Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li fi Triq il-Kanun Sta. Venera, fl-area qrib u magħrufa bħala tal-Palazz l-Aħmar, hux se jiġu nstallati traffic lights biex jiġi ffaċilitat il-qsim tat-triq għan-nies u tfal ta' l-iskola?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mall-pajjiż kollu u peress li fil-preżent għaddej xogħol f'din il-lokalita', x-xogħol biex titniffed din it-triq isir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm .
Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk eżentati mill-ħlas ta' l-eżamijiet tat-tfal jiġifieri per eżempju dawk il-familji li l-irġiel huma qegħda u allura jgħixu bl-unemployment benefit?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għall-eżamijiet tal-MATSEC jiġu eżenti milli jħallsu l-mżata dawk li jikkwalifikaw għal din l-eżenzjoni wara li jimlew formola, li tkun ikkonfermata mill-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali li tindika li l-ġenituri jew tuturi tal-kandidati konċernati jaqgħu taħt waħda minn dawn il-gruppi - social assistance, unemployment assistance, old age pension (non-contributory, in lieu of social assistance), special unemployment benefit, u social security pensioners, such as widows who following a means test, would qualify for free medical aid. Kandidati li jirċievu l-għotja tal-manteniment ma jikkwalifikawx għal din l-eżenzjoni.
Informat ukoll li għall-eżamijiet tal-London/Oxford jiġu eżentati milli jħallsu l-miżata dawk l-istudenti li jkunu fl-aħħar klassi sekondarja (Form V). Xi ħadd mill-ġenituri iridu jimlew formola mill-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali li tindika li l-applikant huwa intitolat għal waħda minn dawn l-eżenzjonijiet:-
Social Assistance
Unemployment Assistance
Old Age Pension (Non Contributory, in lieu of Social Assistance)
Special Unemployment Benefit
Special Security Pensioners, such as widows who would qualify for free Medical Aid.
Dawk il-kandidati li għandhom xi forma ta' stipendju ma jikkwalifikawx għal din l-eżenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal-bdil tal-mains ta' l-ilma hux effettwat bl-azzjoni industrijali tal-ħaddiema fil-water services?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li x-xogħol tal-bdil tal-mains ta' l-ilma normalment jinkludi ħafna xogħol li jsir minn kuntratturi privati.
Meta jkun lest ix-xogħol tat-tqiegħid tal-main li jsir mill-kuntrattur, u qabel ma jibda jintuża main ġdid, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jkunu jridu jittestjaw il-kanen ġodda (pressure test), inaddfuhom (wash-out) u wara jqabbduhom mas-sistema tad-distribuzzjoni attwali.
Dan ix-xogħol kollu ma kienx qed isir mill-impjegati tal-Korporazzjoni minħabba d-direttiva ta' azzjoni industrijali ordnata mill-General Workers' Union. B'konsegwenza ta' din id-direttiva, il-mains ġodda li kienu mqegħdin mill-kuntratturi baqgħu ma jistgħux jintużaw.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Ħal Luqa hiex se tkun kompletament lesta sal-bidu tas-sena akkademika 2002/2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħalma stqarrejt drabi oħra, il-pjan tal-proġett ta' tkabbir u rinovament ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa kien previst li jieħu numru ta' snin u hu mistenni li jkun lest fl-2004.
Nirreferi wkoll għal stqarrija maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni li tikkontjeni tagħrif dwar il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol tal-bini u tal-kisi ta' Triq l-10 ta' Settembru, f'Ħal Qormi wara li d-direttorat tat-toroq ħareġ avviż nru. 63 permezz tal-gazzetta tal-gvern fit-23/4/02?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant fi Triq l-10 ta' Settembru f'Ħal Qormi tlesta' fl-aħħar t'Awissu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' l-istallar tal-lift fi blokk 1-5, Ta' Tewma Ħal Kirkop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kostruzzjoni tal-blokki 1 - 5 Ta' Tewma, Ħal Kirkop tlestiet riċentement. Ninsab infurmat li t-tender għall-istallazzjoni ta' lift f'kull blokk ġiet mogħtija u dawn il-lifts mistennija jkunu nstallati fil-futur qrib.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-gvern qed jippjana li t-track tal-Marsa sports grounds se ssir bil-ħlas għal dawk li jmorru jimxu fiha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-track tal-Marsa hija intiża għall-ġiri u mhux sabiex in-nies imorru jimxu fiha. S'issa ma kien hemm ebda pjanijiet dwar rati ta' ħlas għal min juża din it-track.
Informat ukoll li s-Segretarjat Parlamentari ħejja pjanti sabiex tinbena trim trail f'parti oħra tal-Marsa grounds sabiex min ikun irid jagħmel eżereċizzji ta' mixi jew jogging ikun jista' jagħmel dan mingħajr ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq iċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi li ma kull xita jimtela' bl-ilma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li għalkemm wara spezzonijiet li saru fiċ-Ċimiterju ta' Ħal Qormi matul l-aħħar xitwa, ma nstab l-ebda akkumulu allarmanti ta' ilma, ġie ssuġerit li ċertu passaġġi jistgħu jiġu livellati jew miksija mill-ġdid.
Għal dan il-għan spezzjonijiet saru mil-perit tal-Gvern biex jiġu magħmula l-istimi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw faċilitajiet ta' reserved parking għall-persuni b'diżabilita' sena b'sena, lokal, lokal minn meta bdiet din il-faċilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' hux ikollha lmenti dwar in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' l-ID għal persuni b'diżabilita' minn xi entitajiet? Jekk iva, kif qed jiġi nfurzat ir-rikonoxximent ta' din l-ID card?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Karta ta' l-Identita' Speċjali maħruġa lill-persuni b'diżabilita' mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tagħti diversi benefiċċji. L-aktar wieħed importanti hu li dik il-persuna tkun tista' tieħu prijorita' fi kju.
Il-Kummissjoni diversi drabi tirċievi lmenti mingħand persuni b'diżabilita' li dan il-benefiċċju ma jingħatax jew ma jingħatax kif suppost. Il-Kummissjoni titratta dawn il-każijiet kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi aktar ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fil-każ ta' dawk il-postijiet li se jintużaw bħala polling places fl-elezzjoni ġenerali u li m'humiex aċċessibli għal persuni bi problema ta' mobilita' eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Elezzjonijiet Ġenerali titkellem ċar dwar l-obbligu li għandha l-Kummissjoni Elettorali fir-rigward ta' persuni b'diżabilita'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol kollu fil-Wied il-Kbir, f'Ħal Qormi, tat-tqegħid tal-mains ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol li għalih qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant jikkonsisti fi bdil ta' main galvanizzat li kien qed ifixkel ix-xogħol ta' tindif tal-Wied li qed isir mill-Unit għal Ambjent Nadif. Fil-fatt dan il-Unit ħa ħsieb biex titħaffer it-trinka għall-main il-ġdid. S'issa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lestiet dik il-parti tal-main li l-Unit għal Ambjent Nadif xtaqet tneħħi.
Kull ma jonqos minn din il-parti hu li jitqabbdu xi ftit house connections mal-main il-ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-jiem li ġejjin.
Meta l-Unit għal Ambjent Nadif tkompli bil-proġett, il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tkun lesta li tkompli bil-bdil tal-main.
B'riferenza għall-avviż nru. 75/2002 imħabbar fil-gazzetta tal-gvern nru. 17, 236 bid-data ta' l-10/5/02 dwar xogħlijiet ta' drenaġġ fi Triq id-Deheb Fin, Qormi, jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti dan ix-xogħol u jekk sa llum tlestiex u jekk ma tlestiex, meta se jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol tlesta f'Lulju li għadda.
B'riferenza għall-avviż nru. 13/2002 kif ippublikat fil-gazzetta tal-gvern tad-29/1/02 dwar xogħlijiet tad-drenaġġ f'Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħal-Lija, u Ħal Qormi, x'inhuma x-xogħlijiet indikati u f'liema area huma f'Ħal Qormi? X-xogħlijiet saru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li kienu maħsuba li jsiru f'Ħal-Qormi bl-avviż numru 13/2002 kienu fi Triq il-Biegħa u parti minn Triq 10 ta' Settembru, iżda peress li l-main tad-drenaġġ irid jgħaddi minn propjeta privata, u l-art għad mhix żviluppata, jridu jsiru 'easements' minn ġo din il-propjeta. Dawn qed isiru sabiex jitħaffef il-proċess.
Fil-fatt din l-estensjoni ma saritx, għalkemm kienet inkluża fil-kuntratt u l-kuntrattur ma tħallasx ta' dan ix-xogħol.
B'riferenza għal Avviż/E/Nru.103/2001 dwar bini ta' uffiċini ġodda tad-distrett f'Ħal Farruġ għal Enemalta, jista' jqiegħed site plan tal-location magħżula għal dawn l-uffiċini?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-site plan mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.