Jista' l-Ministru jgħid qiegħedx isir xogħol ieħor mill-probation officers barra x-xogħol assenjat lilhom mill-qorti? Jekk fl-affermattiv x'inhu dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minbarra x-xogħol assenjat mill-Qorti, il-Probation Officers qed jiġu assenjati ukoll xogħol fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin speċifikament fit-taqsima taż-żgħażagħ.
Ninsab infurmat ukoll li kull priġunier qed jiġi assenjat probation officer biex l-istess priġunier ikun jista` jiġi segwit kemm idum fil-ħabs.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-caseload preżenti ta' kull probation officer? Kemm għandha tkun il-kwota tal-caseload ta' kull probation officer?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-case load taż-żewġ Senior Probation Officers hija ta` 18-il każ kull wieħed, filwaqt illi l-case load tal-Probation Officers hi ta` 73, 94, 59, 63, 59 u 65 każ rispettivament.
Ninsab infurmat ukoll li l-kwota tal-caseload ta` Senior Probation Officer hija ta` tnax-il każ filwaqt li dik ta` Probation Officer hija ta` ħamsa u tletin każ.
Tajjeb li jingħad li sfortunatament, minkejja li ta` kull sena, il-Ministeru qiegħed jissussidja kors fl-Universita`, mhux kull min jispiċċa l-kors qed juri ħajra jidħol għal dan ix-xogħol interessanti imma impenjattiv.
B`danakollu din is-sitwazzjoni hi ħafna aħjar minn dak iż-żmien meta minkejja li kellna liġi tal-probation, ghal snin twal kien hemm probation officer wieħed u ġieli tnejn biss.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa sabiex jiġu ngaġġati probation officers ġodda? Jekk fl-affermattiv meta u jista' jgħid kemm biħsiebu jimpjega probation officers ġodda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li diġa` inbeda il-proċess biex toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal postijiet ta` Probation Officers/Trainee Probation Officers. Hemm il-ħsieb li f`dan l-istadju, jiġu impjegati massimu ta` erba` Probation Officers hekk kif jitlesta l-proċess kollu.
B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitroaġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Ħal Qormi sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-monitoraġġ ta` l-arja f`Ħal Qormi jsir kemm permezz ta` Diffusion Tubes kif ukoll bil-mobile station.
F`din il-lokalita` diffusion tubes twaħħlu fl-areas ta` Farsina, tal-Wied, fl-inħawi tal-polyclinic u ħdejn l-iskola primarja ta` San Bastjan.
Il-mobile station ukoll intuża f`Ħal Qormi. Dan tqiegħed f`diversi postijiet. F`April 2002, il-mobile station kien tqiegħed ħdejn il-bini tal-Maltapost plc.
Dan il-programm ta` monitoraġġ inbeda lejn l-aħħar tas-sena 1999 u għadu sejjer. Uħud mir-riżultati miksuba jinstabu ippublikati fuq il-website tad-Direttorat għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent (www.environment .gov.mt). Ir-riżultati juru li l-livelli ta` trab fin (PM10) huwa ogħla minn dak stabbilit fid-direttiva Ewropea 99/30/EC.
Id-Direttorat ikkommissjona kumpanija Ingliża b`esperjenza fil-qasam biex tagħmel studju preliminari tad-“data” miksuba s`issa. Ir-rapport ta` dan l-istudju hu mistenni għal Ottubru 2002.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex fl-aħħar rapport annwali tal-Bank Ċentrali l-informazzjoni ppreżentata fuq chart 1.3 commodity prices, paġna 23, tasal biss sas-sena 2000 meta l-analiżi tar-rapport tikkonċerna speċifikament l-iżvilupp li seħħew matul is-sena 2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-chart dwar il-commodity prices f'paġna 23 fl-aħħar Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali ma ġġibx in-numru 1.3 iżda 1.4. Din iċ-chart hija korretta fis-sens li dak li jintwera fiha jikkorrispondi ma' l-analiżi bil-miktub li tidher fl-istess paġna. Iżda minħabba żball tipografiku, ġew2 stampati s-snin 1998, 1999, 2000 fuq iċ-chart minflok 1999, 2000, 2001.
B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitroaġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Santa Venera sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-lokalita` ta` Santa Venera mhix inkluża mal-31 lokalita` li fihom isir monitoraġġ ta` l-arja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern iddeċidiex li jġib u jagħti b'xejn jew ta' lanqas b'mod issusidjat il-kura gleevec kontra l-marda qerrieda tal-Chronic Myeloid Leukemia?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-talba għall-mediċina imatinib (Gleevec) għat-trattament tal-Chronic Myeloid Leukaemia għadha qeda tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 32537, tista' tgħid f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jaqa' taħt il-ministeru tagħha, min huma dawk il-ħaddiema tal-gvern u l-grad tagħhom li fil-preżent qed iħallsu taxxa fuq fringe benefits? X'inhu s-servizz, eċċ, u l-valur f'ċifri ta' flus kull xahar li fuqu qed titħallas taxxa għal fringe benefits minn kull impjegat? X'inhu l-valur f'ċifri ta' flus li fuqu inħadmu dawn il-frindge benefits? Tista' tgħid f'kull dipartiment li jaqa' taħt il-ministeru tagħha, x'kien l-ammont u l-valur tal-accruals fl-ewwel ta' Jannar 2002 u f'liema voti kienu dawn l-accruals? Tista' tgħid x'kien id-dħul tal-gvern f'kull vot jew kategorija matul is-sena 2001 xahar b'xahar f'kull sezzjoni li taqa' taħt il-ministeru tagħha?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 32598, b'riferenza għall-mistoqsijiet nri. 27774 ( Jista' jgħid kemm daħlu nies fi grades industrijali mal-gvern u f'liema gradi minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena, fis-servizz pubbliku kif ukoll f'entitajiet oħra bħal korporazzjonijiet u kumpanniji tal-gvern eċċ. entita', entita'?) u 28631 (b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27774, jista' jwieġeb għad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?), jista' jagħti tweġiba?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-quarterly review tal-Bank Ċentrali March 2002, li janalizza l-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, għadu ma ġiex ippublikat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpelant li m'hemm xejn, la fil-liġi u lanqas fil-prattika, li tirregola d-data ta' ħruġ tal-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali. Il-Quarterly Review ta' Marzu dejjem jittardja xi ftit. Dan għaliex fl-ewwel xhur tas-sena il-Bank Ċentrali jalloka l-parti l-kbira tar-risorsi li għandhom x'jaqsmu ma' l-analiżi ta' l-ekonomija u l-kitba tar-rapport, għall-preparazzjoni tar-Rapport Annwali tal-Bank li l-ħruġ tiegħu hu marbut bil-liġi u jrid ikun ippreżentat fil-Parlament kmieni fix-xahar ta' April. Għalhekk il-Quarterly Review ta' Marzu qatt ma jitlesta qabel ma jiġi ppublikat ir-Rapport Annwali. Għalhekk, per eżempju, fis-sena 2000 ġie ppublikat fit-tielet ġimgħa ta' Mejju u fis-sena 1997 il-Quarterly Review ta' Marzu ħareġ kważi fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju.
Jien infurmat li l-Quarterly Review ta' Marzu 2002 qiegħed f'idejn l-istampatur. Għalhekk sal-ġingħa d-dieħla mistenni jkun f'idejn il-pubbliku.
B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitoraġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Ħal Luqa sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita' tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-monitoraġġ ta` l-arja f`Ħal Luqa jsir kemm permezz ta` Diffusion Tubes kif ukoll bil-mobile station.
F`din il-lokalita` diffusion tubes twaħħlu fl-areas ta` ħdejn il-knisja parrokjali, il-housing estate tal-Gvern, faċċata ta` l-ajruport l-antik u faċċata tal-ġibjun tal-Gvern f`żona residenzjali.
Il-mobile station ukoll intuża f`Ħal Luqa. F`Diċembru 2001, il-mobile station tqiegħed ħdejn il-knisja parrokkjali.
Dan il-programm ta` monitoraġġ inbeda lejn l-aħħar tas-sena 1999 u għadu sejjer. Uħud mir-riżultati miksuba jinstabu ippublikati fuq il-website tad-Direttorat għall-Protezzjoni ta` l-Ambejnt (www.environment .gov.mt). Ir-riżultati juru li l-livelli ta` trab fin (PM10) huwa ogħla minn dak stabbilit fid-direttiva Ewropea 99/30/EC.
Id-Direttorat ikkommissjona kumpanija Ingliża b`esperjenza fil-qasam biex tagħmel studju preliminari tad-“data” miksuba s`issa. Ir-rapport ta` dan l-istudju hu mistenni għal Ottubru 2002.
B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitroaġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Ħal Kirkop sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-lokalita` ta` Ħal Kirkop mhux inkluż mal-31 lokalita` li fihom isir monitoraġġ ta` l-arja.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32282 u cioe, jista' jgħid kemm u min huma dawk l-impjegati f'St Vincent de Paule Residence li twaqfulhom l-increments minħabba li huma fuq light duties u mhux jagħmlu xogħol skond is-salary grade tagħhom? Kemm ilhom li twaqfulhom l-increments?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 32282 li jien tajt f'Seduta Numru 722.
B'riferenza għall-mistoqsija nru. 32535, jista' l-Ministru jwieġeb dwar jekk jistax jara li ttieħed azzjoni fir-rigward ta' ħsarat serji fis-sistema ta' drenaġġ f'kumpless ta' garages li hemm fil-parti t'isfel ta' Triq id-Deheb Fin f'Ħal Qormi, u li ilha issa s-snin, għad-detriment ta' saħħet ir-residenti ta' l-area, u dan minkejja d-diversi attentati li saru ma' awtoritajiet differenti biex sid il-propjeta' jieħu l-azzjonijiet meħtieġa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32535 (Seduta 722).
B'riferenza għall-mistoqsija nru. 32604 dwar Triq l-10 ta' Settembru 1456 f'Ħal Qormi peress li ma nħossx li fit-tweġiba l-Ministru indirizza l-problema tal-bini tat-triq, li issa li din it-triq hija kollha mibnija ma jaħsibx li għandha tingħata l-prijorita' fix-xogħol tad-dipartiment li tiegħu huwa responsabbli biex ta' lanqas ir-residenti jegħlbu waħda mill-problemi li jiffaċċjaw ta' kuljum minħabba t-tħarbit li jgħixu fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 32604.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30797 dwar ir-riżultat tas-survey li sar mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar il-problema ta' l-għargħar f'Ħal Qormi fiz-zona tal-Wied is-Sewda u l-madwar u b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30795, jista' l-Ministru jikkunsidra li s-survey imsemmi jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rappreżentanti u jgħid x'tip ta' azzjonijiet se jittieħdu biex tingħeleb il-problema ta' l-għargħar u meta dawn se jittieħdu? Fil-ġurnata tal-lum meta t-teknoloġija tant kibret jista' jara jekk hemmx mezzi biex isiru faċilitajiet taħt l-art bħal per eżempju culvers, mini ta' l-ilma eċċ, li żgur li l-esperti jistgħu jissuġġerixxu mingħarjr ma jintmiss l-iżvilupp f'bini li sar fl-area imsemmija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tas-Survey mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif mitlub. Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, din hi propju l-intenzjoni tal-gvern, u għalhekk kull xogħol li hemm bżonn isir jitwettaq wara li dan il-pjan jitlesta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li gew effettwati biż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja u li biha qabżu ceiling ta' l-eligibilita' għall-kartuna r-roza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-Iskeda li tirregola l-għoti ta' Għajnuna Medika bla ħlas, li tifforma parti mill-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, tiġi aġġustata kull sena biex tirrifletti ż-żieda fl-għoli tal-ħajja li tkun ingħatat għal dik is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid isem is-senior care worker li ser ikun hemm fiċ-ċentru tat-taħrig għall-adulti (ATC) ta' Pembroke u x'kien xogħolha qabel ingħatat din il-kariga?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-Senior Care Worker fiċ-Ċentru tat-Taħriġ għall-Adulti f'Pembroke hi s-sinjorina Anna Attard. Qabel ix-xogħol preżenti kienet tagħmel xogħol mal-persuni b'diżabilita' kif ukoll ma' l-anzjani fid-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita'.