta' jieħu l-azzjonijiet meħtieġa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-main tad-drenaġġ li hemm fi Triq id-Deheb Fin, Qormi ma fihx ħsarat. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħda tirreferi għal xi ħsara nterna ta' xi kumpless ta' garaxxijiet, din għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha, min huma dawk il-ħaddiema tal-gvern u l-grad tagħhom li fil-preżent qed iħallsu taxxa fuq fringe benefits?
X'inhu s-servizz, eċċ, u l-valur f'ċifri ta' flus kull xahar li fuqu qed titħallas taxxa għal fringe benefits minn kull impjegat?
X'inhu l-valur f'ċifri ta' flus li fuqu inħadmu dawn il-frindge benefits?
Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha, x'kien l-ammont u l-valur tal-accruals fl-ewwel ta' Jannar 2002 u f'liema voti kienu dawn l-accruals?
Tista' l-Ministru tgħid x'kien id-dħul tal-gvern f'kull vot jew kategorija matul is-sena 2001 xahar b'xahar f'kull sezzjoni li taqa' taħt il-Ministeru tagħha?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' family households li fis-sena 2001:
a) li għandhom tfal taħt it-18-il sena
b) li huma one parent household
c) kemm one parent families huma mmexxjin min-nisa u kemm mill-irġiel
d) kemm familji mmexxijien minn koppji
e) in-numru totali ta' familji bit-tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' households li rċevew xi allowance għal tfal fuq 16-il sena w taħt il-21 sena kien ta' 857 u n-numru ta' tfal f'dawn il-households kien ta' 873. Dawn il-figuri huma nklużi fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dwar il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid bediex ix-xogħol fuq il-bini ta' maisonettes u garaxxijiet fi Plot 12 Triq Nerik Xerri u Plots A u C Triq il-Għasel - Ħal Kirkop, kif inħabbar permezz ta' l-offerti CT 304/2001 u CT 305/2001 fil-gazzetta tal-gvern ta' l-24/08/01?
Meta se jitlesta x-xogħol?
Meta se joħorġu għal kiri jew bejgħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħol fuq il-bini tal-maisonette beda fi Frar u s'issa tlesta l-basement. Iż-żewġ proġetti mistennija jitlestew fis-17 ta' Ġunju 2002. Hu ppjanat li dawn joħorġu għall-bejgħ fil-ħarġa li jmiss.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari nri. 27774 (u cioe, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies fi grades industrijali mal-gvern u f'liema gradi minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena, fis-servizz pubbliku kif ukoll f'entitajiet oħra bħal korporazzjonijiet u kumpanniji tal-gvern eċċ. entita', entita'?) u 28645 (u cioe, B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774 (u cioe, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?) jista' l-Ministru jagħti tweġiba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Settembru 1998 sal-lum, fid-Dipartimenti u entitajiet fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ġew impjegati dawn il-persuni fi gradi industrijali:
Dipartiment/Entita` Grad Sena
Dipartiment taż-Żgħażagħ 1 Labourer (Ex Impressed Driver) 2000
u Sport
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 36 Labourers (Ex Impressed Drivers) 2000
Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1 Auxiliary Worker 1999
(ġie trasferit għad-Div. tas-Saħħa
bħala Labourer) 2001
F.I.S. 1 Messenger/Driver 1999
Universita` ta' Malta 1 Ġardinar 1998
4 Labourer/Cleaner 2001
1 Electrician/Plumber 2001
MCAST 2 Driver/Messengers 2001
1 Part-time General Hand 2001
St James Cavalier Nirreferi għat-tweġiba għall-
Mistoqsijiet Paramentari Numri
32267 u 32259.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji ta' l-għajnuna soċjali skond l-istatus tagħhom, gender u eta' fis-sena 2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar persuni li kienu qed jirċievu l-Assistenza Soċjali f'Diċembru 2001.
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika bl-eta' ta' dawn il-benefiċċjarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji ta' l-old age pension, fit-2001 skond l-istatus, il-gender u eta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar persuni li kienu qed jirċievu l-Old Age Pension f'Diċembru 2001. L-istat ċivili tagħhom kien kif ġej:
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika bl-eta ta' dawn il-benefiċċjarji.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-istudenti fl-Universita' ta' Malta skond is-sena akkademika u l-gender mill-1995 sas-2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti fl-Universita` ta' Malta mill-1995 sas-sena 2000 huwa kif se nsemmi:
Sena Irġiel Nisa Total
1995 2925 3029 5954
1996 3245 3357 6611
1997 3127 3339 6466
1998 3346 3412 6758
1999 3533 3689 7222
2000 3475 3843 7345
2001 3556 4568 8124
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ewwel għaxar karigi ta' xogħol okkupati min-nisa (ghalihom) u l-irġiel (għalihom) sena, b'sena l-1995 sas-2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ogħla ħames karigi ta' xogħol li nisa bla xogħol qed jirreġistraw għalihom u l-irġiel għalihom, sena b'sena mill-1995 sas-sena 2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm single parent families mmexxijin mill-ommijiet klassifikat skond l-eta' u kemm għandhom tfal u dan fis-sena 2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ebda wieħed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellanti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbediex ix-xogħol tar-rikonstruzzjoni tas-swali ta' l-irġiel u tan-nisa l-2 u 3-4 fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Meta se jitlesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' rikostruzzjoni tas-swali ta' l-irġiel 2/3-4 fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule beda u mistenni jitlesta għal nofs is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji tas-social security pension fis-sena 2001, skond it-tip ta' pensjoni u skond il-gender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar benefiċċjarji ta' pensjoni kontributorja tas-Sigurta' Soċjali, f'Diċembru 2001.
B'riferenza għal offerta CT 238/2001 mħabbra fil-gazzetta tal-Gvern ta' l-24/8/1 dwar provvista ta' air monitoring equipment (auto analytical equipment), jista' jgħid dan l-equipment inxtarax u jekk bediex jintuża ? Fejn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid ġiex mibdi x-xogħol ta' estensjoni u alternations / refurbisment fid-Detox Out Patients Unit fl-Isptar San Luqa kif imħabbar skond offerta CT 302/2001 fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-24/08/01? Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta se jitlesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ix-xogħol tad-Detox imbeda fil-15 ta' Frar, 2002. Dan jikkonsisti prinċipalment, fil-bini ta' ħames t-ikmamar fuq in-naħa ta' wara tal-bini eżistenti.
B'dan it-tkabbir, dan iċ-Ċentru ser ikollu żewġ Waiting Areas, sitt clinics tat-tobba, tlett kmamar għal konsulenti, area minn fejn titqassam il-mediċina, aktar toilets separati għan-nisa, rġiel u għall-istaff kif ukoll uffiċċju, treatment room, u staff quarters.
Barra minn hekk, il-post ser jiġi rranġat sabiex jilħaq għall-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita' li jkunu jinħtieġu jattendu f'dan iċ-Ċentru. Dan it-tibdil jinkludi bini ta' rampi fl-entraturi u toilets apposta għalihom, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.
Huwa stmat li x-xogħol jitlesta sa' Lulju ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn skolastiċi (sena 2000-2001) fl-iskejjel Speċjali:
(a) kemm daħlu studenti ġodda
(b) kemm ħarġu studenti mn dawn l-iskejjel u
(c) kemm kienet l-ispiża kapitali u rikorrenti f'dawn l-iskejjel speċjali
Response (GALEA, LOUIS)
Informat wieħed u tletin student daħlu fi skejjel speċjali f'dawn l-aħħar sentejn skolastiċi filwaqt li ħamsa u sittin student ħarġu minn dawn l-iskejjel minħabba li marru l-Adult Training Centres jew sabu xogħol
Infieq Kapitali u Rikorrenti fi skejjel speċjali f'dawn l-aħħar sentejn skolastiċi kien kif se nsemmi:
Sena Skolastika Nefqa Kapitali Nefqa Rikorrenti Salarji
2000 - 2001 Lm28,000 Lm48,400 Lm585,280.366
2001 - 2002 Lm28,000 Lm49,486 Lm416,218.705
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadha ma ġietx regolarizzata l-pozizzjoni ta' dawk il-ħaddiema ta ex-Posta Limited li għażlu li jirritornaw lura biex jibqgħu jaħdmu fis-settur pubbliku flok mal-kumpanija Posta Ltd? Jaf li minkejja li ħafna minn dawn il-ħaddiema rritornaw lura fis-servizz pubbliku fl-1995 għadhom ikkunsidrati bħala postal grades?
Jaf li dawn il-ħaddiema huma stajnati fil-grad tagħhom u ma jistgħux jieħdu promozzjonijiet? Jaf li ċerti ħaddiema minn dawk li għażlu li jmorru lura fis-servizz pubbliku spiċċaw minn mal-Gvern b'pensjoni daqs ta' sħabhom li spiċċaw bl-istess grad minn mal-Posta Ltd? Meta ser jiġu finalizzati t-taħdidiet li qed isiru bejn l-Unions u l-Gvern? Jista' jgħid kif dawn il-ħaddiema ser jiġu integrati fis-Servizz Pubbliku f'liema skala ta' salarju, grad u meta ser isir dan?
Jista' jgħid jekk il-ħaddiema li diġa spiċċaw bil-pensjoni humiex se jiġu inkorporati f'dan il-ftehim biex bżhekk tiġi korretta d-diskriminazzjoni li teżisti bejn ħaddiema li ritiraw minn ma' l-ex-Posta Ltd u dawk li ritiraw mis-settur pubbliku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li dawk il-ħaddiema li għażlu li jmorru lura mal-Gvern ma baqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Maltapost, il-kumpanija mhix involuta f'taħdidiet biex tiġi regolarizzata il-pożizzjoni ta' dawn il-ħaddiema.