Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux sistema ta' fast track fuq applikazzjonijiet ta' anzjani bi ħtieġa urġenti li jiġu rikoverati f'xi dar għalihom? Jekk għandu, x'inhuma l-kriterji li juża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' għandu sistema ta' kif jevalwa l-applikazzjonijiet fejn il-bżonn jiġi bħala l-ewwel kriterju. Dan il-kriterju jibbaża ruħu fuq l-assessments mediċi u soċjali li jkun ippreżentat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għadux isegwi l-policy li meta d-djar ta' l-anzjani tiegħu jkunu mimlijin, jissussidja d-dħul tagħhom fi djar privati kif kien jagħmel ftit taż-żmien ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' għadu isegwi l-policy li jissussidja d-dħul ta' l-anzjani fi djar privati.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-waiting list ta' l-applikazzjonijiet ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu f'xi dar għalihom, skond id-dar indikata, skond meta saret l-applikazzjoni u minn liema belt jew raħal ġejjin dawn l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jaf il-Ministru li persuni li jmorru jiġbru l-mediċini mill-health centres u dawn ma jkunux in stock jingħad lilhom biex imorru jipprovaw isibu l-mediċina minn health centres oħra?
Jista' jispjega x'inhi l-policy meta persuni li huma eliġibbli għal mediċini b'xejn, imorru biex jiġbru l-medicini mill-health centres u ma jkunux in stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn żmien għal żmien, minħabba ċirkustanzi li d-Dipartiment tal-Kura Primarja ma għandux kontroll fuqhom, is-supply ta' ċertu mediċini jonqos mill-ispiżeriji tal-gvern. Meta dan jiġri, il-policy hija kif ġej:
Jekk ma hemmx
stock,
l-ispiżjar li ma jkollux il-mediċina jinforma l-pazjent li l-mediċina hija
out of stock
L-ispiżjar jiċċekja jekk hemmx spiżeriji oħra tal-gvern li għandhom il-mediċina u jinforma l-pazjent
Tinħareġ karta tal-
out of stock
li tingħata lill-pazjent sabiex tiġi ppreżentata minflok riċetta meta l-pazjent imur jiġbor il-mediċina minn spiżerija oħra li ma tkunx taqdi d-distrett tiegħu.
Fuq il-karta tal-
out of stock
ikun hemm in-numru tat-telefon tal-ispiżerija biex jekk il-pazjent ma jkunx irid jiġbor il-mediċina minn spiżerija alternattiva għax ikun fadallu xi ftit id-dar, ikun jista' jċempel iżjed tard biex jiċċekkja jekk din tkunx waslet.
Jekk ma jkunx hemm spiżeriji tal-gvern oħra li jistgħu jagħtu ftit mis-
supply
tal-mediċina, l-ispiżjar jgħid lill-pazjent meta x'aktarx ser jidħol l-
istock
il-ġdid, sabiex jerġa' jgħaddi u jinqeda.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tinbena Triq Pietru Saliba f'Ħal-Luqa, li hija mibnija kollha fi djar residenzjali u li tinsab fi stat mill-agħar, tant li meta tagħmel ix-xita hemm min qiegħed jegħreq bl-ilmijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jafx bl-inġustizzja li qed issir ma' dawk l-impjegati tas-servizz pubbliku li fl-aħħar collective agreement ma tteħidx in konsiderazzjoni fir-rigward tal-pre-retirement leave, li meta ġew impjegati fis-servizz pubbliku kellhom biss 15-il ġurnata paid sick leave u mhux 30 ġurnata kull sena? Jista' jgħid meta din l-inġustizzja se tirranġa ruħha bil-għan li ħadd minn dawn l-impjegati ma jiġi ddiskriminat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar Collective Agreement ma nbidel xejn fis-sustanza ta’ l-iskema tal-Pre-Retirement Leave.
It-tibdil li sar huwa fil-formula dwar kif impjegat jikkwalifika għal dan il-leave. Dan sar bi qbil, wara proposta magħmula mill-Unions.
Din il-formula hija bbażata fuq is-sick leave mhux utiliżżat matul il-karriera kollha, u tapplika l-istess għal impjegati b’entitlement differenti ta’ sick leave.
Għalhekk m’hi qed issir ebda inġustizzja fl-għoti tal-Pre-Retirement Leave.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15212 datata 25 ta' Ottubru, 2005, jista' il-Prim Ministru jagħti aktar tagħrif dwar il-waterproof clothing li dan l-aħħar inxtara għas-suldati ta' l-ajruport għal waqt is-summit taċ-CHOGM? Jista' jgħid jekk l-ilbies imsemmi huwiex ta-tip militari u/jew huwiex addattat għas-suldati li jridu jagħmlu 12-il siegħa għassa ma' l-ajruplani fix-xita? Kemm sewa għal kull suldat? Min ħa ħsieb jixtri dan l-ilbies għandu l-expertise biex jiddeċiedi fuq ilbies bħal dan, jiġifieri ilbies addattat għal suldat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Armata nefqet madwar Lm 2,500 fuq waterproof clothing. Tajjeb li wieħed jinnota li dan l-ilbies huwa magħmul apposta biex jipproteġi l-individwu, partikolarment mix-xita u n-nida, u saħansitra jintuża mill-militar anke f’pajjiżi oħra. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi, li fiċ-ċirkostanzi tat-temp ta’ Malta, infieq bla bżonn fuq ilbies li joffri protezzjoni esaġerata u li jiswa ferm aktar flus, ma jinħasx li huwa ġġustifikat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid f'Malta kemm kellna u għandna minimum wage earners irreġistrati matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
TWEĠIBA
It-tagħrif mitlub mill-Onor Membru hu kif jidher f’din it-tabella:
Tip ta’ Impjieg
2000
2001
2002
2003
2004
Impjegati
full-time
6799
5487
3286
1521
2250
Impjegati full-time b’sigħat mnaqqsa/part-time
5643
6347
7492
6245
6315
TOTAL
12442
11834
10778
7766
8565
It-tagħrif li qed jingħata hawn fuq hu meħud mill-
Labour Force
Survey
u d-
data
hi meħuda mid-
dataset
annwali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk is-suldati li se jkunu qed jaħdmu l-Airport fuq barra tul il-Konferenza CHOGM għandhom water proof clothing bħal Gore-Tex? Veru li madwar 300 suldat li se jkunu qed jaħdmu fuq barra matul il-perijodu ta' din il-konferenza m'għandhomx water proof clothing? X'qed jagħmel jew x'se jagħmel il-gvern biex jindirizza din il-problema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li s-suldati kollha li ser ikunu xogħol fuq barra waqt il-konferenza taċ-CHOGM ser ikollhom ilbies waterproof, jew tat-tip GORETEX jew ta’ tip ieħor.
Jista' il-Ministru jgħid minn fejn ikun ġej l-ilma li joskula fi Triq il-Wied, Ħal Qormi - anke skond kif jidher mir-ritratti li qed jintbagħtu separatament - f'temp bla xita? Jista' jgħid x'ilma hu dan? X'qed jagħmel il-gvern biex dan l-ilma ma jibqax joskula f'din it-triq?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li meta uffiċjal tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet mar fil-post indikat biex jagħmel spezzjoni, ma kienx hemm ilma joskula fit-triq.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Akkwist ta' art f'Ħal Qormi
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-President Declarations datati: a) 20 ta' Marzu 1987; u b) 9 ta' Mejju 1989 dwar l-akkwist ta' art fi Triq Valletta, Ħal Qormi?
Jista' jgħid għaliex qed tintuża din l-art fil-mument u jekk il-gvern għandux xi pjan partikolari għal din l-art fil-futur?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' Dikjarazzjoni tal-President ta' Malta ppublikati fil-Gazzetti tal-Gvern, tal-20 ta' Marzu 1987 Avviż Nru. 225 u tal-5 ta' Mejju 1989 Avviż Nru. 258.
Dik tal-20 ta' Marzu 1987 saret fuq talba tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fit-23 ta' Diċembru 1982, għat-twessiegħ tat-triq u dik tal-5 ta' Mejju 1989 saret fuq talba tal-istess dipartiment fis-7 ta' Novembru 1973.
Sa llum id-Dipartiment tal-Artijiet għadu ma ġiex infurmat mit-Taqsima tax-Xogħlijiet jew minn xi Dipartiment ieħor jekk hemmx xi pjan partikolari għal dawn l-artijiet fil-futur jew jekk għandux jirrilaxxa lis-sidien dawk il-partijiet li ma ntużawx għall-iskop tal-esproprju mitlub. Id-Dipartiment ma għandux informazzjoni fuq l-użu preżenti tal-proprjeta' kollha li ġiet dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku.
Każ għand id-direttur ta' l-akkomodazzjoni soċjali
Question
Tista' il-Ministru tgħid għaliex huwa daqshekk diffiċli li direttur ta' l-akkomodazzjoni soċjali jwieġeb il-korrispondenza li nbagħtitlu fuq każi serji ta' housing soċjali li ilhom is-snin pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, sakemm ma jkunx prekluż bil-liġi milli jagħti informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali, id-Direttur tad-Dipartiment indikat mill-Onor. Interpellanti jwieġeb għall-ittri li jirċievi.
Irrid inżid li minn investigazzjoni li għamilt irriżultali li xi Dipartimenti, inkluż dak indikat, kienu qed jużaw l-istess prassi għal ittri li jirċievu minn Membri Parlamentari bħal dik użata bejn Dipartimenti tal-Gvern, fejn ma jintbagħtux acknowledgements. Ninforma lill-Onor. Interpellanti li jien tajt struzzjonijiet lid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi biex tinbidel din il-prassi u ittri li jirċievu minn Membri Parlamentari jkunu acknowledged.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Każ dwar ftehim ta' trasferiment
Question
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ilhom ix-xhur jistennew biex jissejħu biex jiffirmaw ftehim ta' trasferiment mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali wara li l-partijiet konċernati qed jaqblu li dan isir u wkoll wara korrispondenza li ilha li ntbagħtet ix-xhur u li d-direttur tad-dipartiment ma wieġeb qatt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuni ndikati mill-Onor. Interpellanti ma kienx wieħed ta’ bdil bejn żewġ postijiet tal-Gvern, kif normalment ikunu talbiet għal bdil, iżda wieħed fejn il-bdil mitlub kien jinvolvi post tal-Gvern u ieħor tal-privat li ma kienx f’idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Ninsab infurmata wkoll li issa, wara li d-Dipartiment għamel il-verifiki meħtieġa, inħarġet l-allokazzjoni fuq il-post tal-Gvern.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed jiġri fil-qasam tat-trasport għal persuni b'diżabilita' li qabel kien jiġi pprovdut mill-fondazzjoni trasport ħajja indipendenti u li issa suppost qiegħed f'idejn Dar il-Kaptan? Peress li hawn numru kbir ta' persuni b'diżabilita' li jridu jmorru għax-xogħol jew għall-iskola li qabel kienu jinqdew bit-trasport minn din il-fondazzjoni u llum għandhom diffikultajiet kbar, jew mhux qed imorru jew inkella qed iħallsu l-belli liri, għaliex is-servizz li suppost qed jingħata minn Dar il-Kaptan mhux qed ikun suffiċjenti? Veru li l-gvern mhux qed jissussidja aktar dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’hux assolutament il-każ li l-Gvern mhux jissussidja s-servizz ta’ trasport lill-persuni b’diżabilita li qabel kien provdut mill-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti u li, minn nofs Ġunju ta’ din is-sena, qed jiġi provdut bl-aktar mod responsabbli mill-Fondazzjoni Respite Care Services, jew kif inhi aktar magħrufa, Dar il-Kaptan. Fil-fatt il-Gvern, permezz tal-fondi li jipprovdi lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’, jissussidja dan is-servizz b’madwar Lm20,000 fis-sena.
Ninsab infurmata li l-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti għaddiet il-lista tal-klijenti li kellha meta waqfet tagħti dan is-servizz lill-Fondazzjoni Respite Care Services. Din ta’ l-aħħar assigurat li kull persuna fuq il-lista baqgħet tirċievi s-servizz.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk is-suldati li se jkunu qed jaħdmu l-Airport fuq barra tul il-Konferenza CHOGM għandhom water proof clothing bħal Gore-Tex? Veru li madwar 300 suldat li se jkunu qed jaħdmu fuq barra matul il-perijodu ta' din il-konferenza m'għandhomx water proof clothing? X'qed jagħmel jew x'se jagħmel il-gvern biex jindirizza din il-problema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm telqu piloti minn ma' l-Air Malta plc minn meta ġie konkluż il-Memorandum of Understanding madwar sena ilu, bit-total maqsum bejn piloti Maltin u dawk barranin?
Tista' il-Ministru tgħid x'titjib u xi tkabbir fis-servizzi sar mill-aġenzija Sapport mill-aħħar budget 'il hawn meta s-somma li ngħatat lil din l-aġenzija telgħet minn Lm270,000 għal Lm507,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2004, l-Aġenzija Sapport bdiet iżżid sostanzjalment in-numru ta' klijenti u servizzi li kienet qed tagħti. Iż-żieda fil-flus allokati lil din l-Aġenzija fl-2005 kienet prinċiparjament tirrifletti l-fondi meħtieġa biex dawn iż-żidiet fin-numru ta' klijenti u servizzi tkun sostnuta matul 2005.
Pjan nazzjonali kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
Question
Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-inizjattivi l-ġodda li ttieħdu fuq ir-rakkmandazzjonijiet u l-proposti li saru fil-pjan nazzjonali kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali biex jiġu ndirizzati l-kategoriji ta' nies differenti li ġew identifikati f'dan il-pjan, minn meta ġie mħabbar u ppubblikat il-pjan, fis-sajf ta' l-2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapport aġġornat li juri x-xogħol li sar u inizjattivi li qed jittieħdu fuq ir-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2004-2006) li kien ġie ppublikat f’Settembru 2004.
Pjan nazzjonali kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'laqgħat ta' konsultazzjoni diġa' saru u x'hemm ippjanati u ma' min, dwar l-update li ġie mħabbar li jsir fuq il-pjan nazzjonali kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?
Tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jkun hemm konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali dwar dan permezz ta' l-MCESD?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-aġġornament reċenti tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2004-2006), li kien ġie ppublikat f’Settembru 2004, sar b’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati kollha, jiġifieri ma dawk l-entitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-proġetti msemmija fl-istess Pjan. Kopja tar-rapport ta’ aġġornament tal-Pjan ser jintbagħat lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali għall-kummenti u veduti tal-Kunsill.
Inżid ngħid li biex ikun hemm komunikazzjoni regolari u kontinwa bejn il-Ministeru u l-entitajiet konċernati, ġiet allokata persuna speċifikament fuq dan ix-xogħol.